Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1678

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1678 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES (notifikata bid-dokument C(2019) 7067) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/7067

ĠU L 257, 8.10.2019, p. 21–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1678/oj

8.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1678

tal-4 ta’ Ottubru 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES

(notifikata bid-dokument C(2019) 7067)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi l-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE u l-lista ta’ unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (TRACES). Dawk il-listi huma stabbiliti rispettivament fl-Anness I u fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara l-proposta mill-Belġju, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Antwerp u fil-port ta’ Zeebrugge tiġi estiża għall-prodotti mhux ippakkjati għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(3)

Wara l-proposta mid-Danimarka, jenħtieġ li ċentru ta’ spezzjoni ġdid jiġi elenkat fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Skagen għall-ispezzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(4)

Wara l-proposta minn Spanja, jenħtieġ li post ġdid ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Ferrol jiġi approvat għall-prodotti ppakkjati għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, jenħtieġ li titneħħa s-sospensjoni tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Santander għall-prodotti mhux għall-konsum mill-bniedem u ta’ wieħed miċ-ċentri ta’ spezzjoni tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Vigo. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(5)

Wara l-proposta mill-Italja u l-ispezzjoni sodisfaċenti mwettqa mill-Kummissjoni, il-post il-ġdid ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta’ Verona jenħtieġ li jiġi approvat għall-prodotti ppakkjati għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(6)

Wara komunikazzjoni mill-Finlandja, l-entrata għall-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Hamina jenħtieġ li titħassar mil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(7)

Wara komunikazzjoni mill-Iżvezja, jenħtieġ li tingħata deroga fir-rigward tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kontrolli u għall-ħruġ ta’ ċertifikati fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta’ Helsingborg. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni li, wara ristrutturar amministrattiv, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet fil-lista ta’ unitajiet lokali fi TRACES għal dak l-Istat Membru. Għaldaqstant huwa xieraq li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 Tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

in-nota li ġejja tiżdied mar-rimarki speċjali:

“(16) = Minbarra karkassi ta’ ungulati.”

(b)

il-parti li tikkonċerna lill-Belġju hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-port ta’ Antwerp hija sostitwita b’dan li ġej:

“Antwerpen

Anvers

BE ANR 1

P

GIP LO

HC(16), NHC

 

Afrulog

HC(2), NHC”

 

(ii)

l-entrata għall-port ta’ Zeebrugge hija sostitwita b’dan li ġej:

“Zeebrugge

BE ZEE 1

P

 

HC(16), NHC(2)”

 

(c)

fil-parti li tikkonċerna lid-Danimarka, l-entrata għall-port ta’ Skagen hija sostitwita b’dan li ġej:

“Skagen

DK SKA 1

P

BIP

HC-(FR)(1)(2)(3), NHC(6)

 

IC

NHC-NT(4)(6)”

 

(d)

il-parti li tikkonċerna lil Spanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li ġejja għall-port ta’ Ferrol tiddaħħal wara l-entrata għal Ciudad Real:

“Ferrol

ES FRO 1

P

 

HC(2)”

 

(ii)

l-entrata għall-port ta’ Santander hija sostitwita b’dan li ġej:

“Santander

ES SDR 1

P

 

NHC-NT”

 

(iii)

l-entrata għall-port ta’ Vigo hija sostitwita b’dan li ġej:

“Vigo

ES VGO 1

P

T.C. Guixar

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Frioya

HC-T(FR)(2)(3)

 

Frigalsa

HC-T(FR)(3)

 

Pescanova

HC-T(FR)(2)(3)

 

Fandicosta

HC-T(FR)(2)(3)

 

Frig. Morrazo

HC-T(FR)(3)”

 

(e)

fil-parti li tikkonċerna l-Italja, l-entrata li ġejja għall-ajruport ta’ Verona tiddaħħal wara l-entrati għal Venezja:

“Verona

IT VRN 4

A

 

HC(2)”

 

(f)

fil-parti li tikkonċerna lill-Finlandja, titħassar l-entrata għall-port ta’ Hamina.

(g)

fil-parti li tikkonċerna lill-Iżvezja, l-entrata għall-port ta’ Helsingborg hija sostitwita b’dan li ġej:

“Helsingborg

SE HEL 1

P

 

HC(1)(2), NHC-T(FR)(2), NHC-NT(2)’

 

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

Fil-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja, taħt it-taqsima “DE00010 SAARLAND”, jitħassru l-entrati għall-unitajiet “DE38210 REGIONALSTELLE MITTE” u “DE38310 REGIONALSTELLE WEST”.


Top