This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42021D1124
Decision (EU) 2021/1124 of the Representatives of the Governments of the Member States of 7 July 2021 appointing two Judges and two Advocates-General to the Court of Justice
Deċiżjoni (UE) 2021/1124 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas-7 ta’ Lulju 2021 li taħtar żewġ Imħallfin u żewġ Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja
Deċiżjoni (UE) 2021/1124 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas-7 ta’ Lulju 2021 li taħtar żewġ Imħallfin u żewġ Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja
ST/9738/2021/REV/1
ĠU L 243, 9.7.2021, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/45 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/1124 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-7 ta’ Lulju 2021
li taħtar żewġ Imħallfin u żewġ Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mandati ta’ 14-il Imħallef u sitt Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta’ Ottubru 2021. |
(2) |
Jenħtieġ li jkun hemm ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2021 u li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2027. |
(3) |
Is-Sa Küllike JÜRIMÄE ġiet innominata għal din il-kariga bil-ħsieb li jiġġedded il-mandat tagħha bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
(4) |
Is-Sur Manuel CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA ġie innominat għal din il-kariga bil-ħsieb li jiġġedded il-mandat tiegħu bħala Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
(5) |
Is-Sa Maria Lourdes ARASTEY SAHÚN ġiet innominata għall-ewwel mandat tagħha bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(6) |
Is-Sa Tamara ĆAPETA ġiet innominata għall-kariga ta’ Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
(7) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef u ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2027:
— |
is-Sa Küllike JÜRIMÄE, |
— |
is-Sa Maria Lourdes ARASTEY SAHÚN. |
Artikolu 2
Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2027:
— |
is-Sur Manuel CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA, |
— |
is-Sa Tamara ĆAPETA. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2021.
Il-President
I. JARC