This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0086
2014/86/EU: Commission Implementing Decision of 13 February 2014 amending Decision 93/195/EEC as regards animal health and veterinary certification conditions for the re-entry of registered horses for racing, competition and cultural events after temporary export to Mexico and amending Annex I to Decision 2004/211/EC as regards the entry for Mexico in the list of third countries and parts thereof from which imports into the Union of live equidae and semen, ova and embryos of the equine species are authorised (notified under document C(2014) 692) Text with EEA relevance
2014/86/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Frar 2014 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina huma awtorizzati (notifikata bid-dokument C(2014) 692) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2014/86/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Frar 2014 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina huma awtorizzati (notifikata bid-dokument C(2014) 692) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 45, 15.2.2014, p. 24–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659
15.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/24 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Frar 2014
li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina huma awtorizzati
(notifikata bid-dokument C(2014) 692)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/86/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/156/KE tistipola l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ equidae ħajjin fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 13(1)(a) waħda mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ ekwidi fl-Unjoni hija li l-pajjiż terz kien ħieles mill-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela għal perjodu ta’ sentejn. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (3) tipprovdi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja biex jieħdu sehem fi tlielaq, kompetizzjonijiet jew avvenimenti kulturali. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (4) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-ekwidi u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom. Din il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/167/UE (5) tal-Kummissjoni li temenda l-lista fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE tipprovdi li d-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati, id-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali, l-importazzjonijiet ta’ ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni, u l-importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina mill-Messiku bħalissa mhumiex awtorizzati. |
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet evalwazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi dwar id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel skedati għall-esportazzjoni temporanja lejn il-Belt tal-Messiku (Messiku). Dik l-evalwazzjoni fiha dettalji komprensivi dwar il-miżuri ta’ bijosigurtà applikati mit-Théâtr équestre Zingaro għall-protezzjoni tal-qagħda tas-saħħa taż-żwiemel tagħhom matul ir-residenza tagħhom fil-Belt tal-Messiku kif ukoll il-miżuri ta’ kwarantina, imposti mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi fuq dawk iż-żwiemel mal-wasla lura tagħhom. |
(6) |
Minħabba l-grad tas-superviżjoni veterinarja, il-kontrolli tas-saħħa ta’ rutina miftiehma u s-separazzjoni minn ekwidi ta’ qagħda ta’ saħħa inferjuri, huwa possibbli li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għad-dħul mill-ġdid ta’ dawn iż-żwiemel wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 90 jum biex jipparteċipaw f’avvenimenti kulturali ekwestri speċifiċi fil-Belt tal-Messiku. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 93/195/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Minħabba li l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jikkonċernaw biss reġjun ta’ altitudni għolja matul staġun xitwi niexef u bnazzi b’inqas riskju ta’ trażmissjoni permezz ta’ vettur tal-istomatite vesikulari jew ċerti sottotipi ta’ enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela, id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 90 ġurnata lejn iż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku, reġjun fejn l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela ma kenitx irrapportata għal aktar minn sentejn (2) għandu jiġi awtorizzat. |
(9) |
L-entrata għal dak il-pajjiż terz fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata. |
(10) |
Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:
1. |
Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fl-Artikolu 1:
|
2. |
Ġie miżjud Anness X ġdid, kif stabbilit fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
L-Anness I mad-Deċiżjoni Nru 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/167/UE tat-3 ta’ April 2013 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (ĠU L 95, 5.4.2013, p. 19).
ANNESS I
ANNESS II
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE l-entrata għall-Messiku tinbidel b’dan li ġej:
“MX |
Messiku |
MX-0 |
Il-pajjiż kollu |
D |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
MX-1 |
Iż-żona Metropolitana tal-Belt tal-Messiku |
D |
— |
X |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Validu sal-15 ta’ April 2014” |