This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1597
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1597 of 23 September 2015 derogating from Implementing Regulation (EU) No 615/2014 as regards the final date for the payment of the initial instalment of the advance to be paid to the beneficiary organisations in Greece in respect of work programmes in the olive oil and table olives sector for the year 2015
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1597 tat-23 ta' Settembru 2015 li jidderoga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 f'dak li jikkonċerna d-data finali għall-ħlas tal-ewwel avvanz li jitħallas lill-organizzazzjonijiet benefiċjarji fil-Greċja b'rabta ma' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda għas-sena 2015
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1597 tat-23 ta' Settembru 2015 li jidderoga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 f'dak li jikkonċerna d-data finali għall-ħlas tal-ewwel avvanz li jitħallas lill-organizzazzjonijiet benefiċjarji fil-Greċja b'rabta ma' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda għas-sena 2015
ĠU L 248, 24.9.2015, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/41 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1597
tat-23 ta' Settembru 2015
li jidderoga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014 f'dak li jikkonċerna d-data finali għall-ħlas tal-ewwel avvanz li jitħallas lill-organizzazzjonijiet benefiċjarji fil-Greċja b'rabta ma' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda għas-sena 2015
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 31 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 (2), l-ewwel perjodu tal-programm ta' ħidma ta' tliet snin għall-appoġġ tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 beda fl-1 ta' April 2015. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 (3), l-Istati Membri għandhom iħallsu l-ewwel parti tal-avvanz li jitħallas lill-organizzazzjonijiet benefiċjarji fir-rigward tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma approvati sal-31 ta' Mejju 2015. Kif iddikjarat fl-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament, dawn l-avvanzi huma soġġetti għad-depożitu ta' garanzija mill-organizzazzjoni benefiċjarja. |
(3) |
Fil-Greċja, il-kundizzjonijiet ekonomiċi u bankarji attwali ġabu fix-xejn ċerti programmi ta' ħidma approvati, billi l-organizzazzjonijiet benefiċjarji ma kinux f'pożizzjoni li jippreżentaw il-garanzija meħtieġa fil-ħin. Għalhekk, il-Greċja ma setgħetx tagħtihom l-ewwel pagament sal-31 ta' Mejju 2015. |
(4) |
Minħabba din is-sitwazzjoni, u biex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma approvati kollha, jeħtieġ li tiġi prevista deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 615/2014 biex il-Greċja tkun tista' tħallas l-ewwel pagament rilevanti sal-15 ta' Ottubru 2015. |
(5) |
Biex l-implimentazzjoni ssir kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-Greċja u fir-rigward tas-sena 2015, id-data finali msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 615/2014 hija l-15 ta' Ottubru 2015.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 55).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 tas-6 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi ta' ħidma li jappoġġaw lis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 95).