Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0191

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/2012 tas- 26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 21, 24.1.2013, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/191/oj

24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 191/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Annessi B, C u D għad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem għall-bruċellożi u l-marda Aujeszky (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/396/UE tal-4 ta’ Lulju 2011 li tawtorizza lil laboratorju fil-Ġappun iwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim tar-rabbja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġislazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġislazzjoni li tirrigwarda dawn il-kwistjonijiet m’għandhiex tapplika għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Islanda.

(4)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 8 (Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE) fil-parti 4.1 u fil-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE) fil-parti 8.1:

“—

32012 R 0176: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 61, 2.3.2012, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 96 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/91/UE) fil-Parti 4.2:

“97.

32011 D 0396: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/396/UE tal-4 ta’ Lulju 2011 li tawtorizza lil laboratorju fil-Ġappun iwettaq testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effettività tat-tilqim tar-rabbja (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 51).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 176/2012 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/396/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 61, 2.3.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 176, 5.7.2011, p. 51.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top