This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0833
Council Decision (CFSP) 2018/833 of 4 June 2018 amending Decision 2010/413/CFSP concerning restrictive measures against Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/833 tal-4 ta' Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/833 tal-4 ta' Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ST/7619/2018/INIT
ĠU L 140, 6.6.2018, p. 87–88
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/87 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/833
tal-4 ta' Ġunju 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entitajiet inklużi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jiġu aġġornati. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TSACHEVA
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif ġej:
(1) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista li tinsab taħt is-sub-intestatura “B. Entitajiet”;
|
(2) |
taħt l-intestatura “II. Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Islamika (IRGC)”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati koorispondenti fil-lista li tinsab taħt is-sub-intestatura “A. Persuni”;
|