This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0625
Commission Decision (EU, Euratom) 2021/625 of 14 April 2021 on the establishment of the primary dealer network and the definition of eligibility criteria for lead and co-lead mandates for syndicated transactions for the purposes of the borrowing activities by the Commission on behalf of the Union and of the European Atomic Energy Community
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/625 tal-14 ta’ April 2021 dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2021/625 tal-14 ta’ April 2021 dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
C/2021/2500
ĠU L 131, 16.4.2021, p. 170–182
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/04/2021
16.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/170 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2021/625
tal-14 ta’ April 2021
dwar l-istabbiliment tan-network tan-negozjanti primarji u d-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ teħid ta’ self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (1),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 (2) tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tissellef sa massimu ta’ EUR 750 000 miljun bi prezzijiet tal-2018 fis-swieq tal-kapital f’isem l-Unjoni, biex tgħin sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19. F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (3), dan it-teħid ta’ self għandu jiffinanzja l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19. L-Unjoni se tipprovdi appoġġ ripagabbli u mhux ripagabbli fl-ambitu ta’ programmi differenti, u b’mod partikolari se tappoġġa riformi u investimenti pubbliċi fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita mir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(2) |
Il-Kummissjoni diġà għandha s-setgħa li taġixxi bħala mutwatarja fis-swieq tal-kapital f’isem l-Unjoni biex tiffinanzja self għall-assistenza finanzjarja mogħtija f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (5), mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (6), u mad-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdu assistenza makrofinanzjarja lil diversi pajjiżi abbażi ta’ proviżjonament f’konformità, b’mod partikolari, mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (7), mad-Deċiżjoni (UE) 2020/701 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2020/672 (9). |
(3) |
Il-Kummissjoni hija awtorizzata wkoll permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom (10), li tissellef fondi mis-swieq tal-kapital f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) biex tiffinanzja ċerti proġetti ta’ investiment fl-industrija tal-enerġija nukleari fl-Istati Membri u f’xi pajjiżi terzi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 282(3) tar-Regolament Finanzjarju, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju rigward l-assistenza finanzjarja bdew japplikaw fl-1 ta’ Jannar 2021. |
(5) |
Ir-rikors għas-swieq tal-kapital se jsir fuq skala kbira, u l-operazzjonijiet ta’ ħruġ se jkollhom frekwenza għolja. Il-kapaċità ta’ assorbiment tas-swieq tal-kapital hija finita. Bħala konsegwenza, l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament trid tkun flessibbli. Fid-dawl ta’ dan, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tirrikorri għal network ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kapaċi u kkwalifikati għall-pjazzament primarju tat-titoli ta’ dejn, għall-promozzjoni ta’ dawn il-pjazzamenti u, skont il-każ, għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji rilevanti, bħall-forniment ta’ intelligence u konsulenza ekwa dwar is-suq. |
(6) |
In-negozjanti primarji ammessi fin-network huma intitolati li jipparteċipaw f’irkantijiet imwettqa mill-Kummissjoni għat-teħid ta’ self fis-swieq tal-kapital. Id-definizzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tibni fuq l-esperjenza fl-għażla tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-ambitu tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja eżistenti. Tislet ukoll mill-aħjar prattiki tal-emittenti sovrani u supranazzjonali. |
(7) |
Sabiex l-attivitajiet ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn jitmexxew bla intoppi u b’mod effiċjenti, l-arranġamenti rigward in-network tan-negozjanti primarji jenħtieġ li japplikaw għal kwalunkwe attività ta’ teħid ta’ self tal-Kummissjoni. |
(8) |
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu intitolati għas-sħubija tan-network tan-negozjanti primarji jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà. Dawn għandhom l-għan li jiggarantixxu t-twettiq effiċjenti tal-funzjoni tan-negozjanti primarji, b’mod partikolari t-tmexxija kompetenti tal-operazzjonijiet tas-suq u l-konformità mal-impenji tas-sottoskrizzjoni. F’dan ir-rigward huwa kruċjali li n-negozjanti primarji eliġibbli jagħtu xhieda ta’ struttura organizzazzjonali solida, kapaċità professjonali u ta’ ġestjoni, attività tas-suq sinifikanti fis-sottoskrizzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ħruġ ta’ bonds sovrani u supranazzjonali, u konformità mal-qafas regolatorju rilevanti, speċjalment fir-rigward tar-rekwiżiti prudenzjali tal-Unjoni (11) u s-superviżjoni tagħhom (12). F’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, dawk il-kriterji u d-deċiżjonijiet li jwasslu għall-ammissjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu bħala negozjant primarju jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(9) |
Is-sħubija tan-networks tan-negozjanti primarji operati minn Stat Membru jew minn emittent supranazzjonali jintitola lill-istituzzjoni ta’ kreditu tipparteċipa f’irkantijiet ta’ dejn pubbliku ta’ dak l-emittent. Involviment regolari u attiv fi proċeduri ta’ rkantijiet sovrani jew supranazzjonali hija turija affidabbli ta’ esperjenza f’operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku. Jenħtieġ għalhekk li l-eliġibbiltà għas-sħubija tan-network tan-negozjanti primarji tal-Unjoni tkun bil-kundizzjoni ta’ sħubija f’tal-anqas network tan-negozjanti primarji jew mekkaniżmu ta’ negozjar primarju wieħed ta’ emittent supranazzjonali Ewropew jew ta’ Stat Membru. |
(10) |
Jenħtieġ li ladarba jiġu ammessi fin-network tan-negozjanti primarji, in-negozjanti primarji jitħallew ikollhom it-titlu ta’ “Membru tan-Network tan-Negozjanti Primarji tal-Unjoni Ewropea” u jipparteċipaw fl-irkantijiet kollha tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom. Jenħtieġ li dawk in-negozjanti jixtru medja minima ponderata tal-volumi rkantati u jenħtieġ li jikkonformaw ma’ ċerti obbligi ta’ rapportar. |
(11) |
Jenħtieġ li n-negozjanti primarji jaderixxu wkoll mat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni fin-network tan-negozjanti primarji, b’mod partikolari d-drittijiet, l-impenji u l-obbligi tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji, ir-rieżami annwali, l-obbligi ta’ rapportar, kif ukoll ir-regoli dwar il-kontrolli, dwar is-sospensjoni tas-sħubija, dwar l-esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji u dwar il-possibbiltà ta’ ħruġ minnu. |
(12) |
L-operazzjoni ta’ ħruġ ta’ titoli ta’ dejn fl-ambitu tal-programmi ta’ teħid ta’ self imsemmija fil-premessi (3) u (4) titwettaq, minbarra l-irkantijiet, permezz tas-sindakazzjoni jew il-pjazzamenti privati. Għal dan l-għan, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti għat-tranżazzjonijiet sindakati u għall-pjazzamenti privati jinħatru mill-Kummissjoni għall-fini ta’ kull tranżazzjoni ta’ teħid ta’ self. |
(13) |
Jenħtieġ li l-membri tan-network tan-negozjanti primarji, li jixtru perċentwal ogħla tal-medja ponderata tal-volumi rkantati minn kemm ikun meħtieġ biex ikunu membri tan-network tan-negozjanti primarji u b’sehem suffiċjenti fis-suq sekondarju f’titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom, ikunu eliġibbli li jservu ta’ maniġers ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta fit-tranżazzjonijiet sindakati. Jenħtieġ ukoll li dan il-grupp ta’ negozjanti jieħu impenn li jippromwovi l-likwidità tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom permezz ta’ attività ta’ ġenerazzjoni tas-suq, li jipprovdi konsulenza ekwa u informazzjoni dwar is-suq lill-Kummissjoni u li jippromwovi l-operazzjonijiet ta’ ħruġ tal-Unjoni u tal-Euratom mal-investituri. |
(14) |
Jenħtieġ li l-kompiti marbuta mar-rwoli ta’ maniġer ta’ tmexxija u maniġer ta’ tmexxija konġunta jitqiesu bħala servizzi finanzjarji kif imsemmi fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, il-punt 11.1, il-punt (j), tal-Anness I tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Jenħtieġ għalhekk li l-ħatra tan-negozjanti primarji eliġibbli bħala membri tas-sindakat għal tranżazzjoni speċifika ta’ ħruġ tkun ibbażata fuq proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt. Jenħtieġ li f’din il-proċedura jkun hemm inkluż li tintbagħat talba għal proposti lin-negozjanti eliġibbli u l-evalwazzjoni tal-proposti riċevuti mill-Kummissjoni. |
(15) |
Meta titqies il-frekwenza għolja li biha l-Kummissjoni hija mistennija li tirrikorri għas-swieq tal-kapital, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu bla intoppi, veloċi u effiċjenti biex jinħatru banek bħala maniġers ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati. Għaldaqstant huwa meħtieġ li tiġi pprovduta bażi ekwa u trasparenti biex it-talba għal proposti tkun limitata għal subsett tan-negozjanti primarji eliġibbli li jipparteċipaw fis-sindakati. Din l-għażla addizzjonali hija meħtieġa biex ikun hemm bilanċ bejn il-ħtieġa ta’ kompetizzjoni fil-proċedura ta’ akkwist għas-servizzi li jappoġġaw is-sindakat u l-ħtieġa ta’ tħejjija effiċjenti ta’ tranżazzjonijiet li jirrikjedu ċertu urġenza, u biex jiġi evitat sforz doppju min-negozjanti primarji fil-proċess ta’ offerti għall-mandati sindakati. Din l-għażla tal-banek jenħtieġ li tkun ibbażata fuq kriterji kwalitattivi u kwantitattivi, relatati mal-kapaċità ppruvata tan-negozjanti primarji eliġibbli li jappoġġaw l-operazzjonijiet ta’ ħruġ sovrani u supranazzjonali fis-swieq primarji u sekondarji, u l-abbiltà tagħhom li jiddistribwixxu t-titoli ta’ dejn lill-investituri. Jenħtieġ li dan il-proċess jipprovdi wkoll mekkaniżmu ta’ rotazzjoni li jiżgura opportunità indaqs għall-parteċipazzjoni fost in-negozjanti primarji eliġibbli kollha. |
(16) |
Billi titqies il-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta’ monitoraġġ sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji mal-obbligi stabbiliti skont din id-Deċiżjoni u dispożizzjonijiet applikabbli rilevanti oħra, b’mod partikolari t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali. Jenħtieġ li, fejn xieraq, f’dik is-superviżjoni jkun involut l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF). |
(17) |
L-attivitajiet ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn li jseħħu permezz ta’ istituzzjonijiet pubbliċi u permezz ta’ pjattaformi elettroniċi ma jinvolvux l-għażla tal-kontropartijiet finanzjarji. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma tapplikax għalihom, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi n-network tan-negozjanti primarji u tistabbilixxi l-kriterji eliġibbli u d-dispożizzjonijiet proċedurali għall-għażla tal-membri tiegħu kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk il-membri.
2. Din id-Deċiżjoni tapplika għal kwalunkwe attività ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn imwettqa mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u l-Euratom, li permezz tagħha l-Kummissjoni tagħżel kontropartijiet finanzjarji privati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“rkant” tfisser il-proċess tal-operazzjonijiet ta’ ħruġ tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom abbażi ta’ offerti kompetittivi permezz ta’ pjattaforma għall-irkantijiet fis-suq primarju; |
(2) |
“programmi ta’ teħid ta’ self” tfisser il-programmi tal-Unjoni u tal-Euratom li jinvolvu attivitajiet ta’ teħid ta’ self fis-swieq finanzjarji, b’mod partikolari, assistenza finanzjarja deċiża f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 407/2010, mar-Regolament (KE) Nru 332/2002, mad-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdu assistenza makrofinanzjarja lil diversi pajjiżi abbażi ta’ proviżjonament f’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 jew mad-Deċiżjoni (UE) 2020/701, kif ukoll mar-Regolament (UE) 2020/672, il-programm Euratom skont id-Deċiżjoni 77/270/Euratom, u t-teħid ta’ self abbażi tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053; |
(3) |
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (13); |
(4) |
“titoli ta’ dejn” tfisser noti u/jew strumenti finanzjarji b’terminu qasir, bħal kambjali tat-teżor, kif ukoll kwalunkwe strument finanzjarju ieħor, maħruġ mill-Unjoni u/jew mill-Euratom; |
(5) |
“membri tan-network tan-negozjanti primarji” tfisser kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu li tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 4 u inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 11; |
(6) |
“emittent supranazzjonali Ewropew” tfisser il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Nordiku tal-Investiment; |
(7) |
“affiljat” tfisser kwalunkwe entità li tappartjeni għall-istess grupp kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2002/87/KE (14). |
Artikolu 3
Twaqqif tan-network tan-negozjanti primarji
In-network tan-negozjanti primarji tal-Unjoni (“in-network tan-negozjanti primarji”) għandu jkun grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu eliġibbli li jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn tal-Kummissjoni:
(a) |
il-pjazzament ta’ titoli ta’ dejn fis-swieq primarji tal-kapital, b’mod partikolari permezz ta’ rkantijiet u tranżazzjonijiet sindakati; |
(b) |
il-promozzjoni ta’ likwidità tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom fis-swieq finanzjarji; |
(c) |
il-forniment ta’ konsulenza ekwa u informazzjoni dwar is-suq lill-Kummissjoni; |
(d) |
il-promozzjoni u l-iżvilupp tal-pjazzament tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom. |
KAPITOLU 2
SĦUBIJA TAN-NETWORK TAN-NEGOZJANTI PRIMARJI
Artikolu 4
Kriterji ta’ eliġibbiltà għan-network tan-negozjanti primarji
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jissodisfaw il-kriterji segwenti għandhom ikunu eliġibbli għas-sħubija tan-network tan-negozjanti primarji:
(a) |
ikunu entità ġuridika stabbilita u jkollhom is-sede prinċipali tagħhom fl-Unjoni jew f’pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea; |
(b) |
ikunu awtorizzati li jeżerċitaw l-attività ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fl-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u jkunu taħt is-superviżjoni ta’ awtorità kompetenti tal-Unjoni; u |
(c) |
jkunu membru ta’ network tan-negozjanti primarji sovran jew supranazzjonali Ewropew stabbilit għall-fini li jservi bħala kontroparti ta’ Stat Membru jew ta’ emittent supranazzjonali Ewropew. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, network tan-negozjanti primarji sovran jew supranazzjonali Ewropew għandu jinftiehem bħala wieħed minn dawn iż-żewġ entitajiet segwenti:
|
Artikolu 5
Impenji
Il-membri tan-network tan-negozjanti primarji għandhom jieħdu l-impenji segwenti:
(a) |
li jixtru medja minima ponderata ta’ 0,05 % tal-volumi rkantati mill-Unjoni u/jew mill-Euratom fuq bażi semiannwali f’konformità mal-parti A tal-Anness; |
(b) |
li jikkonformaw mal-obbligu li jirrapportaw b’mod preċiż, f’waqtu u integrali fuq bażi ta’ kull xahar lill-Kummissjoni l-volumi nnegozjati f’titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom, skont il-format ta’ rapportar armonizzat għan-negozjar fis-suq tad-dejn sovran sekondarju Ewropew stabbilit permezz tas-Sottokumitat dwar is-Swieq tad-Dejn Sovran tal-UE tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Il-kwalità tar-rapportar għandha tiġi vvalutata regolarment u r-riżultati għandhom jiġu nnotifikati lin-negozjant primarju interessat. In-negozjant primarju għandu jiġi nnotifikat jekk id-data mogħtija ma tkunx preċiża; |
(c) |
li jippreżentaw kopja ffirmata tat-“Termini u l-Kundizzjonijiet ġenerali tan-negozjanti primarji tal-Unjoni Ewropea” (“TKĠ”); |
(d) |
li jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet tan-negozjar pprovduti lill-persunal tan-negozjar tiegħu jiġu riveduti kull tliet xhur u jkunu validament fis-seħħ; |
(e) |
li jikkonformaw mal-etika u l-prattiki tas-suq, b’mod partikolari
|
(f) |
li jittrattaw b’mod kunfidenzjali l-informazzjoni kollha riċevuta mill-Kummissjoni. |
Artikolu 6
Termini u kundizzjonijiet ġenerali
1. It-TKĠ għandhom japplikaw għal kwalunkwe attività ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn imwettqa mill-Kummissjoni taħt il-programmi ta’ teħid ta’ self skont din id-Deċiżjoni.
2. F’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, it-TKĠ għandhom:
(a) |
jistabbilixxu d-dettalji tal-obbligi għad-durata tal-parteċipazzjoni fin-network tan-negozjanti primarji; |
(b) |
jistabbilixxu l-kontenut tar-rieżami annwali u l-proċedura għalih; |
(c) |
jistabbilixxu d-dettalji tal-obbligi ta’ rapportar; |
(d) |
jistabbilixxu r-regoli dwar il-kontrolli; |
(e) |
jistabbilixxu d-dettalji tar-regoli u l-proċedura għas-sospensjoni tas-sħubija, it-tneħħija ta’ dik is-sospensjoni, u l-esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji; u |
(f) |
jirregolaw il-possibbiltà ta’ rtirar min-network tan-negozjanti primarji. |
3. Kwalunkwe limitu ta’ żmien għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
(a) |
jekk limitu ta’ żmien ikun espress f’jiem jew xhur minn ċertu data jew avveniment, il-jum jew ix-xahar li fih taħbat dik id-data jew jokkorri dak l-avveniment ma għandux jgħodd li jaqa’ f’dak il-limitu ta’ żmien; |
(b) |
il-limiti ta’ żmien espressi f’jiem għandhom jinkludu ġranet tax-xogħol biss. Il-ġranet tax-xogħol għandhom jiġu determinati f’konformità mal-kalendarju ta’ vaganzi pubbliċi u bankarji Lussemburgiż (https://www.abbl.lu/fr/topic/bank-holidays/); |
(c) |
limitu ta’ żmien espress f’xhur għandu jintemm bl-iskadenza tal-jum fl-aħħar xahar li jikkorrispondi għall-istess jum li fih taħbat dik id-data jew okkorra l-avveniment minn meta ġie kkalkulat il-limitu ta’ żmien. |
(d) |
jekk il-jum li fih jenħtieġ li jiskadi l-limitu ta’ żmien espress f’xhur ma jokkorrix fl-aħħar xahar, il-limitu ta’ żmien għandu jintemm bl-iskadenza tal-aħħar jum ta’ dak ix-xahar; |
(e) |
jekk żmien espress f’xhur jiskadi f’jum ta’ vaganza pubblika jew bankarja, dan għandu jiġi estiż sa tmiem l-ewwel ġurnata tax-xogħol sussegwenti. |
Artikolu 7
Drittijiet tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji
Il-membri tan-network tan-negozjanti primarji huma intitolati għad-drittijiet li ġejjin:
(a) |
li jirreklamaw lilhom infushom bħala “Membru tan-Network tan-Negozjanti Primarji tal-Unjoni Ewropea”; |
(b) |
li jipparteċipaw u jitfgħu offerti fi kwalunkwe rkant ta’ titoli ta’ dejn tal-Unjoni jew tal-Euratom; |
(c) |
li jirċievu fuq bażi regolari, mill-inqas darba fis-sena, feedback dwar il-prestazzjoni tagħha, speċjalment fir-rigward tal-klassifikazzjoni tagħha fl-irkanti u fis-swieq sekondarji; din il-feedback għandha tkun ibbażata fuq il-proċess ta’ evalwazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 11 bi kriterji oġġettivi li għandhom jiġu kkomunikati lin-negozjanti primarji; |
(d) |
mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu 3, li jkunu eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ ġestjoni tad-dejn, inkluż l-operazzjonijiet li ġejjin:
|
(e) |
id-dritt li jirtiraw fi kwalunkwe ħin is-sħubija tagħhom fin-network tan-negozjanti primarji billi jinnotifikaw lill-Kummissjoni. L-irtirar għandu jsir effettiv fl-ewwel ġurnata tax-xogħol tat-tieni xahar wara d-data tan-notifika. |
KAPITOLU 3
MANDATI TA’ TMEXXIJA U TA’ TMEXXIJA KONĠUNTA GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET SINDAKATI
Artikolu 8
Kriterji ta’ eliġibbiltà għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati
Il-membri tan-network tan-negozjanti primarji huma eliġibbli li jservu bħala maniġers ta’ tmexxija u bħala maniġers ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati, soġġett għall-kriterji li ġejjin:
(a) |
ikunu xtraw minimu ta’ 2,00 % tal-volumi rkantati mill-Unjoni u mill-Euratom, b’medja ponderata abbażi tal-aħħar tliet irkanti fuq bażi kontinwa; |
(b) |
ikunu pprovdew evidenza, abbażi tad-data dwar it-tranżazzjonijiet irrapportata f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, li jkollhom sehem mis-suq fit-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom fis-swieq sekondarji ta’ mill-inqas 2,00 %; |
(c) |
ikunu qablu mat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati, li jistgħu jkunu parti mit-TKĠ; u |
(d) |
ikunu qablu mal-iskeda tariffarja. |
Artikolu 9
Skeda tariffarja
L-iskeda tariffarja msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 8 għandha tapplika għall-operazzjonijiet ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn. L-iskeda tariffarja għandha tistabbilixxi remunerazzjoni proporzjonata mal-kostijiet u mar-riskji mġarrba min-negozjanti primarji eliġibbli fit-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn tal-Unjoni u tal-Euratom, filwaqt li tiżgura l-kosteffiċjenza għall-Unjoni u tqis l-ispeċifiċitajiet tal-ħruġ tad-dejn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-volumi u l-maturitajiet. L-iskeda tariffarja għandha tissemma’ f’anness tat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għat-tranżazzjonijiet sindakati.
Artikolu 10
Impenji addizzjonali
Membri tan-network tan-negozjanti primarji li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 8 jistgħu jintgħażlu għal mandati ta’ tmexxija u ta’ tmexxija konġunta għal tranżazzjonijiet sindakati abbażi tal-valutazzjoni tal-impenn tagħhom li jwettqu kwalunkwe waħda minn dawn l-attivitajiet:
(a) |
abbażi tal-aħjar sforz, jippromwovu l-likwidità tat-titoli tad-dejn tal-Unjoni u tal-Euratom b’attività ta’ ġenerazzjoni tas-suq, u b’hekk jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni tal-prezz, għall-effiċjenza tas-suq sekondarju u għal eżekuzzjoni ordnata tan-negozjar; |
(b) |
jipprovdu konsulenza ekwa u informazzjoni dwar is-suq lill-Kummissjoni sabiex tfassal u timplimenta l-programmi ta’ teħid ta’ self, u, b’mod partikolari, jipprovdu konsulenza qabel il-pubblikazzjoni tal-programm ta’ finanzjament u fil-kuntest tat-tħejjija tat-tranżazzjonijiet tal-ġestjoni tad-dejn skont il-programmi ta’ teħid ta’ self; |
(c) |
jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni b’mod regolari dwar ix-xejriet tas-suq, l-analiżi u r-riċerka dwar il-funzjonament tas-swieq bi dħul fiss u, b’mod partikolari, is-sovrani, is-supranazzjonali u l-aġenziji; |
(d) |
jippromwovu u jiżviluppaw il-pjazzament tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom f’komunità tal-investituri diversifikata u wiesgħa bħala parti mill-istrateġija tan-negozju tagħhom. |
Artikolu 11
Għażla tas-sindakat
1. Is-sindakati għandhom jintgħażlu skont il-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, il-punt 11.1, il-punt (j), tal-Anness I tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fi proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt.
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat it-talbiet għal proposti lil sottogrupp ta’ membri eliġibbli tan-network tan-negozjanti primarji li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 8 u 10, u titlob offerta għal parteċipazzjoni bħala maniġers ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta.
3. L-għażla tas-sottogrupp ta’ negozjanti primarji eliġibbli li għandha tintbagħtilhom it-talba għal proposti għandha tkun ibbażata fuq kriterji kwalitattivi u kwantitattivi oġġettivi, marbuta mal-kapaċità ppruvata ta’ negozjanti primarji eliġibbli fl-appoġġ tal-ħruġ sovran u supranazzjonali fis-swieq primarji u sekondarji, u l-kapaċità tagħhom li jiddistribwixxu titoli ta’ dejn lill-investituri. Dawn il-kriterji għandhom jinkludu wkoll valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 10. Il-Kummissjoni għandha timplimenta kriterju ta’ rotazzjoni biex tiżgura li l-membri kollha eliġibbli tan-network tan-negozjanti primarji jiġu mistiedna regolarment biex jirrispondu għal talbiet għal proposti.
4. Il-proposti riċevuti mill-membri eliġibbli msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu evalwati abbażi ta’ sett addizzjonali ta’ kriterji kwalitattivi u kwantitattivi oġġettivi u fid-dawl tal-istabbiliment ta’ sindakat, li l-kompożizzjoni tiegħu tkun l-aħjar kombinazzjoni possibbli ta’ maniġers għall-prestazzjoni ottima ta’ tranżazzjoni partikolari.
5. Il-kriterji għat-trażmissjoni tat-talbiet għal proposti u għall-evalwazzjoni tal-proposti riċevuti għandhom jiġu kkomunikati lis-sottogrupp ta’ membri tan-network tan-negozjanti primarji flimkien mat-talba għal proposti.
KAPITOLU 4
APPLIKAZZJONI GĦAS-SĦUBIJA U L-ISTABBILIMENT TAL-LISTA TAL-MEMBRI TAN-NETWORK TAN-NEGOZJANTI PRIMARJI U L-MONITORAĠĠ
Artikolu 12
Applikazzjoni għas-sħubija u l-lista ta’ negozjanti primarji
1. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu interessati għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni għal sħubija fin-network tan-negozjanti primarji billi jimlew u jippreżentaw il-formola ta’ applikazzjoni u l-lista ta’ kontroll annessa fir-rigward tal-kriterji ta’ ammissjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
2. L-applikazzjonijiet għall-ammissjoni għan-network tan-negozjanti primarji għandhom jinkludu prova ta’ konformità mal-Artikoli 4 u 5. Għal dan l-għan, l-evidenza u d-dokumenti ta’ prova li għandhom jiġu mehmuża huma ddettaljati fil-formola ta’ applikazzjoni u l-annessi tagħha.
3. F’każ ta’ formola ta’ applikazzjoni mhux kompluta, informazzjoni mhux kompluta jew data insuffiċjenti, l-applikant jista’ jintalab jippreżenta informazzjoni addizzjonali meħtieġa. In-nuqqas li tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa bi skadenza speċifika għandu jirriżulta fir-rifjut tal-formola ta’ applikazzjoni.
4. L-għoti ta’ informazzjoni jew dokumenti foloz, qarrieqa jew mhux korretti matul il-proċess tal-applikazzjoni għandu jirriżulta f’nuqqas ta’ ammissjoni fin-network tan-negozjanti primarji jew, skont il-każ, jista’ jwassal għal esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ din id-Deċiżjoni.
5. Fil-formola ta’ applikazzjoni, kull negozjant primarju għandu jiddikjara li jaċċetta t-TKĠ, u b’hekk jirrikonoxxi n-natura vinkolanti tagħhom u jimpenjaw ruħhom għalihom.
6. Il-formola ta’ applikazzjoni u t-TKĠ għandhom jiġu ffirmati u t-TKĠ għandhom jiġu inizjalati wkoll fuq kull paġna minn rappreżentant awtorizzat kif xieraq tan-negozjant primarju li, abbażi ta’ liġijiet applikabbli tal-ġuriżdizzjoni rilevanti u d-dokumenti korporattivi rilevanti, għandu s-setgħa li jinvolvi b’mod validu lil dan in-negozjant primarju għall-iskop tal-prestazzjoni tal-obbligi u l-attivitajiet skont it-TKĠ. Għal dan l-għan, meta tiġi ppreżentata l-formola ta’ applikazzjoni għandu jiġi pprovdut estratt tar-reġistru tal-kumpanija rilevanti.
7. Kwalunkwe komunikazzjoni, avviż jew informazzjoni marbuta ma’ din id-Deċiżjoni u t-TKĠ għandhom isiru fl-indirizz għall-avviż magħżul min-negozjanti primarji fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom u għandhom jiġu indirizzati lill-persuna indikata fiha bħala l-“koordinatur”.
Artikolu 13
Ammissjoni fin-network tan-negozjanti primarji
1. Id-deċiżjoni dwar jekk applikant jiġix inkluż fil-lista tan-network tan-negozjanti primarji għandha tiġi adottata sa mhux aktar tard minn xahrejn mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni rilevanti. Jekk applikant jintalab jippreżenta informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 12, il-limitu ta’ żmien għal deċiżjoni marbuta ma’ dak l-applikant għandu jiġi sospiż sad-data tal-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni addizzjonali. Jekk l-applikant jinforma lill-Kummissjoni li jqis li l-applikazzjoni hija kompluta, id-deċiżjoni għandha tiġi adottata fi żmien xahrejn. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-applikant.
Id-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ ammissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-motivazzjoni tagħha.
2. Il-lista aġġornata tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji għandha tiġi ppubblikata darba fis-sena f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
3. Fid-dawl tat-twettiq tar-rieżami annwali, in-negozjanti primarji għandhom jiġu mistiedna jirrappreżentaw u jiddikjaraw lill-Kummissjoni li għadhom jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà għas-sħubija stipulata fl-Artikolu 4.
Artikolu 14
Monitoraġġ
Il-Kummissjoni tista’ twettaq verifiki, jew tista’ taħtar parti terza biex twettaqhom, biex tikkontrolla l-konformità tal-membri tan-network tan-negozjanti primarji ma’ din id-Deċiżjoni. Il-membri tan-network tan-negozjanti primarji għandhom jikkooperaw u jiffaċilitaw it-twettiq ta’ dawn il-verifiki, speċjalment billi jipprovdu l-informazzjoni u d-data meħtieġa kif ukoll l-aċċess għalihom.
Kull membru tan-network tan-negozjanti primarji għandu:
(a) |
jipprovdi lill-Kummissjoni bil-limitu tar-riskju stabbilit għall-attività tan-negozjar tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom f’konformità mat-Termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tan-negozjanti primarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5, il-punt (c); |
(b) |
jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tnaqqis fil-grad mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni rikonoxxuti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fl-Unjoni; |
(c) |
jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sussegwenti mal-kriterju ta’ eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu 4. |
Meta jaċċetta t-TKĠ, in-negozjanti primarju jagħti l-kunsens tiegħu għal awditi u verifiki possibbli marbuta mad-data trażmessa lill-Kummissjoni fil-qafas tal-obbligi ta’ rapportar tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tad-data li għandha tintuża biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tagħha fis-suq sekondarju.
Artikolu 15
Sospensjoni u esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji
1. Is-sħubija tan-negozjant primarju fin-network tan-negozjanti primarji tista’ tiġi sospiża f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) |
il-bidu ta’ proċedimenti kontra negozjant primarju kif imsemmi fil-punt (iii) tal-paragrafu (e) tal-Artikolu 5; |
(b) |
il-bidu ta’ proċedura li tista’ tirriżulta fil-waqfien tas-sħubija fin-network jew il-mekkaniżmu msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4; |
In-negozjant primarju għandu jiġi mistieden, permezz ta’ avviż ta’ qabel is-sospensjoni, jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu f’limitu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn sebat ijiem minn meta jirċievi l-avviż. Id-deċiżjoni ta’ sospensjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara d-data tan-notifika lin-negozjant primarju mhux konformi.
Is-sospensjoni tista’ titneħħa b’talba mingħand in-negozjant primarju sospiż. In-negozjant primarju għandu jippreżenta raġunijiet biżżejjed li, kif applikabbli, il-proċedimenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għadhomx pendenti u ma rriżultawx f’sanzjoni ta’ natura liema tkun kontra n-negozjant sospiż, jew il-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għadhiex pendenti u ma rriżultax fil-waqfien tas-sħubija fin-network jew il-mekkaniżmu msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4. L-evidenza ppreżentata għandha tiġi vvalutata u d-deċiżjoni tittieħed fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta ssir it-talba.
2. In-negozjant primarju għandu jiġi eskluż min-network tan-negozjanti primarji f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) |
in-negozjant primarju ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4; |
(b) |
l-esklużjoni tan-negozjant primarju skont l-Artikoli minn 135 sa 142 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). |
3. Il-proċedura li jmiss għandha tapplika għall-esklużjoni min-network tan-negozjanti primarji f’każijiet stipulati skont il-paragrafu 2:
(a) |
in-negozjant primarju għandu jiġi mistieden, b’avviż ta’ qabel l-esklużjoni, jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu f’limitu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn sebat ijiem minn meta jirċievi l-avviż; |
(b) |
id-deċiżjoni ta’ esklużjoni għandha tiġi nnotifikata lin-negozjant primarju. Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara d-data tan-notifika tagħha lin-negozjant primarju eskluż. |
4. In-negozjant primarju jista’ jiġi eskluż min-network tan-negozjanti primarji fil-każ ta’:
(a) |
nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 5; |
(b) |
impenn ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), kif deċiż f’deċiżjoni finali adottata mill-awtorità kompetenti rilevanti; |
(c) |
deċiżjoni finali mill-awtorità kompetenti meħuda b’riżultat ta’ kwalunkwe proċediment imsemmi fis-subparagrafu (v) tal-punt (e) tal-Artikolu 5, jew marbuta mal-liġijiet u r-regolamenti tal-AML u tas-CTF; |
(d) |
nuqqas ta’ konformità mas-subparagrafu (vi) tal-punt (e) tal-Artikolu 5; jew |
(e) |
żvelar ta’ informazzjoni, li hija soġġetta għall-obbligu ta’ kunfidenzjalità fil-punt (f) tal-Artikolu 5. |
5. Il-proċedura li jmiss għandha tapplika f’każijiet stipulati fil-paragrafu 4:
(a) |
In-negozjant primarju għandu jirċievi avviż li jispeċifika r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità u jistabbilixxi limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ osservazzjonijiet ta’ mhux inqas minn sebat ijiem minn meta n-negozjant primarju jirċievi l-avviż. |
(b) |
Meta jitqiesu l-osservazzjonijiet ippreżentati, jekk ikun hemm, in-negozjant primarju għandu jirċievi avviż ta’ twissija li jistiednu jieħu miżuri korrettivi rilevanti biex jerġa’ jistabbilixxi u/jew jiżgura l-konformità mal-kriterji u/jew l-obbligi rilevanti. |
(c) |
In-negozjant primarju għandu jikkomunika l-miżuri korrettivi li beħsiebu jadotta, bi skadenza stabbilita, li ma tkunx iqsar minn ġimgħa mid-data ta’ meta jirċievu l-avviż ta’ twissija. |
(d) |
jekk ma tiġi kkomunikata l-ebda informazzjoni fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu (c), in-negozjant primarju għandu jirċievi t-tieni avviż ta’ twissija li jistiednu jieħu l-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu (b). Il-paragrafu (c) għandu japplika mutatis mutandis. |
(e) |
In-negozjant primarju għandu jipprovdi biżżejjed evidenza tal-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi bi skadenza stabbilita li ma tkunx iqsar minn xahar mid-data tal-komunikazzjoni tal-avviż ta’ twissija msemmi fil-punt (b). Jekk ma tingħata l-ebda evidenza, jew din tkun insuffiċjenti, l-avviż ta’ qabel l-esklużjoni għandu jiġi indirizzat lin-negozjant primarju bi stedina biex jippreżenta l-osservazzjonijiet f’limitu ta’ żmien ta’ mhux inqas minn sebat ijiem minn meta jirċievi l-avviż. Meta jitqiesu l-osservazzjonijiet ippreżentati, jekk ikun hemm, tista’ tittieħed id-deċiżjoni li n-negozjant primarju mhux konformi jiġi eskluż min-network tan-negozjanti primarji. |
(f) |
Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata l-esklużjoni. |
(g) |
Id-deċiżjoni ta’ esklużjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara d-data tan-notifika tagħha lin-negozjant primarju eskluż. |
6. Is-sospensjoni tas-sħubija skont il-paragrafu 1, l-esklużjoni minn sħubija skont il-paragrafi minn 2 sa 6 u r-riżenja mis-sħubija fin-network tan-negozjanti primarji skont il-punt (e) tal-Artikolu 7 ma għandu jkollhom l-ebda effett fuq id-drittijiet u l-obbligi tan-negozjant primarju inkwistjoni fir-rigward ta’ kuntratti konklużi qabel id-data effettiva tal-esklużjoni, tas-sospensjoni jew tar-riżenja, rispettivament.
7. Is-sospensjoni ma għandhiex tinkludi s-sospensjoni tal-obbligi tal-punt (f) tal-Artikolu 5 u tal-Artikolu 14.
KAPITOLU 5
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
Artikolu 16
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-lista f’konformità mal-Artikolu 13 u sakemm il-Kummissjoni jkollha biżżejjed data disponibbli biex tivvaluta l-issodisfar tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Artikolu 8, kull membru tan-network tan-negozjanti primarji li jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà tal-Artikolu 4 għandhom ikunu eliġibbli għall-mandat ta’ tmexxija jew ta’ tmexxija konġunta.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-attivitajiet ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn tal-Kummissjoni mnedija wara d-data tal-ewwel pubblikazzjoni tal-lista f’konformità mal-Artikolu 13. Sa dik id-data, il-ħatra tan-negozjanti għall-iskop ta’ attivitajiet ta’ teħid ta’ self u ta’ ġestjoni tad-dejn għandhom jitwettqu abbażi tal-qafas operazzjonali intern fis-seħħ skont il-programmi ta’ self eżistenti.
Artikolu 17
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.02.2021, p. 17).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).
(8) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/701 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar il-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lis-sħab tat-tkabbir u tal-viċinat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 31).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom tad-29 ta’ Marzu 1977 li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self tal-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ power stations nukleari (ĠU L 88, 6.4.1977, p. 9).
(11) Ara, b’mod partikolari, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(12) Ara, b’mod partikolari, ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)
(14) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003).
(15) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(16) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1);
(17) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta’ trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward tal-bonds, il-prodotti finanzjarji strutturati, il-kwoti ta’ emissjonijiet u d-derivattivi (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 229).
(18) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(19) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
ANNESS
1. L-issodisfar tal-obbligu li tinxtara medja ponderata minima ta’ 0,05 % tal-volumi rkantati mill-Unjoni u/jew mill-Euratom fuq bażi ta’ kull sitt xhur
(a) |
L-irkantijiet għandhom isiru permezz ta’ sistema ta’ rkant operata minn fornitur tal-irkant magħżul mill-Kummissjoni (“fornitur tal-irkantijiet”). |
(b) |
Il-parteċipazzjoni fl-irkantijiet u x-xiri ta’ titoli ta’ dejn irkantati għandhom ssir skont ir-regoli tal-irkant organizzati mill-fornitur tal-irkant u approvati mill-Kummissjoni. In-negozjanti primarji għandhom jissottoskrivu r-regoli tal-irkant u jikkonformaw magħhom. |
(c) |
Jenħtieġ li n-negozjanti primarji kollha jifhmu li huma jaġixxu u jipparteċipaw fl-irkantijiet fuq riskji proprji u li l-Kummissjoni bl-ebda mod ma għandha tkun responsabbli mid-deċiżjonijiet ta’ kwalunkwe parteċipant fl-irkantijiet u partikolarment għal kwalunkwe telf li jsir, kemm dirett kif ukoll indirett, li jirriżulta fir-rigward ta’ kwalunkwe tranżazzjoni li ssir mill-parteċipanti. |
(d) |
In-negozjanti primarji għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li huma jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-irkant, b’mod partikolari jikkonkludu l-kuntratti mal-fornitur tal-irkant, jiffinalizzaw kwalunkwe pass u formalità meħtieġa biex jipparteċipaw fl-irkantijiet, u li jdaħħlu fis-seħħ l-infrastruttura teknika biex jipparteċipaw. |
(e) |
Il-Kummissjoni ma għandha ġġarrab l-ebda kost jew responsabbiltà fil-konfront tan-negozjant primarju b’rabta mal-kuntratti bejn il-fornitur tal-irkant u n-negozjant primarju jew fir-rigward tal-infrastruttura teknika għall-irkant. |
(f) |
In-negozjanti primarji ma jkollhomx għalfejn jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 5(a) f’każijiet ta’ force majeure, li b’mod partikolari ma għandhomx jinkludu każijiet ta’ ħsara jew kwistjonijiet tekniċi relatati mal-infrastruttura. |
(g) |
Il-kalkoli tal-volumi li jinxtraw min-negozjanti primarji fuq il-perjodu ta’ 6 xhur rilevanti għandhom jiġu ponderati skont it-tabella li ġejja:
|
(h) |
Dan il-kalkolu għandu jiġi applikat għal perjodi ta’ 6 xhur, minn Jannar sa Ġunju u minn Lulju sa Diċembru, ħlief għall-ewwel perjodu, li għandu jibda fid-data tal-ewwel irkant u jibqa’ għaddej sa tmiem il-perjodu ta’ 6 xhur sussegwenti. |
2. Obbligi ta’ rapportar
(a) |
Meta jintalbu jagħmlu dan, in-negozjanti primarji għandhom jagħtu informazzjoni dwar il-limitu tar-riskju stabbilit minn dan in-negozjant primarju għall-fini tal-ġestjoni tal-pożizzjoni tiegħu stess, għall-attività kummerċjali tat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom kif ukoll b’rabta ma’ sa fejn jintuża l-limitu tar-riskju. L-informazzjoni li tiġi ppreżentata għandha tiġi speċifikata fit-talba. |
(b) |
In-negozjanti primarji għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih fil-każ li jkunu soġġetti għal titjib jew tnaqqis fil-klassifikazzjoni minn waħda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni esterni rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 18 (3) tar-Regolament (KE)Nru 1060/2009 (1). |
(c) |
In-negozjanti primarji għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih jekk ma jikkonformawx mal-kriterju ta’ eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu 4. |
(d) |
In-negozjanti primarji għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kull tibdil fid-dettalji ta’ kuntatt permezz tal-formola tal-applikazzjoni billi jużaw il-mudell mehmuż mal-formola tal-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn mid-data minn meta t-tibdil jidħol fis-seħħ. |
(e) |
Meta jintalbu jagħmlu dan, in-negozjanti primarji għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-attivitajiet tan-negozjant primarju, partikolarment dwar l-attivitajiet fis-suq primarju u sekondarju relatati mat-titoli ta’ dejn tal-Unjoni u tal-Euratom. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1); Il-lista hija disponibbli hawn:https://www.esma.europa.eu/supervision/credit-rating-agencies/risk