This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1367
Council Regulation (EU) No 1367/2014 of 15 December 2014 fixing for 2015 and 2016 the fishing opportunities for Union fishing vessels for certain deep-sea fish stocks
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal- 15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal- 15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond
ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/12/2014
20.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 366/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1367/2014
tal-15 ta' Diċembru 2014
li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni b'kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inklużi, fejn ikun rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
(3) |
Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet funzjonalment konnessi magħhom, skont kif ikun meħtieġ. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b'mod li tkun żgurata għal kull Stat Membru l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew tip ta' sajd u b'kont debitament meħud tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(4) |
Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b'kont meħud tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, u b'mod partikolari l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati. |
(5) |
L-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu f'konformità ma' ftehimiet u prinċipji internazzjonali, bħall-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut transżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (2), u skont il-prinċipji dettaljati ta' ġestjoni stabbiliti fil-Linji Gwida Internazzjonali tal-2008 għall-Ġestjoni tas-Sajd f'Baħar Fond fl-Ibħra Miftuħa tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti, li skonthom, b'mod partikolari, regolatur għandu jkun aktar kawt meta l-informazzjoni ma tkunx ċerta, ma tkunx affidabbli jew ma tkunx adegwata. In-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika adegwata ma għandux jintuża bħala raġuni biex ikunu posposti jew biex ma jittiħdux miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni. |
(6) |
Il-pariri xjentifiċi l-aktar riċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u mill-STECF jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-baħar fond għadhom jinħasdu b'mod mhux sostenibbli u li l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet, biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, għandhom jitnaqqsu iktar sakemm l-evoluzzjoni tal-istokkijiet turi xejra pożittiva. L-ICES jagħti wkoll il-parir li ma għandu jkun permess ebda sajd dirett għall-mera tal-Atlantiku fiż-żoni kollha u għal ċerti stokkijiet tal-paġella tal-garġi u tar-roundnose grenadier. |
(7) |
Fir-rigward tal-erba' ħażniet tar-roundnose grenadier, il-pariri xjentifiċi u d-diskussjonijiet riċenti fil-Kummissjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) jindikaw li l-qabdiet ta' din l-ispeċi jistgħu jiġu rrappurtati b'mod żbaljat bħala qabdiet tar-roughhead grenadier. F'dan il-kuntest, hemm bżonn tiġi stabbilita TAC li tkopri ż-żewġ speċijiet filwaqt li jkun possibbli li jsir rappurtar separat għal kull waħda minnhom. |
(8) |
Dwar il-klieb il-baħar tal-fond, l-ispeċijiet kummerċjali ewlenin jitqiesu li tbattlu, u, għalhekk, ma għandux isir sajd dirett għalihom. Barra minn hekk, minħabba n-natura migratorja tal-klieb il-baħar tal-fond u l-firxa kbira tagħhom madwar l-Atlantiku tal-Grigal, l-STECF irrakkomanda li l-miżuri ta' ġestjoni għal dawn l-ispeċijiet jiġu estiżi għall-ilmijiet tal-Unjoni koperti mill-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali u tal-Lvant (CECAF) madwar Madeira. |
(9) |
L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond kif definiti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (3) jiġu deċiżi fuq bażi biannwali. Madankollu, issir eċċezzjoni għall-istokkijiet tal-arġentina silus u l-istokkijiet tal-linarda. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar, is-sajd ewlieni tal-linarda huwa marbut man-negozjati annwali man-Norveġja; għal raġunijiet ta' simiplifikazzjoni, it-TACs kollha tal-linarda għandhom jiġu stabbiliti skont dik u fl-istess att legali. Għalhekk, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-arġentina silus u tal-linarda għandhom jiġu stabbiliti f'regolament annwali rilevanti ieħor li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd. |
(10) |
F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) l-istokkijiet li huma suġġetti għal diversi miżuri msemmija hawnhekk għandhom jiġu identifikati. It-TACs prekawzjonarji għandhom japplikaw għal stokkijiet li għalihom ma hemm disponibbli ebda evalwazzjoni b'bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sena li fiha jkunu jeħtieġu jiġu ffissati t-TACs; it-TACs analitiċi għandhom japplikaw mod ieħor. Fid-dawl tal-pariri mill-ICES u l-STECF għall-istokkijiet tal-baħar fond, dawk l-istokkijiet li għalihom ma hemm disponibbli ebda evalwazzjoni b'bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd rilevanti għandhom ikunu soġġetti għal TACs prekawzjonarji f'dan ir-Regolament. |
(11) |
Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissa għas-snin 2015 u 2016 l-opportunitajiet tas-sajd annwali disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għall-istokkijiet ta' ħut ta' ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
(1) Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; |
(b) |
“ilmijiet tal-Unjoni” tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ħlief ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II tat-Trattat; |
(c) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista' tinqabad u tinħatt l-art minn kull stokk ta' ħut kull sena; |
(d) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni jew lil Stat Membru; |
(e) |
“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' ebda Stat. |
(2) Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:
(a) |
iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(b) |
iż-żoni tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
Artikolu 3
TACs u allokazzjonijiet
It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni jew f'ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, l-allokazzjoni ta' tali TACs fost l-Istati Membri u l-kondizzjonijiet funzjonalment konnessi magħhom, skont il-każ, huma stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
(1) L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f'dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:
(a) |
skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (7) jew skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (8); |
(c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
(d) |
tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
(2) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet li huma suġġetti għal TAC prekawzjonarja, filwaqt li l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet li huma suġġetti għal TAC analitika, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor fl-Anness ta' dan ir-Regolament,.
Artikolu 5
Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali
Il-ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti t-TACs għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk jinqabad minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li jkollu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita.
Artikolu 6
Trażmissjoni ta' dejta
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni dejta relattiva għall-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbudin, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MARTINA
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).
ANNESS
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
PARTI 1
Definizzjoni tal-ispeċijiet u l-gruppi tal-ispeċijiet
1. |
Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, ir-riferiment għall-istokkijiet ta' ħut isegwi l-ordni alfabetiku tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċijiet. Madankollu, il-klieb il-baħar tal-fond huma mqegħdin fil-bidu ta' dik il-lista. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament qed tingħata t-tabella komparattiva, ta' hawn taħt, ta' ismijiet komuni u ta' ismijiet bil-Latin:
|
2. |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “klieb il-baħar tal-fond” tfisser il-lista tal-ispeċijiet li ġejja:
|
PARTI 2
Opportunitajiet tas-sajd annwali appikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'żoni fejn it-TACs jeżistu skont l-ispeċi u skont iż-żona (f'tunnellati ta' piż ħaj)
Speċijiet: |
Klieb il-baħar tal-fond |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 (DWS/56789-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Ġermanja |
0 |
0 |
|
|
Estonja |
0 |
0 |
|
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
|
Spanja |
0 |
0 |
|
|
Franza |
0 |
0 |
|
|
Litwanja |
0 |
0 |
|
|
Polonja |
0 |
0 |
|
|
Portugall |
0 |
0 |
|
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
|
Unjoni |
0 |
0 |
|
|
TAC |
0 |
0 |
|
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċijiet: |
Klieb il-baħar tal-fond |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X (DWS/10-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Portugall |
0 |
0 |
|
|
Unjoni |
0 |
0 |
|
|
TAC |
0 |
0 |
|
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċijiet: |
Klieb il-baħar tal-fond, Deania hystricosa u Deania profundorum |
Żona: |
L-ilmijiet internazzjonali taż-żona XII (DWS/12INT-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
|
Spanja |
0 |
0 |
|
|
Franza |
0 |
0 |
|
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
|
Unjoni |
0 |
0 |
|
|
TAC |
0 |
0 |
|
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċijiet: |
Ċinturin iswed Aphanopus carbo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV (BSF/1234-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Ġermanja |
3 |
3 |
|
|
Franza |
3 |
3 |
|
|
Renju Unit |
3 |
3 |
|
|
Unjoni |
9 |
9 |
|
|
TAC |
9 |
9 |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċijiet: |
Ċinturin iswed Aphanopus carbo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII (BSF/56712-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Ġermanja |
42 |
39 |
|
|
Estonja |
20 |
19 |
|
|
Irlanda |
104 |
96 |
|
|
Spanja |
208 |
191 |
|
|
Franza |
2 918 |
2 684 |
|
|
Latvja |
136 |
125 |
|
|
Litwanja |
1 |
1 |
|
|
Polonja |
1 |
1 |
|
|
Renju Unit |
208 |
191 |
|
|
Oħrajn (1) |
11 |
10 |
|
|
Unjoni |
3 649 |
3 357 |
|
|
TAC |
3 649 |
3 357 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Ċinturin iswed Aphanopus carbo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X (BSF/8910-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Spanja |
12 |
12 |
|
|
Franza |
29 |
29 |
|
|
Portugall |
3 659 |
3 659 |
|
|
Unjoni |
3 700 |
3 700 |
|
|
TAC |
3 700 |
3 700 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Ċinturin iswed Aphanopus carbo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali tas-CECAF 34.1.2 (BSF/C3412-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Portugall |
3 141 |
2 827 |
|
|
Unjoni |
3 141 |
2 827 |
|
|
TAC |
3 141 |
2 827 |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċijiet: |
Alfonsinos Beryx spp. |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV (ALF/3X14-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Irlanda |
9 |
9 |
|
|
Spanja |
67 |
67 |
|
|
Franza |
18 |
18 |
|
|
Portugall |
193 |
193 |
|
|
Renju Unit |
9 |
9 |
|
|
Unjoni |
296 |
296 |
|
|
TAC |
296 |
296 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Roundnose grenadier u roughhead grenadier Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II u IV (RNG/124-) għar-roundnose grenadier; (RHG/124-) għar-roughhead grenadier |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Danimarka |
1 |
1 |
|
|
Ġermanja |
1 |
1 |
|
|
Franza |
10 |
10 |
|
|
Renju Unit |
1 |
1 |
|
|
Unjoni |
13 |
13 |
|
|
TAC |
13 |
13 |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċijiet: |
Roundnose grenadier u roughhead grenadier Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona III (RNG/03-) għar-roundnose grenadier; (2) (RHG/03-) għar-roughhead grenadier |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Danimarka |
412 |
329 |
|
|
Ġermanja |
2 |
2 |
|
|
Svezja |
21 |
17 |
|
|
Unjoni |
435 |
348 |
|
|
TAC |
435 |
348 |
|
TAC prekawzjonarja
|
Speċijiet: |
Roundnose grenadier u roughhead grenadier Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII (RNG/5B67-) għar-roundnose grenadier; (5) (RHG/5B67-) għar-roughhead grenadier |
|
Sena |
|
|
||
Ġermanja |
8 |
8 |
|
|
Estonja |
59 |
60 |
|
|
Irlanda |
260 |
265 |
|
|
Spanja |
65 |
66 |
|
|
Franza |
3 302 |
3 358 |
|
|
Litwanja |
76 |
77 |
|
|
Polonja |
38 |
39 |
|
|
Renju Unit |
194 |
197 |
|
|
Oħrajn (4) |
8 |
8 |
|
|
Unjoni |
4 010 |
4 078 |
|
|
TAC |
4 010 |
4 078 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Roundnose grenadier u roughhead grenadier Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/8X14-) għar-roundnose grenadier; (7) (RHG/8X14-) għar-roughhead grenadier |
|
Sena |
2015 (6) |
2016 (6) |
|
|
Ġermanja |
24 |
21 |
|
|
Irlanda |
5 |
5 |
|
|
Spanja |
2 617 |
2 354 |
|
|
Franza |
121 |
109 |
|
|
Latvja |
42 |
38 |
|
|
Litwanja |
5 |
5 |
|
|
Polonja |
819 |
737 |
|
|
Renju Unit |
11 |
10 |
|
|
Unjoni |
3 644 |
3 279 |
|
|
TAC |
3 644 |
3 279 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Mera tal-Atlantiku Hoplostethus atlanticus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VI (ORY/06-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
|
Spanja |
0 |
0 |
|
|
Franza |
0 |
0 |
|
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
|
Unjoni |
0 |
0 |
|
|
TAC |
0 |
0 |
|
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċijiet: |
Mera tal-Atlantiku Hoplostethus atlanticus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VII (ORY/07-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
|
Spanja |
0 |
0 |
|
|
Franza |
0 |
0 |
|
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
|
Oħrajn |
0 |
0 |
|
|
Unjoni |
0 |
0 |
|
|
TAC |
0 |
0 |
|
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċijiet: |
Mera tal-Atlantiku Hoplostethus atlanticus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV (ORY/1CX14) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Irlanda |
0 |
0 |
|
|
Spanja |
0 |
0 |
|
|
Franza |
0 |
0 |
|
|
Portugall |
0 |
0 |
|
|
Renju Unit |
0 |
0 |
|
|
Oħrajn |
0 |
0 |
|
|
Unjoni |
0 |
0 |
|
|
TAC |
0 |
0 |
|
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
Speċijiet: |
Paġella tal-garġi Pagellus bogaraveo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII (SBR/678-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Irlanda |
5 |
5 |
|
|
Spanja |
135 |
128 |
|
|
Franza |
7 |
6 |
|
|
Renju Unit |
17 |
16 |
|
|
Oħrajn (8) |
5 |
5 |
|
|
Unjoni |
169 |
160 |
|
|
TAC |
169 |
160 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Paġella tal-garġi Pagellus bogaraveo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IX (SBR/09-) |
|
Sena |
2015 (9) |
2016 (9) |
|
|
Spanja |
294 |
144 |
|
|
Portugall |
80 |
39 |
|
|
Unjoni |
374 |
183 |
|
|
TAC |
374 |
183 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Paġella tal-garġi Pagellus bogaraveo |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X (SBR/10-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Spanja |
6 |
5 |
|
|
Portugall |
678 |
507 |
|
|
Renju Unit |
6 |
5 |
|
|
Unjoni |
690 |
517 |
|
|
TAC |
690 |
517 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Lipp abjad Phycis blennoides |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV (GFB/1234-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Ġermanja |
10 |
10 |
|
|
Franza |
10 |
10 |
|
|
Renju Unit |
17 |
17 |
|
|
Unjoni |
37 |
37 |
|
|
TAC |
37 |
37 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Lipp abjad Phycis blennoides |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII (GFB/567-) |
|
Sena |
2015 (10) |
2016 (10) |
|
|
Ġermanja |
12 |
12 |
|
|
Irlanda |
312 |
312 |
|
|
Spanja |
706 |
706 |
|
|
Franza |
427 |
427 |
|
|
Renju Unit |
977 |
977 |
|
|
Unjoni |
2 434 |
2 434 |
|
|
TAC |
2 434 |
2 434 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Lipp abjad Phycis blennoides |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX (GFB/89-) |
|
Sena |
2015 (11) |
2016 (11) |
|
|
Spanja |
290 |
290 |
|
|
Franza |
18 |
18 |
|
|
Portugall |
12 |
12 |
|
|
Unjoni |
320 |
320 |
|
|
TAC |
320 |
320 |
|
TAC Analitika
|
Speċijiet: |
Lipp abjad Phycis blennoides |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni X u XII (GFB/1012-) |
|
Sena |
2015 |
2016 |
|
|
Franza |
10 |
10 |
|
|
Portugall |
45 |
45 |
|
|
Renju Unit |
10 |
10 |
|
|
Unjoni |
65 |
65 |
|
|
TAC |
65 |
65 |
|
TAC Analitika
|
(1) Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. Mhux permess sajd dirett taħt din il-kwota.
(2) Fiż-żona IIIa tal-ICES ma għandu jsir ebda sajd dirett għar-roundnose grenadier sakemm isiru l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u n-Norveġja.
(3) Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 10 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/*8X14-).
(4) Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. Mhux permess ebda sajd dirett.
(5) Il-ħatt ta' roundnose grenadier ma għandux jaqbeż il-95 % tal-kwota ta' kull Stat Membru.
(6) Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 10 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII (RNG/*5B67-).
(7) Il-ħatt ta' roundnose grenadier ma għandux jaqbeż it-80 % tal-kwota ta' kull Stat Membru.
(8) Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. Mhux permess sajd dirett taħt din il-kwota.
(9) Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 8 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII (SBR/*678-).
(10) Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 8 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX (GFB/*89-).
(11) Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 8 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII (GFB/*567-).