EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D2294

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2294 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/14489/2021/INIT

ĠU L 458, 22.12.2021, p. 517–518 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2294/oj

22.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 458/517


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2294

tal-20 ta’ Diċembru 2021

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Netherlandiż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu s-Sur Andy DRITTY kien propost għall-ħatra, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sur Henk STAGHOUWER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, gedeputeerde provincie Groningen (membru tal-Eżekuttiv Provinċjali ta’ Groningen), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sal-15 ta’ Marzu 2023.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Henk STAGHOUWER bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti.

(6)

Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sur Maarten VAN GAANS-GIJBELS, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, gedeputeerde provincie Limburg (membru tal-Eżekuttiv Provinċjali ta’ Limburg), bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sal-15 ta’ Marzu 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni sal-15 ta’ Marzu 2023:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Henk STAGHOUWER, gedeputeerde provincie Groningen (membru tal-Eżekuttiv Provinċjali ta’ Groningen),

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Maarten VAN GAANS-GIJBELS, gedeputeerde provincie Limburg (membru tal-Eżekuttiv Provinċjali ta’ Limburg).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).


Top