Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0018

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE li jinkludi l-lista prevista fl-Artikolu 101

    ĠU L 144, 30.5.2013, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/18(2)/oj

    30.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 144/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 18/2013

    tal-1 ta’ Frar 2013

    li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE li jinkludi l-lista prevista fl-Artikolu 101

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07 tat-2 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-Fatturazzjoni) (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Biex il-Ftehim ŻEE jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE irid jiġi estiż sabiex jinkludi l-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni), stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07, filwaqt li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE irid jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta’ assoċjazzjoni ma’ dan il-Forum.

    (3)

    L-Anness IX u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 31ec (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

    “31ed.

    32010 D 1203(02): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07 tat-2 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni) (ĠU C 326, 3.12.2010, p. 13).

    Il-Modalitajiet għal assoċjazzjoni tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

    Kull Stat tal-EFTA jista’ jaħtar persuna biex tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni).”

    Artikolu 2

    Il-punt li ġej jiżdied fil-Protokoll 37 (li jinkludi l-lista prevista fl-Artikolu 101) mal-Ftehim ŻEE:

    “38.

    Il-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika (e-fatturazzjoni) (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07).”

    Artikolu 3

    It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C 326/07 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU C 326, 3.12.2010, p. 13.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top