This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0923
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/923 of 25 March 2021 supplementing Directive 2013/36/EU of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards setting out the criteria to define managerial responsibility, control functions, material business units and a significant impact on a material business unit’s risk profile, and setting out criteria for identifying staff members or categories of staff whose professional activities have an impact on the institution’s risk profile that is comparably as material as that of staff members or categories of staff referred to in Article 92(3) of that Directive (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 tal-25 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta’ kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta’ persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta’ dik id-Direttiva (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 tal-25 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta’ kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta’ persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta’ dik id-Direttiva (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/1906
ĠU L 203, 9.6.2021, pp. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/923
tal-25 ta’ Marzu 2021
li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta’ kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta’ persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta’ dik id-Direttiva
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 94(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Mhux biss l-attivitajiet professjonali tal-membri tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni, iżda wkoll l-attivitajiet professjonali ta’ membri tal-persunal oħrajn. Dan ikun b’mod partikolari l-każ fejn tali membri tal-persunal ikollhom responsabbiltajiet maniġerjali għall-unitajiet tan-negozju materjali jew għall-funzjonijiet ta’ kontroll minħabba li jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet strateġiċi jew deċiżjonijiet oħrajn fundamentali li għandhom impatt fuq l-attivitajiet tan-negozju jew fuq il-qafas ta’ kontroll applikat. Tali funzjonijiet ta’ kontroll jinkludu, tipikament, il-ġestjoni tar-riskju, il-verifika tal-konformità u l-awditjar intern. Ir-riskji meħuda mill-unitajiet tan-negozju materjali u l-mod li bih dawn l-unitajiet jiġu ġestiti huma l-aktar fatturi importanti għall-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni. |
|
(2) |
Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji biex jiġu identifikati l-membri tal-persunal, apparti l-membri tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Dawn il-kriterji għandhom iqisu l-awtorità u r-responsabbiltajiet ta’ tali membri tal-persunal, l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjoni, u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-istituzzjoni kkonċernata. Dawk il-kriterji għandhom ukoll jippermettu lill-istituzzjonijiet jistabbilixxu inċentivi kif suppost fil-politiki ta’ rimunerazzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-membri tal-persunal ikkonċernati jaġixxu b’mod prudenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Fl-aħħar nett, dawk il-kriterji għandhom jirriflettu l-livell tar-riskju tal-attivitajiet differenti fl-ambitu tal-istituzzjonijiet. |
|
(3) |
Xi membri tal-persunal huma responsabbli mill-għoti ta’ appoġġ intern li huwa kruċjali għall-operat tal-attivitajiet ta’ negozju ta’ istituzzjoni. L-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tagħhom jista’ jkollhom ukoll impatt materjal fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni, għaliex l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tagħhom jaf jesponu lill-istituzzjoni għal riskji operazzjonali materjali u għal riskji oħra. |
|
(4) |
Tipikament, wieħed jidħol f’riskju tal-kreditu u riskju tas-suq sabiex jiġi ġġenerat operat. Skont l-ammonti u r-riskji involuti, tali attivitajiet ta’ negozju jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li jintużaw kriterji bbażati fuq limiti ta’ awtorità biex jiġu identifikati l-membri tal-persunal li l-attivitajiet tagħhom jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni. Dawk il-kriterji għandhom jiġu kkalkulati minn tal-anqas kull sena abbażi ta’ ċifri ta’ kapital u approċċi użati għal skopijiet regolatorji. Madankollu, għandu jiġi applikat livell limitu de minimis għal riskji ta’ kreditu sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni proporzjonata tal-kriterji f’istituzzjonijiet żgħar. |
|
(5) |
Il-kriterji biex jiġu identifikati l-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jenħtieġ ukoll iqisu li għal xi istituzzjonijiet, ir-rekwiżiti relatati mal-portafoll tan-negozjar jistgħu jiġu rinunzjati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u li f’dak ir-Regolament il-limiti huma stabbiliti b’modi differenti fil-każ ta’ istituzzjonijiet li jużaw approċċi differenti biex jikkalkolaw ir-rekwiżiti tal-kapital. |
|
(6) |
Kriterji kwalitattivi xierqa jenħtieġ li jiżguraw li l-membri tal-persunal jiġu identifikati bħala li għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni fil-każijiet li fihom ikunu responsabbli għal gruppi tal-persunal li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Dan jinkludi sitwazzjonijiet li fihom l-attivitajiet tal-membri individwali tal-persunal taħt il-ġestjoni tagħhom ma jkollhomx b’mod individwali impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni iżda l-iskala globali tal-attivitajiet tagħhom jista’ jkollha tali impatt. |
|
(7) |
Ir-rimunerazzjoni totali tal-membri tal-persunal tipikament tiddependi fuq il-kontribut li l-persunal jagħti għall-kisba b’suċċess tal-objettivi tal-operat tal-istituzzjoni. Għaldaqstant dik ir-rimunerazzjoni tiddependi fuq ir-responsabbiltajiet, il-kompiti, l-abbiltajiet u l-ħiliet tal-membri tal-persunal, kif ukoll fuq il-prestazzjoni tal-membri tal-persunal u tal-istituzzjoni. Fil-każijiet li fihom membru tal-persunal jingħata rimunerazzjoni totali li taqbeż ċertu livell limitu, huwa raġonevoli li wieħed jissoponi li tali rimunerazzjoni hija marbuta mal-kontribut tal-membru tal-persunal għall-objettivi tal-operat tal-istituzzjoni u għalhekk, għall-impatt tal-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Għalhekk huwa xieraq li jintużaw il-kriterji kwantitattivi relatati mar-rimunerazzjoni totali ta’ membru tal-persunal, kemm f’termini assoluti kif ukoll b’rabta ma’ membri oħra tal-persunal fl-istess istituzzjoni, biex jiġi determinat jekk l-attivitajiet professjonali ta’ tali membru tal-persunal jistax ikollu impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. |
|
(8) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli limitu ċari u xierqa biex jiġi identifikat il-persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Għandu jkun mistenni li l-istituzzjonijiet japplikaw il-kriterji kwantitattivi f’waqthom. Il-kriterji kwantitattivi jenħtieġ li jimxu skont l-iżviluppi fir-rimunerazzjoni biex ikunu realistiċi. Metodu wieħed biex tali żviluppi jiġu segwiti huwa li dawk il-kriterji jkunu bbażati fuq ir-rimunerazzjoni totali mogħtija fis-sena ta’ prestazzjoni preċedenti, li tinkludi r-rimunerazzjoni fissa mħallsa għal dik is-sena ta’ prestazzjoni, u r-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija f’dik is-sena ta’ prestazzjoni. It-tieni metodu biex tali żviluppi jiġu segwiti huwa li dawk il-kriterji jkunu bbażati fuq ir-rimunerazzjoni totali mogħtija għas-sena ta’ prestazzjoni preċedenti, li tinkludi r-rimunerazzjoni fissa mħallsa għal dik is-sena ta’ prestazzjoni u r-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija fis-sena ta’ prestazzjoni attwali għas-sena finanzjarja preċedenti. It-tieni metodu jipprevedi allinjament aħjar tal-proċess ta’ identifikazzjoni mar-rimunerazzjoni effettiva mogħtija għal perjodu ta’ prestazzjoni, iżda jista’ jiġi applikat biss meta jkun għadu possibbli li jsir kalkolu f’waqtu għall-applikazzjoni tal-kriterji kwantitattivi. Fil-każijiet li fihom tali kalkolu ma jkunx aktar possibbli, jenħtieġ li jintuża l-ewwel metodu. Kemm skont l-ewwel metodu kif ukoll skont it-tieni, ir-rimunerazzjoni varjabbli tista’ tinkludi ammonti li jingħataw abbażi ta’ perjodi ta’ prestazzjoni li jkunu itwal minn sena, skont il-kriterji tal-prestazzjoni użati mill-istituzzjoni. |
|
(9) |
L-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE jistabbilixxi livell limitu kwantitattiv ta’ EUR 500 000 flimkien mar-rimunerazzjoni medja mogħtija lill-membri tal-korp ta’ ġestjoni tal-istituzzjoni u l-maniġment superjuri għall-identifikazzjoni tal-persunal li l-attivitajiet tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ unità tan-negozju materjali. Ir-rimunerazzjoni li tkun aktar minn dak il-livell limitu kwantitattiv jew li tammonta għal waħda mill-ogħla remunerazzjonijiet fl-istituzzjoni tistabbilixxi għalhekk preżunzjoni qawwija li l-attivitajiet tal-persunal li jirċievu tali rimunerazzjoni għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, u li f’dak il-każ, jenħtieġ li jiġi applikat aktar skrutinju superviżorju biex jiġi stabbilit jekk l-attivitajiet professjonali ta’ tali membri tal-persunal għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-membri tal-persunal ma jkunux soġġetti għall-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet jistabbilixxu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi addizzjonali li l-attivitajiet ta’ tali membri tal-persunal fil-fatt ma jkollhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, filwaqt li jqisu r-riskji kollha li l-istituzzjoni hija jew tista’ tkun esposta għalihom. Biex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dawk il-kriterji oġġettivi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti japprovaw l-esklużjoni tal-membri tal-persunal li jaqilgħu l-aktar, li jiġu identifikati skont il-kriterji kwantitattivi. Għall-membri tal-persunal li jingħataw aktar minn EUR 1 000 000 (persuni li jaqilgħu pagi għoljin), jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea (“EBA”) qabel japprovaw l-esklużjonijiet, sabiex l-EBA tkun tista’ tivvaluta l-applikazzjoni konsistenti ta’ dawk il-kriterji. |
|
(11) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-awdituri jkunu jistgħu jwettqu rieżami tal-valutazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet biex jidentifikaw lill-persunal tagħhom li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profili tar-riskju tagħhom, huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet iżommu rekord tal-valutazzjonijiet li jkunu saru u tar-riżultati tagħhom, inklużi tal-persunal li jkun ġie identifikat skont kriterji bbażati fuq ir-rimunerazzjoni totali tiegħu iżda li l-attivitajiet professjonali tiegħu jiġu vvalutati bħala li ma għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. |
|
(12) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 (3) jitħassar. Jenħtieġ li madankollu d-ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jġarrbux kostijiet mhux ġustifikati meta jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 604/2014 jibqa’ japplika għal tali ditti sas-26 ta’ Ġunju 2021, data sa meta l-Istati Membri jridu jadottaw u jippubblikaw il-miżuri biex jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(13) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-EBA lill-Kummissjoni. |
|
(14) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“responsabbiltà maniġerjali” tfisser sitwazzjoni, li fiha membru tal-persunal:
|
|
(2) |
“funzjoni ta’ kontroll” tfisser funzjoni li hija indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li tikkontrolla u li hija responsabbli li tipprovdi valutazzjoni oġġettiva tar-riskji tal-istituzzjoni, twettaq rieżami tagħhom jew tirrapporta dwarhom, inklużi l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju, il-funzjoni tal-verifika tal-konformità u l-funzjoni tal-awditjar intern, iżda mhux limitata għalihom biss. |
|
(3) |
“unità tan-negozju materjali” tfisser unità operatorja kif definita fl-Artikolu 142(1), il-punt (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji segwenti:
|
Artikolu 2
Applikazzjoni tal-kriterji
1. Fil-każijiet li fihom dan ir-Regolament jiġi applikat fuq bażi individwali f’konformità mal-Artikolu 109(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, għandha tiġi vvalutata l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta’ dan ir-Regolament skont il-profil tar-riskju individwali tal-istituzzjoni.
2. Fil-każijiet li fihom dan ir-Regolament jiġi applikat fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata f’konformità mal-Artikolu 109, il-paragrafi minn 2 sa 6 tad-Direttiva 2013/36/UE, il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi vvalutata fil-konfront tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni prinċipali, tal-kumpanija holding finanzjarja jew tal-kumpanija holding finanzjarja mħallta rilevanti fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata.
3. Fil-każijiet li fihom l-Artikolu 6(1), il-punt (a) jiġi applikat fuq bażi individwali, għandha titqies ir-rimunerazzjoni mogħtija mill-istituzzjoni. Fil-każijiet li fihom l-Artikolu 6(1), il-punt (a) jiġi applikat fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, l-istituzzjoni tal-konsolidazzjoni għandha tqis ir-rimunerazzjoni mogħtija minn kwalunkwe entità li taqa’ fl-ambitu tal-konsolidazzjoni.
4. L-Artikolu 6(1), il-punt (b) għandu japplika biss fuq bażi individwali.
Artikolu 3
Kriterji biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet professjonali tal-membri tal-persunal għandhomx impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju materjali rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 94(2), il-punt (b) tad-Direttiva 2013/36/UE
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fl-ambitu tal-politiki tagħhom dwar ir-rimunerazzjoni l-kriterji kollha li ġejjin biex jiddeterminaw jekk l-attivitajiet professjonali tal-membri tal-persunal għandhomx impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta’ unità tan-negozju materjali:
|
(a) |
il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju materjali; |
|
(b) |
id-distribuzzjoni tal-kapital intern biex ikopri n-natura u l-livell tar-riskji, kif imsemmi fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE; |
|
(c) |
il-limiti tar-riskju tal-unità tan-negozju materjali; |
|
(d) |
l-indikaturi tar-riskju u tal-prestazzjoni użati mill-istituzzjoni biex tidentifika r-riskji tal-unità tan-negozju materjali u twettaq ġestjoni u monitoraġġ tagħhom f’konformità mal-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE; |
|
(e) |
il-kriterji tal-prestazzjoni rilevanti stabbiliti mill-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 94(1), il-punti (a) u (b) tad-Direttiva 2013/36/UE; |
|
(f) |
il-kompiti u l-awtoritajiet tal-membri tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal fl-unità tan-negozju materjali kkonċernata. |
Artikolu 4
Membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-persunal imsemmi fl-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE
L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il-membri tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal bħala li għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, fil-każijiet li fihom dawk il-membri tal-persunal jew il-kategoriji ta’ persunal jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikoli 5 jew 6 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Kriterji kwalitattivi
Minbarra l-membri tal-persunal identifikati skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 92(3), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-membri tal-persunal għandhom jitqiesu li jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni fil-każijiet li fihom ikun issodisfat kriterju wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji kwalitattivi li ġejjin:
|
(a) |
il-membru tal-persunal ikollu responsabbiltà maniġerjali għal:
|
|
(b) |
il-membru tal-persunal ikollu responsabbiltajiet maniġerjali għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ riskju stabbiliti fl-Artikoli 79 sa 87 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew ikun membru li jivvota ta’ kumitat responsabbli għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ riskju stabbiliti f’dawn l-Artikoli; |
|
(c) |
fir-rigward tal-iskoperturi għar-riskju ta’ kreditu ta’ ammont nominali għal kull tranżazzjoni, li tirrappreżenta 0,5 % tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni u li tkun mill-inqas EUR 5 miljun, il-membru tal-persunal ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
(d) |
b’rabta ma’ istituzzjoni li għaliha ma tapplikax id-deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar stipulata fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-membru tal-persunal ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
(e) |
il-membru tal-persunal ikun imexxi grupp ta’ membri tal-persunal li jkollhom awtoritajiet individwali li jinvolvu lill-istituzzjoni fi tranżazzjonijiet, u tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(f) |
il-membru tal-persunal ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda, jew it-tqegħid ta’ veto fuqha:
|
Artikolu 6
Kriterji kwantitattivi
1. Minbarra l-membri tal-persunal identifikati skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 92(3), il-punti (a) u (b) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-membri tal-persunal għandhom jitqiesu li jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni fil-każijiet li fihom ikun issodisfat kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji kwantitattivi li ġejjin:
|
(a) |
il-membri tal-persunal, inklużi l-membri tal-persunal kif imsemmija fl-Artikolu 92(3), il-punt (c) tad-Direttiva 2013/36/UE, ikunu ngħataw fis-sena finanzjarja preċedenti jew għaliha, rimunerazzjoni totali li tkun tammonta għal EUR 750 000 jew aktar; |
|
(b) |
fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni jkollha aktar minn 1 000 membru tal-persunal, il-membri tal-persunal ikunu jaqgħu fiż-0,3 % tal-persunal, aġġustat għan-numru sħiħ ogħla li jmiss, li jkun, fl-ambitu tal-istituzzjoni, ingħata l-ogħla rimunerazzjoni totali fis-sena finanzjarja preċedenti jew għaliha fuq bażi individwali. |
2. Il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni tiddetermina li l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal ma għandhomx impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni minħabba li l-membru tal-persunal, jew il-kategorija ta’ persunal li għaliha jappartjeni l-membru tal-persunal, ikunu jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-membru tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal iwettqu biss attivitajiet professjonali u jkollhom awtoritajiet f’unità tan-negozju li ma tkunx unità tan-negozju materjali; |
|
(b) |
l-attivitajiet professjonali tal-membru tal-persunal jew tal-kategorija ta’ persunal ma jkollhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju ta’ unità tan-negozju materjali b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3. |
3. L-applikazzjoni tal-paragrafu 2 minn istituzzjoni għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali ta’ dik l-istituzzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel fil-każijiet biss li fihom l-istituzzjoni tkun tista’ turi li waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun issodisfata.
4. Fil-każijiet li fihom il-membru tal-persunal ikun ingħata rimunerazzjoni totali ta’ EUR 1 000 000 jew aktar fis-sena finanzjarja preċedenti jew għaliha, l-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel skont il-paragrafu 3 f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni biss. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-EBA qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha fir-rigward ta’ tali membru tal-persunal.
L-eżistenza ta’ ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni għandha tintwera mill-istituzzjoni u vvalutata mill-awtorità kompetenti. Ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni għandhom ikunu sitwazzjonijiet mhux tas-soltu u rari ħafna jew differenti ferm minn dawk tas-soltu. Iċ-ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni għandhom ikunu relatati mal-membru tal-persunal.
Artikolu 7
Kalkolu tar-rimunerazzjoni totali medja tal-membri tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri u tar-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija
1. Ir-rimunerazzjoni totali medja tal-membri kollha tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri għandha tiġi kkalkulata billi jitqies it-total tar-rimunerazzjoni fissa u varjabbli tal-membri kollha tal-korp maniġerjali fil-funzjoni maniġerjali u l-funzjoni superviżorja tiegħu kif ukoll tal-persunal li jappartjeni għall-maniġment superjuri kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (9) tad-Direttiva 2013/36/UE.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-rimunerazzjoni varjabbli li tkun ingħatat iżda tkun għadha ma tħallsitx għandha titqies abbażi tal-valur tagħha fid-data tal-għoti mingħajr ma titqies l-applikazzjoni tar-rata ta’ skont msemmija fl-Artikolu 94(1), il-punt (g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE jew it-tnaqqis fil-pagamenti, permezz ta’ arranġamenti tal-clawback, malus jew mod ieħor.
3. L-ammonti kollha tar-rimunerazzjoni varjabbli u fissa għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi gross u fuq bażi ekwivalenti għall-full-time.
4. Il-politiki tar-rimunerazzjoni tal-istituzzjoni għandhom jistabbilixxu s-sena ta’ referenza għar-rimunerazzjoni varjabbli meqjusa minnhom meta jikkalkulaw ir-rimunerazzjoni totali. Dik is-sena ta’ referenza għandha tkun jew is-sena li tippreċedi s-sena finanzjarja li fiha tingħata r-rimunerazzjoni varjabbli jew inkella s-sena li tippreċedi s-sena finanzjarja li għaliha tingħata r-rimunerazzjoni varjabbli.
Artikolu 8
Tħassir tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 604/2014
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 604/2014 tħassar. Dak ir-Regolament ta’ Delega, madankollu, għandu jkompli japplika għad-ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sas-26 ta’ Ġunju 2021.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 30).
(4) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(6) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).