Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0364

    2011/364/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Settembru 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat C 26/09 (ex N 289/09) li l-Latvja qed tippjana li timplimenta għar-ristrutturar ta’ AS Parex banka (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6202) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 163, 23.6.2011, p. 28–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/364(1)/oj

    23.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 163/28


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-15 ta’ Settembru 2010

    dwar l-għajnuna mill-Istat C 26/09 (ex N 289/09) li l-Latvja qed tippjana li timplimenta għar-ristrutturar ta’ AS Parex banka

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6202)

    (Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/364/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1) (a) tiegħu,

    Wara li talbet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1),

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    (1)

    Fl-10 ta’ Novembru 2008 l-Latvja nnotifikat lill-Kummissjoni b’pakkett ta’ miżuri favur AS Parex banka (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Parex banka”), imfassal biex jappoġġja l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, li ġie approvat fl-24 ta’ Novembru (2) (2008 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-ewwel Deċiżjoni ta’ salvataġġ”) ibbażat fuq l-impenn tal-Latvja biex tippreżenta pjan ta’ ristrutturar għal Parex banka fi żmien sitt xhur. Fis-26 ta’ Jannar 2009, il-Latvja infurmat lill-Kummissjoni dwar diversi bidliet fil-miżuri ta’ appoġġ pubbliku għal Parex banka. Dawk il-bidliet kienu ġew approvati fil-11 ta’ Frar 2009 (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “it-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ”). Fid-29 ta’ Marzu 2009, il-Latvja nnotifikat lill-Kummissjoni l-ħtieġa għal aktar bidliet fil-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni. Dawk il-bidliet kienu ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2009 (4) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “it-tielet Deċiżjoni ta’ salvataġġ”).

    (2)

    Fil-11 ta’ Mejju 2009, il-Latvja nnotifikat pjan ta’ ristrutturar għal Parex banka. Fil-5 ta’ Ġunju 2009 intbagħtet talba għal informazzjoni lill-awtoritajiet Latvjani. Fit-15 ta’ Ġunju 2009 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Latvjani. Il-Latvja rrispondiet b’mod parzjali għal dik it-talba għal informazzjoni b’ittra tas-7 ta’ Lulju 2009.

    (3)

    Permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni infurmat lil-Latvja li ddeċidiet li tagħti bidu għal proċedura skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE (5) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni tal-ftuħ”) fir-rigward tal-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Ottubru 2009 u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom rigward il-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar li ġew proposti fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti mill-partijiet interessati. Madankollu, wara l-iskadenza tat-terminu previst, il-Kummissjoni rċeviet ittri datati 15 ta’ Ġunju u 13 ta’ Lulju 2010 mingħand Valerijs Kargins u Viktors Krasovickis, l-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza ta’ Parex banka (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza”). Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet ittri mingħand membri tal-Parlament Latvjan datati 22 ta’ Ġunju u 1 ta’ Lulju 2010.

    (5)

    B’ittra tat-12 ta’ Awwissu 2009, l-awtoritajiet Latvjani talbu li l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali stabbilita fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tiġi estiża sal-15 ta’ Ottubru 2009. Fl-4 ta’ Settembru 2009 ippreżentaw pjan rivedut ta’ ristrutturar għal Parex banka, flimkien ma’ informazzjoni addizzjonali bħala risposta għad-Deċiżjoni tal-ftuħ. Il-pjan ta’ ristrutturar kien ġie aġġornat għal darb’oħra fit-22 ta’ Settembru 2009, u ġiet ipprovduta informazzjoni addizzjonali. Fil-11 u s-17 ta’ Settembru 2009 saru laqgħat bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Latvjani.

    (6)

    Barra minn hekk, il-Latvja pprovdiet aktar informazzjoni u kjarifiki fil-11 ta’ Settembru, fis-6 u s-26 ta’ Ottubru, fid-9 u fit-23 ta’ Diċembru 2009, u fid-19 ta’ Frar u t-2 ta’ Marzu 2010.

    (7)

    Fit-12 u s-26 ta’ Ottubru 2009, il-Latvja pprovdiet informazzjoni dwar tibdil possibbli fl-istrateġija ta’ ristrutturar għal Parex banka. Fit-22 ta’ Marzu 2010 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Latvjani. B’ittra tal-31 ta’ Marzu 2010, il-Latvja ppreżentat verżjoni ġdida tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Parex banka datata 31 ta’ Marzu 2010, li aktar tard ġiet issupplimentata bi preżentazzjonijiet tal-14 ta’ Mejju, 9, 12, 17 u 21 ta’ Ġunju 2010.

    (8)

    Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni fl-10 ta’ Mejju 2010. Il-Latvja wieġbet b’ittra tas-7 ta’ Lulju 2010. Ma’ din l-ittra l-Latvja ppreżentat wkoll verżjoni aġġornata tal-pjan ta’ ristrutturar tal-31 ta’ Marzu 2010. Il-pjan ta’ ristrutturar ġie sussegwentement emendat fit-18 u s-27 ta’ Awwissu 2010 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“pjan ta’ ristrutturar finali”).

    (9)

    B’ittra tat-2, it-18 u s-27 ta’ Awwissu u tat-2 ta’ Settembru 2010 l-Latvja pprovdiet kjarifiki addizzjonali rigward l-impenji li għandhom jitwettqu. Fit-3 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet lista finali ta’ impenji.

    (10)

    Fit-2 ta’ Settembru 2010, l-awtoritajiet Latvjani infurmaw lill-Kummissjoni li huma aċċettaw b’mod eċċezzjonali li din id-Deċiżjoni tiġi adottata fil-lingwa Ingliża.

    2.   DESKRIZZJONI

    2.1.   IL-BENEFIĊJARJU U D-DIFFIKULTAJIET TIEGĦU

    (11)

    Parex banka kien it-tieni l-akbar bank fil-Latvja, b’assi totali ta’ LVL 3.4 biljun (EUR 4.9 biljun) sal-31 ta’ Diċembru 2008. Fl-aħħar tal-2007, qabel il-kriżi, il-bank kellu l-akbar sehem (18 %) mis-suq tad-depożiti fil-pajjiż u t-tielet l-akbar sehem (12 %) mis-suq tas-self. (6) Għalhekk, kien jitqies mill-awtoritajiet Latvjani bħala li kellu importanza sistemika għas-sistema finanzjarja.

    (12)

    Parex banka kien joffri firxa wiesgħa ta’ prodotti bankarji kemm direttament kif ukoll permezz ta’ sussidjarji speċjalizzati, inkluż self, servizzi ta’ kards ta’ pagament, kiri fit-tul, il-ġestjoni ta’ assi u senserija ta’ titoli. Minbarra l-operazzjonijiet bankarji Latvjani tiegħu stess, Parex banka kien jopera sussidjarja bankarja fil-Litwanja u fl-Isvizzera (AP Anlage & Privatbank AG) u fergħat fl-Estonja, l-Isvezja u l-Ġermanja, kumpanija pan-Baltika ta’ ġestjoni tal-assi u diversi kumpaniji ta’ kiri fit-tul li joperaw fil-Komunità ta’ Stati Indipendenti (minn hawn ‘il quddiem imsejħa s-“KSI”).

    (13)

    Parex banka twaqqaf fl-1992 u l-maġġoranza tal-ishma tiegħu kienu miżmuma minn żewġ individwi li qabel l-intervent tal-Istat kellhom 84.83 % tal-kapital azzjonarju tal-bank. Bħala riżultat tal-problemi li kien qed jiffaċċja, Parex banka kien ġie parzjalment nazzjonalizzat permezz tal-kisba tal-proprjetà sħiħa tal-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza għal prezz totali simboliku ta’ LVL 2 (madwar EUR 3) (7). F’April tal-2009, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“BERŻ”) ikkonkluda ftehim għax-xiri ta’ ishma, li permezz tiegħu l-BERŻ kellu jikseb 25 % tal-kapital azzjonarju ta’ Parex banka u sehem wieħed. (8)

    (14)

    Għalkemm storikament Parex banka kien istituzzjoni li tirrendi qligħ b’konċessjoni bankarja qawwija fil-Latvja, l-amministrazzjoni tal-bank għażlet strateġija ta’ negozju mhux adegwata, u ħadet deċiżjonijiet ta’ riskju għoli waqt li kienet qed tiġi kkonfrontata b’kompetizzjoni intensa minn sussidjarji aktar sofistikati ta’ banek barranin. B’mod partikolari, Parex banka sar dejjem aktar involut fis-swieq tal-KSI, billi bbaża ruħu b’mod eċċessiv fuq depożiti kbar mhux residenti b’terminu qasir. Il-kriżi finanzjarja laqtet is-swieq emerġenti, inklużi l-pajjiżi tal-KSI, b’mod serju, u bdew jiċċirkolaw għajdut rigward il-kapaċità ta’ Parex banka biex tiffinanzja mill-ġdid is-self sindakat tagħha li kellu jimmatura fi Frar tal-2009. Taħlita ta’ dawn l-avvenimenti wasslet għal telf ta’ fiduċja tad-depożitaturi, speċjalment fost klijenti mhux residenti, b’riżultat li ħafna klijenti ħarġu flushom mill-bank. Il-ħruġ ta’ flus mill-bank ammonta sa EUR 100 miljun kuljum, u dan ma twaqqafx min-nazzjonalizzazzjoni parzjali tal-bank. Dan wassal għal tnaqqis ta’ 36 % fid-depożiti meta mqabbel ma’ tmiem l-2007, u kkawża kriżi serja ta’ likwidità. Biex jiġi evitat aktar ħruġ ta’ depożiti, ġew imposti restrizzjonijiet fuq il-ħruġ ta’ flus mir-regolatur Latvjan, il-Kummissjoni tal-Finanzi u s-Swieq Kapitali.

    (15)

    Fl-2008, it-telf konsolidat kien ta’ LVL 131 miljun (EUR 185 miljun) meta mqabbel ma’ profitt ta’ LVL 40 miljun (EUR 58 miljun) fl-2007. Sal-aħħar tal-2008 it-total tal-ekwità tal-azzjonisti kien 65 % inqas minn dak tas-sena ta’ qabel, u ammonta għal LVL 77 miljun, prinċipalment minħabba żieda fil-proviżjonijiet għal telf ta’ self u minħabba telf fuq il-portafoll tat-titoli. Il-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital (capital adequacy ration, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “CAR”) ta’ Parex banka fuq bażi waħdanija u f’livell ta’ grupp (9) kien biss ta’ 4.1 % u 3.1 % rispettivament. Għalhekk, Parex banka ma setax jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti ta’ solvibbiltà regolatorja.

    2.2.   IL-MIŻURI TA’ SALVATAĠĠ LI DIĠÀ ĠEW APPROVATI

    (16)

    Parex banka talab assistenza mill-Istat fil-bidu ta’ Novembru tal-2008. Wara li ġie nazzjonalizzat, il-Latvja ddeċidiet li timplimenta miżuri ta’ salvataġġ għall-istabbilizzazzjoni temporanja ta’ Parex banka. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni Ewropea temporanjament approvat bħala għajnuna ta’ salvataġġ: i) faċilità ta’ likwidità sa LVL 1.5 biljun; ii) garanziji tal-Istat li jkopru li s-self sindakat eżistenti għal ammont ta’ self ta’ EUR 775 miljun u self ġdid maħruġ għall-finanzjament mill-ġdid ta’ self sindakat għal ammont ta’ EUR 275 miljun; u iii) miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni, li ppermettew lil Parex banka biex jilħaq CAR ta’ 11 % matul il-fażi ta’ salvataġġ (10).

    2.3.   IL-PJANIJIET TA’ RISTRUTTURAR

    2.3.1.   IL-PJAN INIZJALI TA’ RISTRUTTURAR

    (17)

    Fil-11 ta’ Mejju 2009, il-Latvja ppreżentat pjan ta’ ristrutturar għal Parex banka bħala segwitu għall-ewwel miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “pjan inizjali ta’ ristrutturar”), li l-kontenut tiegħu kien ġie deskritt f’aktar dettall fit-taqsima 2.4 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.

    (18)

    Il-pjan kien jinkludi analiżi preliminari tan-negozju ta’ Parex banka, il-miżuri ta’ għajnuna għar-ristrutturar previsti, l-istrateġija tiegħu tan-negozju fil-ġejjieni u l-miżuri għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà.

    (19)

    Il-pjan ikopri perjodu mill-2009 sal-2013. In-negozju korporattiv, bl-imnut u dak relatat mal-ġestjoni ta’ ġid (11) kienu meqjusa bħala li se jkunu s-setturi ewlenin futuri ta’ Parex banka. Il-pjan kien jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ strateġija ġdida, b’Parex banka jimmira li jsir bank pan-Baltiku ewlieni. L-attivitajiet kollha “mhux Baltiċi” kienu kkunsidrati bħala li mhumiex attivitajiet prinċipali. Madankollu, il-pjan kien jeskludi l-possibbiltà li jinbiegħu fuq medda ta’ żmien qasir jew medju.

    (20)

    L-istrateġija kummerċjali prevista kienet tinkludi rati attraenti u strateġija ta’ tqegħid fis-suq aggressiva sabiex jiġi appoġġjat it-tkabbir ta’ Parex banka u biex terġa’ tinkiseb lura l-bażi tad-depożitu li kienet intilfet. Il-pjan kien jassumi li Parex banka kien jibqa’ dipendenti fuq il-miżuri ta’ likwidità tal-Istat anki wara tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar.

    2.3.2.   IL-PJAN RIVEDUT TA’ RISTRUTTURAR

    (21)

    Fl-4 ta’ Settembru 2009, il-Latvja ppreżentat pjan rivedut ta’ ristrutturar li kien ġie sussegwentement emendat fit-22 ta’ Settembru 2009. Dan il-pjan kien maħsub biex jindirizza d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-ftuħ.

    (22)

    L-istrateġija riveduta għal Parex banka kienet ibbażata wkoll fuq il-bini ta’ operazzjoni Baltika qawwija fl-oqsma tan-negozju korporattiv, bl-imnut u dak relatat mal-ġestjoni ta’ ġid. Il-pjan rivedut kien jipprevedi li Parex banka kien ikun f’pożizzjoni li jħallas lura l-miżuri kollha ta’ likwidità tal-Istat sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar.

    (23)

    Madankollu, b’differenza mill-pjan inizjali ta’ ristrutturar, il-pjan rivedut kien jinkludi tnaqqis fil-karta tal-bilanċ ta’ Parex banka permezz ta’ konċentrazzjoni fuq setturi prinċipali. B’mod partikolari, dan kien jipprevedi t-tiċkin tal-attivitajiet ta’ self ta’ Parex banka.

    (24)

    Barra minn hekk, il-pjan kien jindika l-possibbiltà li jsir spin-off ta’ attivitajiet mhux prinċipali. Meta l-Latvja aktar tard approvat din il-bidla strateġika, kien meħtieġ li titfassal verżjoni korrispondenti ġdida tal-pjan ta’ ristrutturar.

    2.3.3.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR FINALI

    (25)

    Skont il-pjan ta’ ristrutturar finali, l-għan strateġiku primarju hu li l-bank jitreġġa’ lura lejn is-settur privat permezz tal-bejgħ tiegħu lil investitur strateġiku biex jiġi pprovdut rilaxx ta’ arranġamenti ta’ finanzjament mill-Istat filwaqt li tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tal-bank. Il-Latvja diġà ġibdet l-attenzjoni tal-BERŻ bħala investitur estern b’saħħtu, b’reputazzjoni tajba, b’riżorsi finanzjarji suffiċjenti u b’impenn fit-tul (ara l-premessa (13)).

    (26)

    Il-pjan ta’ ristrutturar finali jassumi li l-assi ta’ Parex banka jinsaqsmu f’bank ġdid bl-isem AS Citadele banka (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Citadele banka”), l-hekk imsejjaħ “bank tajjeb”, li se jiffoka fuq l-operazzjonijiet bankarji tradizzjonali, u l-hekk imsejjaħ “bank ħażin” (Parex banka), […] (*).

    Qsim tal-assi

    (27)

    Sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-vijabbiltà fit-tul, il-bank prinċipali se jkun separat mill-assi mhux prinċipali u minn dawk mhux operattivi. Ir-ristrutturar propost huwa bbażat fuq xenarju ta’ “good-out” ibbażat fuq it-twaqqif ta’ bank b’bażi kapitali reżiljenti taħt is-superviżjoni regolatorja Latvjana, u b’enfasi fuq il-pajjiżi Baltiċi. L-assi prinċipali kollha u xi assi mhux prinċipali (b’mod partikolari self tal-KSI li jirrendi introjtu) jiġu ttrasferiti minn Parex banka f’bank ġdid. Il-bqija tal-assi mhux prinċipali u l-assi li ma jirrendux introjtu (self, titoli u proprjetà immobbli meħuda lura) se jibqgħu għand Parex banka, […].

    (28)

    It-Tabella 1 turi l-istrutturi ta’ Citadele banka u ta’ Pares banka wara l-qsim.

    Tabella 1

    L-istruttura tal-azzjonisti wara l-qsim

    Image

    (29)

    Il-Latvja diġà ħadet passi inizjali biex timplimenta x-xenarju “good-out”. Il-bank il-ġdid, Citadele banka, ġie rreġistrat fit-30 ta’ Ġunju 2010 u l-parti l-kbira tal-assi ġew ittrasferiti fl-1 ta’ Awwissu 2010 (12). Fil-prinċipju, is-separazzjoni operazzjonali sħiħa ta’ Citadele banka u Parex banka għandha titlesta fi żmien 12-il xahar wara li jsir it-trasferiment.

    (30)

    Bħala konsegwenza, l-assi u l-obbligazzjonijiet li ġejjin se jiġu ttrasferiti minn Parex banka għal Citadele banka:

    Self Baltiku li jirrendi qligħ (LVL [bejn 300 u 800] miljun);

    Self tal-KSI li jirrendi qligħ (LVL [bejn 50 u 350] miljun);

    Fergħat fl-Isvezja u l-Ġermanja;

    Depożiti relatati man-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid.

    (31)

    L-assi u l-obbligazzjonijiet li ġejjin se jibqgħu f’Parex banka:

    Self Baltiku li ma jirrendix qligħ (LVL [bejn 200 u 800] miljun) (13);

    Self lill-azzjonisti preżenti sa mit-twaqqif tal-kumpanija (LVL […] miljun);

    Sussidjarji tal-KSI għal kiri fit-tul;

    Self tal-KSI li ma jirrendix qligħ (LVL [bejn 50 u 350] miljun);

    (32)

    It-Tabella 2 turi l-assi ttrasferiti lil Citadele banka u dawk li tħallew f’Parex banka, kif ukoll it-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ qabel il-kriżi, kif stmat fil-pjan ta’ ristrutturar finali u kif emendat fis-27 ta’ Awwissu 2010:

    Tabella 2

    Il-qsim ta’ assi bejn Citadele banka u Parex banka

    (F’eluf ta’ LVL)

     

    Parex banka – 2008

    Parex banka – 2009

    Parex banka – 31.7.2010 (14)

    Citadele banka

    Parex banka wara l-qsim (15)

    Assi

    Kontanti u depożiti ma’ banek ċentrali

    79 154

    136 769

    131 693

    119 783

    30 876

    Bilanċi dovuti minn Istituzzjonijiet ta’ kreditu

    228 752

    189 321

    227 741

    245 069

    5 583

    Self

    1 744 871

    1 429 466

    1 355 831

    748 457

    627 471

    Titoli

    941 293

    405 800

    356 439

    224 735

    130 936

    Investimenti f’sussidjarji

    51 442

    72 725

    81 691

    5 530

    51 962

    Assi oħra

    323 797

    220 097

    75 584

    45 604

    52 747

    Assi Totali

    3 369 309

    2 484 501

    2 228 978

    1 389 179

    899 576

    Obbligazzjonijiet u Ekwità

    Bank tal-Latvja

    587 183

    140 449

    Istituzzjonijiet ta’ Kreditu

    129 584

    50 865

    27 295

    41 571

    51 703

    Sindakat

    544 673

    381 271

    163 402

    163 402

    Teżor tal-Istat

    676 398

    622 048

    692 454

    131 000

    458 454

    Depożiti tal-Klijenti

    1 225 488

    911 318

    1 006 202

    928 686

    75 314

    Eurobond

    88 712

    87 489

    113 136

    109 244

    Subordinati (Legat)

    52 848

    52 857

    52 863

    52 878

    Subordinati (Stat)

    37 338

    37 338

    50 270

    Subordinati (BERŻ)

    12 932

    12 932

    Obbligazzjoijiet Oħra

    35 556

    31 458

    34 754

    30 280

    21 522

    Obbligazzjonijiet Totali

    3 340 442

    2 328 025

    2 140 376

    1 291 051

    823 274

    Ekwità

    28 867

    156 476

    88 602

    98 127  (16)

    76 302

    Total

    3 369 309

    2 484 501

    2 228 978

    1 389 179

    899 576

    Il-Proporzjon tal-Qsim, inkluż it-trasferiment ta’ investimenti fis-sussidjarja Litwana, f’AP Anlage & Privatbank AG u d-depożiti fil-fergħa Ġermaniża (17)

     

     

     

    64  %

    36  %

    F’termini ta’ Parex banka – 2008

     

     

     

    44  %

     

    Citadele banka

    Strateġija

    (33)

    L-istrateġija ta’ Citadele banka biex tiżgura vijabbiltà fit-tul hija bbażata fuq il-bini ta’ operazzjonijiet Baltiċi b’saħħithom, li jiffokaw fuq il-Latvja fl-ambitu ta’ tliet oqsma kummerċjali prinċipali: dak Korporattiv, dak bl-Imnut u dak tal-qasam tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid (18). Madankollu, in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid se jibqa’ attività prinċipali ta’ Citadele banka biss jekk il-bank jinbiegħ minn […]. Jekk dan il-bejgħ ma jintlaħaqx, in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid jinbiegħ b’mod separat sal-istess data.

    (34)

    Citadele banka mhux se jinvolvi ruħu f’self tal-KSI u l-portafoll ta’ self tal-KSI li jirrendi għalhekk huwa meqjus bħala li mhuwiex ċentrali. Mhu se jsir l-ebda self ġdid f’dan is-settur u l-portafoll eżistenti se jiġi mħassar sal-[…].

    (35)

    Il-preżenza ta’ Parex banka fil-Litwanja u l-Estonja kienet aktar limitata, b’mod konsiderevoli, milli kienet fil-Latvja. Citadele banka jippjana wkoll li fil-ġejjieni jżomm preżenza limitata f’dawn is-swieq.

    (36)

    Rigward iż-żewġ fergħat li jieħdu d-depożiti fl-Isvezja u fil-Ġermanja li ġew ittrasferiti lil Citadele Banka, il-Latvja spjegat li bħala riżultat tal-ħruġ tal-flus mill-bank ġie eżawrit sehem sinifikanti tal-finanzjament Baltiku tal-bank. Barra minn hekk, fil-kuntest makroekonomiku attwali tal-Latvja huwa diffiċli li jiġi attirat finanzjament estern. Id-depożiti totali tar-residenti fl-Istati Baltiċi huma aktar baxxi, b’mod sinifikanti, mill-portafoll tagħhom ta’ self, waqt li l-kompetituri prinċipali ta’ Parex banka jirċievu finanzjament mill-kumpaniji prinċipali tagħhom stabbiliti f’pajjiżi oħra (l-aktar fl-Isvezja). Għalhekk, Citadele banka għandu jżomm bażi ta’ finanzjament barra mill-pajjiż (fl-Isvezja u fil-Ġermanja).

    L-indirizzar ta’ nuqqasijiet ewlenin li ġew identifikati

    (37)

    Citadele banka beħsiebu jindirizza l-kwistjonijiet li ġiegħlu lil Parex banka jfittex għajnuna mill-Istat u jerġa’ jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul permezz tal-miżuri ewlenin kif ġej.

    (38)

    It-Tibdil tal-istil amministrattiv u tat-tmexxija korporattiva: Qabel saret in-nazzjonalizzazzjoni, il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ Parex banka kienu ċentralizzati mas-sidien prinċipali. Citadele banka se jaderixxi mal-governanza korporattiva mtejba li ġiet adottata dan l-aħħar. Se jimplimenta sett ta’ proċeduri tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord Superviżorju mmirati biex jiġu żgurati standards ta’ governanza korporattiva għolja. Il-prinċipji ewlenin ta’ governanza korporattiva ta’ Citadele banka huma: separazzjoni stretta tas-sjieda u tal-amministrazzjoni; l-iżgurar tad-drittijiet tal-azzjonisti; żvelar u trasparenza; responsabbiltajiet u struttura tal-bord; u l-promozzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod etiku u responsabbli.

    (39)

    Ġestjoni tar-Riskju mtejba: L-amministrazzjoni ta’ Parex banka rrevediet u saħħet il-ġestjoni u l-kontrolli tar-riskju fil-bank kemm fil-livell kemm ta’ intrapriża kif ukoll dak operattiv fil-kategoriji kollha ta’ riskju għoli (riskji tas-suq, tal-kreditu u dawk operattivi). B’mod partikolari, il-kontrolli tar-riskju tal-kreditu f’Citadele banka se jkunu konfigurati mill-ġdid b’mod sostanzjali, biex jibdlu l-approċċ preċedenti ta’ Parex banka, jiġifieri self ibbażat fuq garanziji b’valutazzjonijiet li huma inċerti b’mod inerenti, għal valutazzjonijiet tal-kapaċità tas-servizz ta’ dejn ta’ min jissellef ibbażati fuq flus kontanti. Il-ġestjoni tar-riskju hija element essenzjali tal-proċess ta’ ġestjoni ta’ Citadele banka. Il-ġestjoni tar-riskju fi ħdan Citadele banka hija kkontrollata minn unità indipendenti. Barra minn hekk, il-Bord Superviżorju ta’ Citadele banka jieħu sehem fis-superviżjoni tal-ġestjoni tar-riskju u ħatar wieħed mill-membri tiegħu bħala persuna responsabbli għas-superviżjoni tal-ġestjoni tar-riskju, tal-verifiki interni u tal-funzjoni ta’ konformità. Rapporti tar-riskju, li jinkludu aġġornamenti dwar ir-riskju tal-kreditu u l-konformità fil-bank, jitħejjew għall-Bord Superviżorju kull xahar.

    (40)

    Karta tal-bilanċ iżgħar iffokata fuq setturi prinċipali: In-negozju prinċipali ta’ Citadele banka se jkun ibbażat fil-pajjiżi Baltiċi u l-amministrazzjoni se tiffoka l-ħiliet tagħha biex treġġa’ lura lil Citadele banka għal pożizzjoni profitabbli f’dan ir-reġjun. Il-portafoll ta’ self tal-KSI mhux prinċipali li jirrendi l-qligħ se jiġi ttrasferit lil Citadele banka, iżda se jinbiegħ minn […]. Billi jiffoka mill-ġdid fuq l-attivitajiet ewlenin tiegħu u billi jnaqqas b’mod materjali d-daqs tal-karta tal-bilanċ attiva tiegħu, Citadele banka se jkun profitabbli b’mod sostenibbli.

    (41)

    Stabilizzazzjoni tal-pożizzjoni ta’ likwidità: L-istrateġija ta’ Citadele banka hija li jiġi żviluppat mudell ta’ finanzjament sostenibbli u ta’ riskju baxx billi titnaqqas id-dipendenza fuq finanzjament bl-ingrossa, it-titwil tal-profil tal-maturità u d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament permezz ta’ żieda fil-proporzjon ta’ depożiti fit-tul tal-klijenti fil-bażi tal-finanzjament ta’ Citadele banka. Il-depożiti li jinsabu f’Citadele banka mhumiex soġġetti għar-restrizzjonijiet rigward il-ħruġ imposti mir-regolatur Latvjan.

    (42)

    Treġġigħ lura għal pożizzjoni ta’ profitabbiltà fil-qasam prinċipali sal-2011: Citadele banka qed jippjana li jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż relatati mal-persunal, kif ukoll spejjeż amministrattivi oħra. L-ispejjeż amministrattivi ta’ Parex banka diġà ġew imnaqqsa b’39 % jew b’LVL 32 miljun fl-2009. Il-proporzjon tal-ispejjeż/tal-introjtu ta’ Citadele banka huwa mistenni li jonqos anki aktar minn hekk, biex fl-2014 jilħaq [bejn 35 u 55] %. Dak it-tnaqqis se jinkiseb permezz ta’ […] fi tnaqqis fi spejjeż relatati mal-persunal kif ukoll billi jiġu riveduti proċessi differenti fi ħdan Citadele banka. Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi tiegħu u sabiex isir finanzjament stabbli, Citadele banka se jkompli jimplimenta l-passi li diġà kienu nbdew minn Parex banka għall-bini mill-ġdid tal-istruttura tal-ispejjeż permezz ta’ titjib tan-netwerk tal-fergħat, […] u permezz ta’ miżuri oħra għat-tnaqqis tal-ispejjeż. It-tnaqqis fl-ispejjeż se jiġi supplimentat b’diversi inizjattivi għat-tkattir tal-introjtu u se jiffoka fuq il-ġestjoni tal-kwalità ta’ assi sabiex jittejjeb ir-redditu fuq l-ekwità (return on equity, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ROE”).

    Projezzjonijiet finanzjarji

    (43)

    Skont il-projezzjonijiet inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar finali, fil-każ ta’ referenza Citadele banka għandu jistenna li jerġa’ jsib pożizzjoni profitabbli diġà fl-2011 u li jtejjeb ir-riżultati tiegħu b’mod kontinwu sal-2015. Fl-2014 Citadele banka għandu jikseb ROE ta’ [bejn 18 u 28] %. Barra minn hekk, it-Tabella 3 turi l-indikaturi ewlenin ta’ prestazzjoni finanzjarja ta’ Citadele banka għas-snin 2010-2014. L-effetti tal-azzjonijiet ta’ ristrutturar imwettqa mill-amministrazzjoni tal-bank jidhru fil-proporzjonijiet ewlenin għall-2014 bi proporzjon tal-ispejjeż/tal-introjtu ta’ [bejn 35 u 55] % u ROE ta’ [bejn 18 u 28] %. Fl-2015 għandha tiġi stabbilita struttura ta’ kapital aktar solida bi proporzjon ta’ ekwità/assi totali ta’ [bejn 8 u 14] %.

    Tabella 3

    L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ Citadele banka fil-każ ta’ referenza għas-snin 2010-2014

     

    Aww-Diċ 2010e

    2011e

    2012e

    2013e

    2014e

    Analiżi tal-ispejjeż

    Spejjeż operattivi/ammont totali ta’ introjtu

    […] %

    […] %

    […] %

    […] %

    [35-55] %

    Tnaqqis fil-valur/self nett

    […] %

    […] %

    […] %

    […] %

    [1-3] %

    Profitabilità

    Introjtu Nett (Telf), f’LVL miljun

    [telf]

    [profitt]

    [profitt]

    [profitt]

    [profitt]

    ROE

    [—] %

    […] %

    […] %

    […] %

    [18-28] %

    Karta tal-Bilanċ

    Assi totali (LVL miljun)

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    [1,400-1,650]

    Depożiti/assi totali

    […] %

    […] %

    […] %

    […] %

    […] %

    Self/depożiti tal-klijenti

    […] %

    […] %

    […] %

    […] %

    [50-80] %

    Ekwità/assi totali

    […] %

    […] %

    […] %

    […] %

    [9-13] %

    CAR

    [10-14] %

    [11-15] %

    [12-16] %

    [14-19] %

    [16-20] %

    (44)

    Fl-agħar xenarju possibbli, Citadele banka huwa mistenni li jerġa’ lura għal pożizzjoni profitabbli fl-2013 u li jtejjeb aktar ir-riżultati tiegħu fl-2014. Huwa mistenni li fl-2014 il-bank jikseb ROE ta’ [> 0] % (19). Il-pjan juri li fl-agħar xenarju possibbli, il-proporzjonijiet tal-kapital għal Citadele banka u għall-grupp konsolidat kollu jibqgħu ogħla sew mir-rekwiżiti regolatorji minimi. It-Tabella 4 turi l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ Citadele banka għas-snin 2010-2014 fil-kuntest tal-agħar xenarju possibbli.

    Tabella 4

    L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni finanzjarja ta’ Citadele banka fl-agħar xenarju possibbli għas-snin 2010-2014

     

    Aww-Diċ 2010e

    2011e

    2012e

    2013e

    2014e

    Analiżi tal-ispejjeż

    Spejjeż operattivi/ammont totali ta’ introjtu

    […] %

    […] %

    […] %

    […] %

    [45-60] %

    Profitabilità

    Introjtu Nett (Telf), f’LVL miljun

    [telf]

    [telf]

    [telf]

    [profitt]

    [profitt]

    ROE

     

     

    […] %

    [> 0] %

    Karta tal-Bilanċ

    Self/depożiti tal-klijenti

    […] %

    […] %

    […] %

    […] %

    [40-60] %

    CAR

    [> 8] %

    [> 8] %

    [> 8] %

    [> 8] %

    [> 8] %

    (45)

    Skont ir-riżultati ta’ simulazzjonijiet ta’ kriżi dwar Citadele banka (Ara t-Tabella 5) li twettqu mill-Bank Ċentrali Latvjan, ebda kapital addizzjonali mhu meħtieġ sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti minimi dwar il-kapital sa tmiem l-2015 bil-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital ta’ [> 8 %].

    Tabella 5

    Il-riżultati ta’ simulazzjonijiet ta’ kriżi dwar Citadele banka

    Bank Ġdid

    Xenarju ta’ referenza

    Proviżjonijiet addizzjonali meħtieġa, miljun LVL

    Kapital addizzjonali meħtieġ, miljun LVL

    CAR, %

    2010

    (…)

    (…)

    (…)

    2011

    (…)

    (…)

    (…)

    2012

    (…)

    (…)

    (…)

    2013

    (…)

    (…)

    (…)

    2014

    (…)

    (…)

    (…)

    Parex banka wara l-Qsim

    (46)

    Wara l-qsim, Parex banka (inklużi s-sussidjarji tiegħu) se jkunu fi […]. Hu se jbiegħ u jnaqqas l-assi kollha tiegħu matul il-perjodu 2010-2017. Il-kompitu prinċipali ta’ Parex banka se jkun li jirkupra l-ammont massimu mill-assi assenjati lilu tul il-ħajja operattiva tiegħu, li għal skopijiet ta’ tbassir qed jiġi preżunt bħala li hu ta’ tmien snin. B’hekk, Parex banka se jevita l-ħtieġa għal likwidazzjoni ta’ portafoll bi prezz ferm aktar baxx mill-valur proprju tiegħu, jew għar-realizzazzjoni ta’ garanzija f’perjodu ta’ żmien limitat. Parex banka se jikkonċentra fuq it-tmexxija ta’ self li ma jirrendix qligħ flimkien ma’ assi ta’ proprjetà immobbli li diġà ttieħdu lura. Għalhekk, l-attivitajiet prinċipali ta’ Parex banka huma l-immaniġġjar tal-proċeduri ta’ rkuprar ta’ assi u l-ġestjoni u l-bejgħ sussegwenti ta’ assi b’mod ordnat malajr kemm jista’ jkun u skont termini raġonevoli.

    (47)

    Wara l-qsim, la Parex banka u lanqas is-sussidjarji tagħha mhuma se jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ekonomiċi ġodda sakemm dan ma jkunx meħtieġ għall-kompitu primarju tiegħu b’rabta mal-ġestjoni u l-bejgħ ta’ assi li jkunu ġew trasferiti. B’mod partikolari, Parex banka se jieqaf joħloq self ġdid. Madankollu, jista’ jifred ċerti assi f’sussidjarji separati għal skopijiet ta’ ġestjoni (bejgħ).

    (48)

    Rigward il-finanzjament tal-kumpaniji tal-KSI għal kiri fit-tul, Parex se jipprova jneħħi dawn in-negozji. Kif imsemmi hawn fuq, mhu qed isir l-ebda self ġdid, inkluż kiri fit-tul u, jekk ma jinsabu ebda xerrejja, huwa mistenni li l-portfafolli eżistenti tal-kiri fit-tul se jonqsu kompletament sal-[…]. Proporzjon sinifikanti tal-portafolli ta’ kiri fit-tul huwa […].

    (49)

    Dawn l-azzjonijiet huma kollettivament mistennija li jirriżultaw f’influss ta’ likwidità f’Parex banka, li permezz tiegħu se jibda jirritorna d-depożiti tal-Istat. Madankollu, il-kapital li ġie investit fil-Bank mhuwiex se jiġi rkuprat mill-Istat, fuq il-bażi tat-tbassir finanzjarju.

    (50)

    Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li Parex banka se jibqa’ konformi mal-kapital biss sal-[…].

    Miżuri oħra inklużi fil-pjan għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kompetizzjoni u l-qsim ta’ piżijiet

    (51)

    Parex banka ġarrab ħruġ kontinwu ta’ depożiti. Bħala riżultat, il-bażi tad-depożiti hija attwalment inqas, b’mod sinifikanti, minn kif kienet qabel il-kriżi. L-attivitajiet ta’ self kienu wkoll ristretti b’mod sinifikanti minħabba n-nuqqas ta’ finanzjament. L-awtoritajiet Latvjani jimpenjaw ruħhom biex jillimitaw l-operazzjonijiet ta’ self u ta’ teħid ta’ depożiti ta’ Citadele banka fl-oqsma ġeografiċi rilevanti (ara t-taqsima 2.5 hawn taħt). L-operazzjonijiet ta’ self u ta’ teħid ta’ depożiti limitati mhumiex se jippermettu żieda ogħla minn [bejn 9 u 13] % fuq bażi annwali mill-preżenza fis-suq li diġà tinsab imnaqqsa.

    (52)

    Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi t-tnaqqis ta’ attivitajiet tan-negozju ta’ Citadele banka meta mqabbel ma’ Parex banka qabel il-kriżi. Dak it-tnaqqis se jinkiseb b’mod parzjali billi jitneħħew ċertu assi (is-self tal-KSI li jirrendi l-qligħ u n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid, jekk dawn jinbiegħu b’mod separat minn Citadele banka). Barra minn hekk, il-Latvja impenjat ruħha biex tipprivatizza lil Citadele banka sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    (53)

    Bħala riżultat tan-nazzjonalizzazzjoni, l-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza ta’ Parex banka ġew eliminati (ara l-premessa (13)). Bħala riżultat tar-rikapitalizzazzjoni sussegwenti ta’ Parex banka mill-Istat u l-BERŻ, l-azzjonisti b’minoranza ġew imdgħajfa (mill-15.2 % ta’ qabel għal 3.7 % fis-7 ta’ Lulju 2010).

    2.4.   IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR

    (54)

    Il-pjan ta’ ristrutturar finali jindika li l-għajnuna ta’ salvataġġ eżistenti se tkun estiża tul il-perjodu ta’ ristrutturar u li se tinqasam bejn il-bank il-ġdid, Citadele banka, u Parex banka. Ġiet ippjanata xi għajnuna addizzjonali mill-Istat, apparti dik li ngħatat diġà.

    Appoġġ ta’ likwidità

    (55)

    L-appoġġ ta’ likwidità fil-forma ta’ depożiti tal-Istat li ġie ppjanat kemm għal Citadele banka kif ukoll għal Parex banka mhuwiex se jaqbeż l-ammont ta’ LVL 1.5 biljun, li ġie approvat bħala l-ammont massimu ta’ għajnuna għas-salvataġġ fil-forma ta’ appoġġ ta’ likwidità għal Parex banka qabel il-qsim (20). Fil-każ ta’ referenza u l-każ tal-agħar xenarju possibbli, id-depożiti tal-Istat f’Citadele banka għandhom jitħallsu lura sal-2012. Fl-aħjar xenarju possibbli d-depożiti tal-Istat għandhom jitħallsu lura bis-sħiħ sal-2011. Id-depożiti tal-Istat f’Parex banka jibqgħu pendenti fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar fix-xenarji tal-każ ta’ referenza u fl-agħar każ possibbli. Ammonti mhux imħallsa jvarjaw minn LVL [0-100] miljun (ix-xenarju tal-każ ta’ referenza) għal LVL [100-200] miljun (ix-xenarju tal-agħar każ possibbli). Il-ħlas lura jista’ jseħħ aktar kmieni fil-każ ta’ bejgħ ta’ benefiċjarji jew tal-assi tagħhom. Il-bilanċi pendenti fl-isfond ta’ xenarji differenti huma murija fit-Tabella 6.

    Tabella 6

    Miżuri ta’ likwidità tal-Istat (bilanċi pendenti fl-aħħar tas-sena)

    Citadele banka

    LVL miljun

     

    1.8.10

    31.12.10

    31.12.11

    31.12.12

    31.12.13

    31.12.14

    Każ ta’ referenza

    131

    143

    36

    0

    L-aħjar każ possibbli

    131

    143

    L-agħar każ possibbli

    131

    143

    36

    0


    Parex banka

    LVL miljun

     

    1.8.10

    31.12.10

    31.12.11

    31.12.12

    31.12.13

    31.12.14

    31.12.15

    31.12.16

    31.12.17

    Każ ta’ referenza

    [400-550]

    [400-550]

    [400-550]

    [250-400]

    [250-400]

    [150-400]

    [150-400]

    [100-250]

    [0-100]

    L-aħjar każ possibbli

    [400-550]

    [400-550]

    [400-550]

    [250-400]

    [250-400]

    [150-400]

    [150-400]

    [100-250]

    0

    L-agħar xenarju possibbli

    [400-550]

    [400-550]

    [400-550]

    [250-400]

    [250-400]

    [150-400]

    [150-400]

    [100-250]

    [100-200]

    (56)

    Ir-rimunerazzjoni tal-likwidità kienet ġiet stabbilita fit-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 Ottubru 2008 dwar garanziji tal-gvern fuq dejn tal-banek. Skont il-pjan ta’ ristrutturar, kemm l-ipprezzar ta’ Citadele banka kif ukoll dak ta’ Parex banka se jiġu kkunsidrati bħala spejjeż ta’ finanzjament mill-Istat (21) flimkien ma’ tariffa żejda ta’ 50 bps. Barra minn hekk, se tiġi introdotta tariffa ta’ inċentiv għal Citadele banka – mill-bidu ta’ April 2011, il-tariffa se tiġi miżjuda b’sa 15 bps kull tliet xhur bħala inċentiv għall-bank biex jiffinanzja lilu nnifsu mill-ġdid fuq is-swieq.

    (57)

    L-ispejjeż prospettivi tal-appoġġ tal-likwidità tal-Istat, imqabbla ma’ dawk tad-depożiti tal-klijent f’Citadele banka, huma deskritti fit-Tabella 7.

    Tabella 7

    Spejjeż tad-depożiti tal-Istat f’Citadele banka, imqabbla mal-ispejjeż tad-depożiti tal-klijent

    %

     

    2010e

    2011e

    2012e

    2013e

    Spejjeż ta’ appoġġ ta’ likwidità

    9,6  %

    5,4  %

    6,5  %.

    7,9  %

    Spejjeż tad-depożiti tal-klijenti

    (…)

    (…)

    (…)

    (…)

    Garanziji

    (58)

    Wara l-qsim, il-garanziji eżistenti tas-selliefa ssindakati ta’ Parex banka, kif approvati skont l-ewwel u t-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ, se jibqgħu f’Parex banka flimkien mas-self ssindakat. Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li dawn se jintemmu sal-31 ta’ Diċembru 2011, mingħajr ma jkun meħtieġ li l-gvern jonora l-garanzija tiegħu.

    (59)

    F’Marzu 2010, Parex banka ffirma ftehim mal-Bank Ewropew tal-Investiment (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“BEI”), li se jipprovdi linja ta’ kreditu ta’ sa EUR 100 miljun li għandu jintuża biex jiġi pprovdut finanzjament lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Il-linja ta’ kreditu għandha tiġi ttrasferita lil Citadele banka. Sakemm Citadele banka jibqa’ taħt il-grad ta’ investiment, il-BEI jeħtieġ garanzija mill-Istat għal dan l-finanzjament.

    (60)

    Citadele banka jista’ wkoll jeħtieġ garanziji jew likwidità addizzjonali mill-Istat li jammontaw sa LVL 88 miljun (EUR 126 miljun) fir-rigward tal-Eurobonds pendenti, li jiskadu f’Mejju tal-2011.

    (61)

    L-ipprezzar għal garanziji mill-Istat huwa dak approvat fit-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ (22). Fir-rigward tal-ipprezzar tal-garanziji addizzjonali possibbli tal-Istat inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar, dan se jiġi standardizzat fil-livell tal-garanzija tal-Istat eżistenti (1 048 %) flimkien ma’ tariffa ta’ żieda fuq il-ħlas ta’ 12.5 bps li se tiġi introdotta u miżjuda bi 12.5 bps fl-aħħar ta’ kull trimestru.

    Rikapitalizzazzjoni

    Kapital tal-1 Livell

    (62)

    Il-pjan ta’ ristrutturar jassumi li l-kapital ta’ ekwità (l-1 Livell) li diġà ġie injettat f’Parex banka waqt il-perjodu ta’ salvataġġ se jibqa’ f’Parex banka.

    (63)

    Skont il-pjan ta’ ristrutturar mhu se jkun meħtieġ l-ebda kapital addizzjonali mill-Istat ħlief għal:

    a.

    kapitalizzazzjoni ta’ LVL 103 miljun permezz ta’ bdil tad-depożiti tal-Istat f’ekwità f’Citadele banka meta jsir il-qsim. Ir-rimunerazzjoni ta’ dan il-kapital għandha tinkiseb permezz tal-bejgħ ta’ Citadele banka, li l-Latvja impenjat ruħha li twettaq sa tmiem l-2014;

    b.

    u kapitalizzazzjoni permezz ta’ konverżjoni ta’ xi wħud mid-depożiti tal-Istat, u tal-imgħax fuq dawn id-depożiti, f’Parex banka fis-snin 2010-2013 sa ammont massimu ta’ LVL 210.7 miljun fil-każ ta’ referenza u ta’ LVL 218.7 iljun fl-agħar każ. Huwa previst li Parex banka jħallas […] % imgħax fis-sena fuq depożiti tal-Istat kapitalizzati wara l-qsim sal-31 ta’ Diċembru 2013. Mill-2014 ‘il quddiem, depożiti tal-Istat kapitalizzati għandhom jiġu addebitati fuq il-kont ta’ qligħ u telf b’[…] %.

    (64)

    L-ammonti rispettivi tal-kapital tal-1 Livell li għandhom jiġu pprovduti mill-Istat lil Parex banka taħt xenarji differenti huma murija fit-Tabelli 8 u 9.

    Tabella 8

    Kapitalizzazzjoni mbassra ta’ depożiti tal-Istat f’Parex banka

    LVL mijun

     

    31.7.10

    31.12.10

    31.12.11

    31.12.12

    31.12.13

    31.12.14

    31.12.15

    31.12.16

    31.12.17

    Każ ta’ referenza

    [10-30]

    [30-60]

    [0-20]

    L-aħjar każ

    [10-30]

    [30-60]

    [0-20]

    L-agħar każ

    [10-30]

    [30-60]

    [0-20]

    Tabella 9

    Imgħax diferit/kapitalizzat tat-Teżor tal-Istat f’Parex banka

    LVL mijun

     

    31.7.10

    31.12.10

    31.12.11

    31.12.12

    31.12.13

    31.12.14

    31.12.15

    31.12.16

    31.12.17

    Każ ta’ referenza

    [0-10]

    [20-40]

    [20-40]

    [20-40]

    L-aħjar każ

    [0-10]

    [20-40]

    [20-40]

    [20-40]

    L-agħar każ

    [0-10]

    [20-40]

    [20-40]

    [20-40]

    (65)

    Il-Latvja stabbiliet li l-ammont massimu totali ta’ kapital provdut lil Parex banka m’għandux jaqbeż LVL 218.7 miljun u li mhijiex se tipprovdi, la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett, aktar kapital fi kwalunkwe forma li Parex banka wara tmiem l-[…].

    (66)

    Il-ħlas lura mbassar tal-prinċipal tad-depożiti tal-Istat u tal-imgħax tagħhom minn Parex banka huwa muri fit-Tabella 10.

    Tabella 10

    Il-ħlas lura mbassar tal-prinċipal tad-depożiti tal-Istat u tal-imgħax tagħhom minn Parex banka

    F’LVL miljun

     

    Każ ta’ referenza

    L-agħar każ

    Ħlas lura tal-prinċipal tad-depożitu tal-Istat

    (…)

    (…)

    Ħlas lura tal-imgħax fuq id-depożiti tal-Istat

    (…)

    (…)

    Total

    (…)

    (…)

    Kapital tat-2 Livell

    (67)

    L-għajnuna għas-salvataġġ fil-forma ta’ self subordinat (kapital tat-2 Livell) se tiġi trasferita lil Citadele banka. Ir-rimunerazzjoni kienet ġiet stabbilita fit-tieni u t-tielet Deċiżjoni (23) ta’ salvataġġ fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2008 rigward l-istrumenti għal-ipprezzar tar-rikapitalizzazzjoni. Minn Diċembru 2009, l-imgħax fiss għas-self subordinat kien ta’ […] %, wara Frar 2010 żdied għal […] %.

    (68)

    Qatt ma ġie pprovdut, u mhuwiex se jiġi pprovdut kapital tat-2 Livell lil Parex banka mill-Istat waqt li jkun qed isir jew wara li jsir il-qsim.

    Miżura ta’ Salvataġġ tal-Assi

    (69)

    Kif deskritt fil-premessi (27)-(32), ċerti assi se jiġu ttrasferiti minn Parex banka lil Citadele banka, li se jkompli xi attivitajiet ta’ Parex banka waqt li l-assi mhux prinċipali u li ma jirrendux qligħ se jibqgħu f’Parex banka. Fir-rigward tal-valur tal-assi li se jibqgħu f’Parex banka, valutazzjoni fuq bażi konservattiva bbażata fuq l-agħar xenarju possibbli twassal biex tindika telf għall-Istat ta’ LVL [200-400] miljun, u ta’ LVL [50-300] miljun fix-xenarju tal-każ ta’ referenza. It-telf kieku jikkorrispondi għal madwar [20-50] % tal-valur kontabbli tal-assi (ta’ LVL 814 miljun) fil-agħar xenarju possibbli, u għal madwar […] % fil-xenarju tal-każ ta’ referenza. Jekk jiġu kkunsidrati ċ-ċifri ta’ provvediment, l-iskont fuq il-valur nominali tal-assi jkun akbar.

    (70)

    L-estimi rispettivi tal-obbligazzjonijiet pendenti u tal-ekwità tal-Istat mitlufa wara l-likwidazzjoni tal-assi f’Parex banka huma murija fit-Tabella 11.

    Tabella 11

    L-obbligazzjonijiet pendenti u tal-ekwità tal-Istat mitlufa wara l-likwidazzjoni tal-assi f’Parex banka

    LVL miljun

    Każ ta’ referenza

    Depożitu pendenti tal-Istat

    [0-100]

    Rikapitalizzazzjoni mill-Istat

    (…)

    Total

    [50-300]

    L-agħar sitwazzjoni possibbli

    Depożitu pendenti tal-Istat

    [100-200]

    Rikapitalizzazzjoni mill-Istat

    (…)

    Total

    [200-400]

    2.5.   L-IMPENJI TAL-LATVJA

    (71)

    Sabiex tippermetti lill-Kummissjoni biex issib li l-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lil Citadele banka u lil Parex banka hija kompatibbli mas-suq intern, fit-3 ta’ Settembru 2010 l-Latvja pprovdiet id-dokument “Impenji lill-Kummissjoni Ewropea”, li ġie ffirmat mill-Latvja, minn Citadele banka u minn Parex banka u li fih jinsabu impenji mmirati lejn l-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta’ ristrutturar u lejn ir-restrizzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li jirriżulta mill-għajnuna għar-ristrutturar (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-impenji”). L-impenji ewlenin huma deskritti hawn taħt.

    2.5.1.   IMPENJI LI JIRRIGWARDAW LIL CITADELE BANKA

    (72)

    Impenn biex jitneħħa s-self tal-KSI. Citadele banka għandu jneħħi jew jipprokura ċ-ċessjoni tas-self tal-KSI sal-[…] lil xerrej, skont it-termini ta’ bejgħ approvati mill-Kummissjoni. Biex iwettaq iċ-ċessjoni, Citadele banka għandu jsib xerrej u għandu jikkonkludi bejgħ finali u ftehim vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għas-self tal-KSI sa mhux aktar tard minn […]. Jekk Citadele banka ma jkunx daħal f’tali ftehim sa din id-data, għandu jagħti mandat esklussiv lill-fiduċjarju taċ-ċessjoni biex ibiegħ is-self tal-KSI sal-[…].

    (73)

    Impenn biex jitneħħa n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid. In-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid għandu jitneħħa minn […] bħala negozju avvjat lil xerrej skont termini ta’ bejgħ approvati mill-Kummissjoni. Għal dan il-għan, sa mhux aktar tard minn […]:

    (a)

    il-Latvja trid issib xerrej u tikkonkludi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għall-bejgħ ta’ 100 % tal-parteċipazzjoni tagħha f’Citadele banka, inkluż in-negozju tal-ġestjoni tal-ġid, jew

    (b)

    Citadele banka jrid isib xerrej u jikkonkludi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għall-bejgħ tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid b’mod separat mill-bqija ta’ Citadele banka.

    Jekk in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid ma jitneħħiex, flimkien ma’ Citadele banka jew b’mod separat, sal-[…], Citadele banka għandu jagħti mandat esklussiv lill-fiduċjarju taċ-ċessjoni biex ibiegħ in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid b’mod separat mill-bqija ta’ Citadele banka sal-[…].

    (74)

    Il-konservazzjoni tal-vijabbiltà, il-kummerċjabilità u l-kompetittività. Sal-konklużjoni tal-bejgħ tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid, Citadele banka għandu jikkonserva l-vijabbiltà ekonomika, il-kummerċjabilità u l-kompetittività tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid b’konformità mal-prattika tajba tan-negozju, u għandu jnaqqas kemm jista’ jkun kull riskju ta’ telf tal-potenzjal kompetittiv tiegħu.

    (75)

    Iż-żamma ta’ obbligu separat. Sal-konklużjoni tal-bejgħ tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid, Citadele banka għandu jżomm in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid separat min-negozji li se jżomm u għandu jiżgura li l-membri tal-persunal ewlieni tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid ma jkollhom l-ebda involviment f’xi negozju li jkun inżamm u vice versa. Citadele banka għandu jaħtar maniġer għaż-żamma tal-operazzjonijiet b’mod separat, li għandu jkun responsabbli biex jissorvelja n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid taħt is-superviżjoni tal-fiduċjarju inkarigat bil-monitoraġġ. Il-maniġer għaż-żamma tal-operazzjonijiet b’mod separat għandu jamministra n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid b’mod indipendenti u fl-aħjar interess tan-negozju, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika, il-kummerċjabbiltà u l-kompetittività kontinwa tiegħu, kif ukoll l-indipendenza tiegħu min-negozju li se jkun inżamm minn Citadele banka.

    (76)

    Impenn biex Citadele banka jinbiegħ. Il-Latvja għandha tneħħi jew tipprokura ċ-ċessjoni ta’ Citadele banka lil xerrej sal-31 ta’ Diċembru 2015, skont it-termini ta’ bejgħ approvati mill-Kummissjoni. Biex twettaq iċ-ċessjoni, il-Latvja għandha ssib xerrej u tikkonkludi ftehim finali u vinkolanti ta’ bejgħ u xiri għall-bejgħ ta’ Citadele banka sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014. Sabiex twettaq dan l-impenn, il-Latvja għandha tbiegħ l-ishma kollha miżmuma b’mod dirett u mhux dirett (inkluż permezz ta’ impriżi pubbliċi), f’Citadele banka. Jekk il-Latvja ma tikkonkludix tali ftehim sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Latvja għandha tagħti mandat esklussiv lill-Fiduċjarju taċ-Ċessjoni biex ibigħ Citadele banka sal-31 ta’ Diċembru 2015.

    (77)

    Limiti fuq self ġdid u fuq depożiti ġodda fil-pajjiżi Baltiċi. Fil-Latvja, il-Litwanja u l-Estonja, Citadele banka u l-impriżi affiljati tiegħu għandhom jillimitaw:

    (a)

    is-self ġdid gross tagħhom f’termini ta’ volum u ishma tas-suq fis-self fit-termini tal-portafoll tas-self totali għal Citadele banka u AB “Citadele” bankas (24);u

    (b)

    il-bilanċi tad-depożiti tagħhom kemm f’termini ta’ volum kif ukoll ta’ ishma tas-suq,

    sal-ammonti massimi permessi indikati fit-Tabelli 12-17.

    Is-suq Latvjan

    Tabella 12

    Limiti fuq is-self fil-Latvja

     

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    Self ġdid gross ewlieni (LVL miljun)

    [28-40]

    [115-165]

    [120-175]

    [130-190]

    [145-210]

    [160-230]

    Sehem mis-suq għal self ewlieni (mingħajr self tal-KSI) f’termini ta’ sehem tal-portafoll tas-self għal self totali fil-Latvja (%)

    [< 5] %

    [< 6] %

    [< 6] %

    [< 6] %

    [< 7] %

    [< 7] %

    Self ġdid gross għas-settur privat tal-ġestjoni tal-kapital (PCM) (25) (LVL miljun)

    [0-4]

    [9-13]

    [9.5-14]

    [10-15]

    [11-17]

    [12.5-18]


    Tabella 13

    Limiti fuq il-bilanċi tad-depożiti fil-Latvja

     

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    Bilanċ tad-depożiti ewlenin (mingħajr depożiti PCM) (LVL miljun)

    [550-790]

    [600-860]

    [660-950]

    [720-1045]

    [795-1150]

    [875-1260]

    Sehem tas-suq għal depożiti ewlenin (%)

    [< 7] %

    [< 8] %

    [< 8] %

    [< 8] %

    [< 8] %

    [< 8] %

    Bilanċ tad-depożiti PCM (LVL miljun)

    [340-490]

    [405-585]

    [375-540]

    [410-590]

    [440-630]

    [475-685]

    Sehem tas-suq għal depożiti PCM (%)

    [< 5] %

    [< 5] %

    [< 5] %

    [< 5] %

    [< 5] %

    [< 5] %

    Is-suq Litwan

    Tabella 14

    Limiti fuq is-self fil-Litwanja

     

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    Self ġdid gross (LVL miljun)

    [19-27]

    [36.5-53]

    [40-58]

    [44-63]

    [48-70]

    [53-76]

    Sehem tas-suq f’termini ta’ sehem ta’ portafoll tas-self għal self totali fil-Litwanja (%)

    [< 2.5] %

    [< 2.5] %

    [< 2.5] %

    [< 3] %

    [< 3] %

    [< 3] %


    Tabella 15

    Limiti fuq il-bilanċi totali tad-depożiti fil-Litwanja

     

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    Bilanċ totali tad-depożiti (LVL miljun)

    [115-170]

    [130-185]

    [140-205]

    [155-225]

    [170-245]

    [190-270]

    Sehem tas-suq (%)

    [< 3] %

    [< 3] %

    [< 3] %

    [< 4] %

    [< 4] %

    [< 4] %

    Is-suq Estonjan

    Tabella 16

    Limiti fuq is-self fl-Estonja

     

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    Self ġdid gross (LVL miljun)

    [3.2-4.6]

    [7-10]

    [7.6-11]

    [8-12]

    [9-13]

    [10-14]

    Sehem tas-suq f’termini ta’ sehem ta’ portafoll tas-self għal self totali fl-Estonja (%)

    [< 1.5] %

    [< 1.5] %

    [< 1.5] %

    [< 1.5] %

    [< 1.5] %

    [< 1.5] %


    Tabella 17

    Limiti fuq il-bilanċi totali tad-depożiti fl-Estonja

     

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    Bilanċ totali tad-depożiti

    [85-125]

    [95-135]

    [105-150]

    [115-165]

    [125-180]

    [135-195]

    Sehem tas-suq (%)

    [< 1] %

    [< 1.5] %

    [< 2.5] %

    [< 2.5] %

    [< 2.5] %

    [< 2.5] %

    (78)

    Limiti fuq id-depożiti għal fergħat Ġermaniżi u Svediżi. Citadele banka għandu jillimita l-bilanċi tad-depożiti tiegħu fil-fergħat Ġermaniżi u Svediżi kemm f’termini ta’ volum kif ukoll ta’ ishma tas-suq rispettivi għall-ammonti massimi permessi indikati fit-Tabelli 18 u 19.

    Tabella 18

    Limiti fuq il-bilanċi tad-depożiti totali għall-fergħa Ġermaniża

     

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    Bilanċ totali tad-depożiti (LVL miljun)

    [47-69]

    [50-75]

    [60-85]

    [65-90]

    [70-100]

    [80-110]

    Sehem tas-suq (%)

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    Tabella 19

    Limiti fuq il-bilanċi tad-depożiti totali għall-fergħa Svediża

     

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    Bilanċ totali tad-depożiti (LVL miljun)

    [35-50]

    [40-55]

    [40-60]

    [45-70]

    [50-75]

    [55-80]

    Sehem tas-suq (%)

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    [< 0.5] %

    (79)

    L-ebda żieda fin-numru ta’ fergħat: Citadele banka m’għandux iżid in-numru totali ta’ fergħat. Dan, madankollu, ma jwaqqafx lil Citadele banka milli jwettaq allokazzjoni mill-ġdid ta’ wħud mill-fergħat tiegħu.

    (80)

    L-Impenji msemmija fil-premessi (77)-(79) għandhom japplikaw sakemm jitwettaq kemm il-ħlas lura kollu tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ miżuri ta’ likwidità mogħtija mil-Latvja lil Citadele banka kif ukoll sakemm jiġi konkluż il-bejgħ ta’ Citadele banka, u, mill-inqas, sal-[…]. Jekk in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid jinbiegħ b’mod separat mill-bqija ta’ Citadele banka, il-limiti dwar is-self u d-depożiti tal-PCM (parti min-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid) imsemmija fil-premessa (77) għandhom jieqfu milli japplikaw wara l-konklużjoni tal-bejgħ, b’mod separat, tan-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid.

    (81)

    Rimunerazzjoni fir-rigward tal-miżura ta’ salvataġġ tal-assi: Citadele banka għandu jrodd rimunerazzjoni lil-Latvja għas-salvataġġ tal-assi sal-ammont ta’ telf stmat li ġġarrab il-Latvja fix-xenarju tal-agħar każ possibbli, li huwa l-ammont totali tal-miżuri ta’ likwidità previsti mil-Latvja li possibbilment jistgħu jintilfu fl-aħħar tar-realizzazzjoni tal-assi (LVL [100-200] miljun) u l-kapital totali prospettiv li għandu jiġi pprovdut lil Parex banka mid-data tat-trasferiment (LVL […] miljun). Ir-rimunerazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ spejjeż fil-kont ta’ qligħ u telf, jiġifieri qabel jiġi stabbilit l-introjtu nett annwali. Dik ir-remunerazzjoni għandha titħallas għal kull sena li fiha l-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital ta’ Citadele banka fuq bażi waħdanija ma tkunx inqas minn 12 %, u l-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital f’livell ta’ grupp ma tkunx inqas minn 8 % sakemm l-ammont rilevanti ma jwassalx biex Citadele banka jġarrab telf fis-sena rilevanti. Dan l-impenn għandu japplika sa meta sseħħ il-konklużjoni tal-bejgħ ta’ Citadele banka.

    (82)

    Projbizzjoni ta’ Akkwisti. Citadele banka għandu jżomm lura milli jwettaq akkwisti kemm ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll ta’ istituzzjonijiet mhux finanzjarji sakemm jitwettaq kemm il-ħlas lura tal-għajnuna kollha fil-forma ta’ miżuri ta’ likwidità mogħtija mil-Latvja lil Citadele banka kif ukoll sakemm jiġi konkluż il-bejgħ ta’ Citadele banka.

    (83)

    L-ebda self tal-KSI ġdid. Sakemm jiġi konkluż il-bejgħ tas-self tal-KSI, Citadele banka m’għandu jagħti l-ebda self ġdid lil klijenti mill-pajjiżi tas-KSI u lil klijenti li l-benefiċjarji aħħarija tagħhom huma minn pajjiżi tas-KSI. Citadele banka u l-impriżi affiljati tiegħu se jkunu jistgħu jqassmu l-fondi biss meta l-kuntratt formali għas-self ikun ġie ffirmat qabel id-data tat-trasferiment. Citadele banka għandu jieqaf jagħti ħlasijiet bil-quddiem ulterjuri fuq self eżistenti ħlief f’sitwazzjonijiet fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ppreżervata jew imtejba l-probabbiltà li Citadele jew l-impriżi affiljati tiegħu jingħataw ħlas lura fuq self pendenti. Barra minn hekk, dawn l-ħlasijiet bil-quddiem għandhom ikunu limitati għal mhux aktar minn 2 % tal-portafoll tas-self għas-sena ta’ qabel.

    2.5.2.   IMPENJI LI JIRRIGWARDAW LIL PAREX BANKA

    (84)

    L-ebda attivitajiet ġodda. Parex banka u l-impriżi affiljati tiegħu m’għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ġodda li mhumiex meħtieġa għall-ħidma primarja tiegħu tal-ġestjoni tal-assi biex dawn imbagħad jiġu mibjugħa.

    (85)

    Parex banka u l-impriżi affiljati tiegħu għandhom jieqfu:

    (a)

    milli jagħtu kwalunkwe tip ta’ self ġdid lil klijenti kemm privati kif ukoll korporattivi, inkluż self relatat ma’ kiri fit-tul. Parex banka u l-impriżi affiljati tiegħu se jkunu jistgħu jqassmu l-fondi biss meta l-kuntratt formali għas-self ikun ġie ffirmat qabel id-data tat-trasferiment jew meta ma jkunx hemm flus ġodda u s-self isir biex jiġi ristrutturat is-self marbut ma’ assi għar-ristrutturar. Parex banka se jkun f’pożizzjoni li jagħti self ġdid lill-impriżi affiljati tiegħu għall-immaniġġjar ta’ garanzjiji li jkunu ttieħdu lura;

    (b)

    milli jagħtu ħlasijiet bil-quddiem addizzjonali fuq self eżistenti ħlief f’sitwazzjonijiet fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ppreżervata jew tiżdied il-probabbiltà li Parex banka jew l-impriżi affiljati tiegħu jitħallsu lura fuq self pendenti u fejn ħlas bil-quddiem addizzjonali jkun meħtieġ biex jiġu ffinanzjati tiswijiet u azzjonijiet ta’ titjib li huma essenzjali għall-integrità strutturali tal-proprjetà assigurata. Barra minn hekk, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom ikunu limitati għal mhux aktar minn 5 % tal-portafoll tas-self għas-sena ta’ qabel.

    (ċ)

    milli jaċċettaw depożiti ġodda mill-pubbliku.

    (86)

    Parex banka u l-impriżi affiljati tiegħu għandhom jillikwidaw jew ineħħu l-attivitajiet kollha relatati ma’ kiri fit-tul sal-[…].

    (87)

    L-ammont totali massimu ta’ kapital ipprovdut b’mod dirett jew indirett fi kwalunkwe forma mil-Latvja lil Parex banka m’għandux jaqbeż l-ammont ta’ LVL 218.7 miljun. Il-Latvja m’għandhiex tipprovdi, la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett, aktar kapital fi kwalunkwe forma li Parex banka wara l-[…].

    2.5.3.   IMPENJI OĦRA

    (88)

    Projbizzjoni fuq id-Dividends u l-Kupuni. Citadele banka, Parex banka u l-impriżi affiljati tagħhom m’għandhomx iħallsu dividends jew kupuni fuq strumenti ta’ kapital eżistenti (inklużi ishma preferenzjali, ishma B, u strumenti tat-2 Livell ta’ livell għoli jew baxx) jew jeżerċitaw drittijiet għal sejħiet fir-rigward ta’ dawn, sakemm ma jkunx hemm obbligu legali biex isir hekk. Madankollu, dan l-impenn ma japplikax għall-kapital miżmum b’mod dirett jew mhux dirett mil-Latvja, u għall-kapital miżmum minn Citadele banka u minn Parex banka fl-impriżi affiljati tagħhom.

    (89)

    L-ebda referenza għal għajnuna mill-Istat fir-reklamar. Citadele banka u Parex banka m’għandhomx jużaw l-għoti tal-għajnuna mill-Istat, il-pussess mill-Istat jew kwalunkwe vantaġġi kompetittivi li jirriżultaw minn din l-għajnuna jew minn dan il-pussess għal skopijiet ta’ reklamar.

    (90)

    L-impenji stabbiliti fil-premessi (88)-(89) għandhom japplikaw għal Citadele banka sakemm jitwettaq kemm il-ħlas lura tal-għajnuna kollha mill-Istat fil-forma ta’ miżuri ta’ likwidità mogħtija mil-Latvja lil Citadele banka kif ukoll sakemm jiġi konkluż il-bejgħ ta’ Citadele banka.

    (91)

    Is-separazzjoni bejn Citadele banka u Parex banka: Citadele banka u Parex banka għandhom ikunu kompletament separati fuq livell operattiv sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2011, ħlief għal ċerti attivitajiet tal-IT u għall-ġestjoni u l-amministrazzjoni tas-self tal-KSI. Dan is-servizz li ġie msemmi l-aħħar għandu jkun rimunerat skont tariffa orjentata lejn is-suq.

    (92)

    Fiduċjarju. Għandu jinħatar fiduċjarju inkarigat bil-monitoraġġ biex iwettaq il-funzjonijiet speċifikati fit-Taqsima F tal-impenji.

    (93)

    Jekk il-Latvja jew Citadele banka, kif xieraq, ma jkunux ikkonkludew ftehim vinkolanti ta’ bejgħ u xiri xahar qabel it-tmiem tal-perjodi msemmija fil-premessi (72), (73) u (76) għandu jinħatar fiduċjarju taċ-ċessjoni biex iwettaq il-funzjonijiet speċifikati fit-taqsima F tal-impenji.

    (94)

    Il-fiduċjarji għandhom ikunu indipendenti minn Citadele banka, minn Parex banka u mil-Latvja, għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex iwettqu l-mandat tagħhom, m’għandux ikollhom kunflitt ta’ interess u lanqas m’għandhom ikunu esposti għal tali kunflitt.

    (95)

    Il-Kummissjoni se jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tirrifjuta l-fiduċjarji proposti u li tapprova l-mandat skont kwalunkwe modifiki li tista’ tqis li huma meħtieġa għal-fiduċjarji biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom.

    (96)

    Il-fiduċjarju(i) għandhom jassumu d-dmirijiet speċifikati tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-impenji. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-fiduċjarju, tal-Latvja, ta’ Citadele banka jew ta’ Parex banka, tagħti kwalunkwe ordnijiet jew struzzjonijiet lill-fiduċjarju sabiex tiġi żgurata l-konformità kemm mal-kundizzjonijiet u l-obbligi msemmija f’din id-Deċiżjoni kif ukoll mal-impenji.

    3.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

    (97)

    Il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-pjan inizjali ta’ ristrutturar li ġie ppreżentat fil-11 ta’ Mejju 2009 f’dan il-każ minħabba li kellha, inter alia, dubji dwar l-adegwatezza tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali biex jiżgura t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-bank mingħajr appoġġ sostnut mill-Istat.

    (98)

    B’mod aktar speċifiku, ma kienx ċar kif u meta Parex banka kien se jerġa’ jsir konformi mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. Barra minn hekk, il-pjan inizjali ma indirizzax b’mod adegwat il-fatturi tar-riskju (inkluż l-esponiment għal persuni li jissellfu li mhumiex mill-OECD) identifikati fir-rapport dwar id-diliġenza dovuta li ġie ppreżentat mal-pjan ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, il-pjan inizjali deher li kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet pjuttost ottimisti fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi futuri. Il-Kummissjoni kellha dubji rigward kif il-bank kien se jkun kapaċi jamministra t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tad-depożiti. Minkejja l-limitazzjonijiet tal-likwidità, il-pjan inizjali deher li kien mibni fuq strateġija ta’ negozju li kienet qed tespandi u li kienet valida għas-setturi kollha tas-self u ma kienx jipprovdi għall-abbandun jew għat-tnaqqis ta’ attivitajiet li jinvolvu livell ta’ riskju aktar sinifikanti, bħal pereżempju l-għoti ta’ self lil individwi ta’ valur għoli fil-pajjiżi tal-KSI. Rigward l-espansjoni tal-volumi tad-depożiti u tal-attivitajiet ta’ tkattir tad-depożiti li kienet prevista dak iż-żmien, kien hemm dubji dwar jekk dak il-pjan kienx realistiku u kosteffiċjenti. Barra minn hekk, sa dak il-punt l-awtoritajiet Latvjani ma kinux ipprovdew ir-riżultati tas-simulazzjoni ta’ kriżi. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni għalhekk stiednet lill-awtoritajiet Latvjani sabiex jikkunsidraw mill-ġdid l-istrateġija tan-negozju globali li ġiet proposta għal Parex banka.

    (99)

    Il-pjan kien jipprevedi strateġija ta’ espansjoni tan-negozju li deher li prinċipalment kien jiddependi minn politika aggressiva ta’ pprezzar u ta’ kummerċjalizzazzjoni maħsuba biex jerġgħu jinkisbu lura ishma tas-suq mitlufa bl-użu tal-vantaġġ kompetittiv tal-bank maħluq minħabba l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, dan ma kienx jinkludi miżuri xierqa maħsuba biex jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

    (100)

    Rigward il-kwistjoni tal-qsim tal-piżijiet/kontribuzzjoni proprja, il-pjan inizjali ma pprovdiex informazzjoni ċara dwar l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat li kien meħtieġ, u dwar il-kontribuzzjoni proprja ta’ Parex banka. Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-pjan inizjali kienx iffukat b’tali mod li jillimita l-għajnuna kemm jista’ jkun. Fl-isfond tax-xenarji kollha, il-bank baqa’ jiddependi fuq il-faċilitajiet tal-likwidità jew fuq il-garanziji tal-Istat anki sal-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kellha wkoll tinvestiga sa liema punt setgħu jitnaqqsu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ Parex banka permezz tat-tqegħid ta’ enfasi akbar fuq l-attivitajiet prinċipali u permezz ta’ tnaqqis globali akbar fid-daqs tal-bank.

    4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

    (101)

    Ma waslu l-ebda kummenti mingħand partijiet terzi interessati fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-ftuħ fil-limiti ta’ żmien stabbiliti.

    5.   KUMMENTI MIL-LATVJA

    (102)

    B’risposta għad-Deċiżjoni tal-ftuħ, fl-4 ta’ Settembru 2009 l-awtoritajiet Latvjani ppreżentaw pjan ta’ ristrutturar rivedut li fih immiraw li jindirizzaw diversi dubji li tqajmu mill-Kummissjoni billi jbiddlu l-istrateġija ta’ ristrutturar għal Parex banka. Il-kontenut tal-pjan huwa deskritt fit-taqsima 3.2. Madankollu, wara d-deċiżjoni finali dwar il-qsim ta’ Parex banka, dak il-pjan ġie ssostitwit mill-pjan ta’ ristrutturar finali, li ġie ppreżentat fis-7 ta’ Lulju 2010.

    6.   KUMMENTI OĦRA

    (103)

    Wara li skada l-perjodu preskritt, il-Kummissjoni rċeviet ittri tal-15 ta’ Ġunju u tat-13 ta’ Lulju 2010 mingħand l-azzjonisti ta’ Parex banka li qabel kellhom maġġoranza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet ittri mingħand membri tal-Parlament Latvjan tat-22 ta’ Ġunju u tal-1 ta’ Lulju 2010. Il-kwistjoni prinċipali mqajma fl-ittri tal-15 ta’ Ġunju u tat-13 ta’ Lulju 2010 kienet tikkonċerna l-għażla bejn ix-xenarji “good-out” u “bad-out” fil-kuntest tar-ristrutturar tal-bank. L-ittri tat-22 u tal-1 ta’ Lulju kkonċentraw fuq l-implikazzjonijiet li l-istrateġija magħżula għal Parex banka u l-inizjattivi leġiżlattivi kurrenti jista’ jkollhom fid-dawl tas-sistema legali tal-Latvja.

    (104)

    Il-Kummissjoni tinnota li, fejn xieraq, fl-evalwazzjoni tagħha tal-pjan ta’ ristrutturar finali hija kkunsidrat il-kwistjonijiet li tqajmu f’dawn l-ittri sal-punt fejn dawn kienu rilevanti, u sa fejn il-kwistjoni kienet taqa’ taħt il-kompetenza tagħha.

    7.   VALUTAZZJONI

    7.1.   L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

    (105)

    Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-miżuri kkonċernati jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jistabbilixxi li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew li thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

    (106)

    Il-Kummissjoni tosserva li, rigward il-miżuri ta’ salvataġġ fil-forma ta’ sostenn ta’ likwidità, ta’ garanzija u ta’ rikapitalizzazzjoni mogħtija lil Parex banka, li se jinżammu wara l-qsim ta’ Parex banka matul il-fażi ta’ ristrutturar, fl-ewwel Deċiżjoni ta’ salvataġġ (26) hija diġà stabbiliet li dawk il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni m’għandha l-ebda raġuni għalfejn tibdel l-evalwazzjoni preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. Bl-istess mod, minħabba li dawn il-miżuri huma ta’ benefiċċju għal parti sostanzjali mill-attività ekonomika li qabel kienet titwettaq minn Parex banka u li qed titkompla minn Citadele banka, huma jikkostitwixxu wkoll għajnuna mill-Istat għal Citadele banka.

    (107)

    Rigward il-miżuri ta’ għajnuna deskritti fil-premessi (63) u (69), il-Latvja timplimentahom għar-ristrutturar ta’ Parex banka, li kien u jibqa’ parzjalment involut f’attivitajiet internazzjonali u transkonfinali. Anki Citadele banka, li se jieħu l-kontroll tal-attivitajiet ekonomiċi ta’ Parex banka, huwa attiv u se jibqa’ attiv fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni internazzjonali. Għalhekk, huwa mistenni li kwalunkwe vantaġġ minn riżorsi mill-Istat għandu jolqot il-kompetizzjoni fil-qasam bankarju, u għandu joħloq impatt fuq il-kummerċ li jsir fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-miżuri kkonċernati huma selettivi minħabba li jibbenefikaw biss lil Citadele banka u lil Parex banka, u huma ffinanzjati permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Fiċ-ċirkostanzi attwali ta’ kriżi finanzjarja u fid-dawl tad-diffikultajiet finanzjarji li sab ruħu fihom Parex banka, investitur li jopera f’ekonomija tas-suq ma kienx jagħti miżuri bħal dawn fuq il-bażi tal-istess termini.

    (108)

    Barra minn hekk, rigward il-miżuri ta’ kapitalizzazzjoni, qed jitqies li investitur li jopera f’ekonomija tas-suq jistenna redditu li huwa proporzjonat mar-riskju perċepit għall-investiment inkwistjoni. B’mod partikolari, dan huwa minnu għal Citadele banka, li attwalment mhuwiex valutat, u li nħoloq mill-bank li kien jinsab f’diffikultà fil-kuntest tar-ristrutturar.

    (109)

    It-trasferiment ta’ assi minn Parex banka għal Citadele banka implimentat fl-isfond ta’ xenarju “good-out” (ara l-premessa (69)) qed jitqies bħala miżura ta’ salvataġġ tal-assi, minħabba li l-bank il-ġdid li nħoloq (Citadele banka) inħeles mill-piż ta’ telf potenzjali fuq assi mhux prinċipali u li ma jirrendux qligħ li tħallew f’Parex banka. Dak il-ħelsien minn piż, min-naħa tiegħu, jippermetti lil Citadele banka biex jevita t-tnaqqis sussegwenti tal-kapital tiegħu. Għalhekk, il-miżura inkwistjoni tagħti vantaġġ lil Citadele banka.

    (110)

    Il-miżura ta’ salvataġġ tal-assi hija ffinanzjata permezz ta’ riżorsi mill-Istat minħabba li skont il-pjan ta’ ristrutturar finali l-Latvja se tipprovdi lil Parex banka b’kapital ta’ sa LVL 218.7 miljun sal-[…] li, flimkien mal-ammont ta’ depożiti pendenti ta’ LVL [100-200] miljun, potenzjalment mhuwiex se jitħallas lura fl-aħħar tal-perjodu […] ppjanat (ara t-Tabella 11 hawn fuq).

    (111)

    Fid-dawl ta’ kif ġie deskritt hawn fuq qed jiġi kkunsidrat li anki rikapitalizzazzjoni ulterjuri meta jsir il-qsim fil-forma ta’ injezzjoni ta’ LVL 103 miljun f’kapital f’Citadele banka, konverżjoni ta’ depożiti tal-Istat u tal-imgħax fuq dawn id-depożiti f’Parex banka meta u wara li jsir il-qsim (ara l-premessa (63) hawn fuq) u l-miżura ta’ salvataġġ tal-assi (ara l-premessa (69) hawn fuq) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    7.2   KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

    7.2.1   IL-BAŻI LEGALI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ

    (112)

    L-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tqis għajnuna partikolari bħala li hi kompatibbli mas-suq intern, jekk din tkun maħsuba biex “sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. Kif diġà ġie indikat fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tqis li minħabba r-rilevanza sistemika ta’ Parex banka, f’dan il-każ jista’ jiġi applikat l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, u li l-miżuri ta’ għajnuna notifikati għandhom jiġu evalwati fuq din il-bażi.

    (113)

    Fuq il-bażi tal-tliet Komunikazzjonijiet (27) li ġew adottati fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ il-każ kien ġie valutat b’mod preliminari b’konformità mal-prinċipji tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (28), filwaqt li tqiesu l-karatteristiċi partikolari tal-kriżi fis-swieq finanzjarji.

    (114)

    Għalkemm id-Deċiżjoni tal-ftuħ għamlet referenza għal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà, fil-premessa 49 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) (29) il-Kummissjoni ċċarat li kull għajnuna relatata ma’ istituzzjonijiet finanzjarji notifikati lilha qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 se tiġi evalwata bħala għajnuna għar-ristrutturar lill-banek skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar minflok skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà.

    (115)

    Fir-rigward tal-miżura ta’ salvataġġ tal-assi, din għandha wkoll tiġi evalwata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta’ Assi indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità (30) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti”).

    (116)

    Fil-kuntest tal-ewwel Deċiżjoni ta’ salvataġġ (u aktar tard ikkonfermat, inter alia, fid-Deċiżjoni tal-ftuħ), kien diġà ġie stabbilit li Parex banka huwa istituzzjoni f’diffikultà u li għalhekk kien meħtieġ li jsir ristrutturar fil-fond tal-bank.

    7.2.2.   KONFORMITÀ TAL-MIŻURI MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR ASSI INDEBOLITI

    (117)

    Kif diġà ġie enfasizzat fil-premessi (109), (108) u (111), it-tranżazzjoni dwar it-trasferiment tal-assi minn Parex banka għal Citadele banka tista’ tiġi kkunsidrata bħala miżura ta’ salvataġġ tal-assi. L-Istat se jerfa’ sehem sinifikanti tat-telf mill-assi mhux prinċipali u mill-assi li ma jirrendux qligħ.

    (118)

    Il-kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għal miżuri ta’ salvataġġ tal-assi huma stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti. Skont it-taqsima 5.2 ta’ dik il-Komunikazzjoni, miżura ta’ salvataġġ tal-assi għandha tiżgura trasparenza ex-ante u għandha tipprovdi għal qsim adegwat tal-piżijiet segwit mill-valutazzjoni korretta tal-assi eliġibbli u r-rimunerazzjoni korretta tal-Istat, hekk li l-miżura ta’ salvataġġ tal-assi tiżgura r-responsabbiltà tal-azzjonisti u ma tfixkilx il-kompetizzjoni bla bżonn.

    (119)

    B’mod ġenerali, fejn dan il-każ jitbiegħed minn tranżazzjonijiet simili (31), huwa jagħmel dan b’mod pożittiv peress li l-Latvja mhux se tkopri t-telf kollu mill-portafoll indebolit. Minflok, il-kopertura hija żgurata biss sa ammont massimu u sal-punt meħtieġ biex Parex banka ssir konformi mal-kapital sal-[…]. F’xenarji ta’ qsim ta’ assi fejn, bħal fil-każ preżenti, jintgħażel il-metodu “good-out”, il-piż ta’ telf fuq assi mhux prinċipali u mill-assi li ma jirrendux qligħ jintrefa’ wkoll b’mod parzjali mill-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza u mill-azzjonisti b’minoranza preżenti sa mit-twaqqif tal-kumpanija. Dan il-metodu jitqies b’mod pożittiv minn perspettiva ta’ għajnuna mill-Istat, peress li jillimita, sa ċertu punt, il-ħtieġa għal valutazzjoni sħiħa tal-istat tal-indebolimenti.

    (120)

    Skont il-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti, l-adegwatezza tal-prezz tat-trasferiment u r-remunerazzjoni għandha tiġi evalwata. F’dan il-każ, jidher b’mod ċar li l-valur kontabbli tal-assi li se jibqgħu f’Parex banka huwa ogħla mill-valur tagħhom fis-suq, u għalhekk jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Citadele banka, kif diġà ġie stabbilit fil-premessi (109)-(111).

    (121)

    Skont il-punti 23 u 41 tal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti, il-prezz tat-trasferiment f’miżuri ta’ xiri ta’ assi għandu jkun ibbażat fuq il-valur ekonomiku fit-tul prinċipali tagħhom. F’xenarju “good-out”, il-bank it-tajjeb għalhekk suppost għandu jkopri d-differenza bejn il-valur tat-trasferiment u l-valur ekonomiku reali. Jekk dan ma jkunx possibbli sabiex jiġi evitat falliment tekniku, din id-differenza jkollha tiġi rkuprata, pereżempju permezz ta’ treġġigħ lura.

    (122)

    F’dan il-każ, u kif diġà ġie stabbilit fil-premessa (69) huwa mistenni li approċċ konservattiv ibbażat fuq l-agħar sitwazzjoni possibbli għandu jinvolvi telf għall-Istat ta’ LVL [bejn 100 u 400] miljun; huwa mistenni li jkun hemm telf għall-Istat ta’ LVL […] miljun fix-xenarju tal-każ ta’ referenza. Minħabba li ħafna mis-self huwa kopert minn garanziji, dawk il-valutazzjonijiet tal-valur ekonomiku fit-tul ta’ assi fil-projezzjonijiet finanzjarji ma jidhrux li huma ottimisti wisq. Li kieku Citadele banka kien kapaċi jkopri t-telf kollu, il-miżura kienet tkun ekwivalenti għal trasferiment ta’ assi b’valur ekonomiku reali.

    (123)

    Barra minn hekk, skont it-taqsima 5.2 tal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti, il-Kummissjoni tqis li Citadele banka għandu jħallas rimunerazzjoni xieraq għall-għajnuna fil-forma ta’ għoti ta’ kapital imwettqa permezz tal-miżuri dwar l-assi indeboliti.

    (124)

    L-għan li tenħtieġ rimunerazzjoni (inkluż, fejn applikabbli, treġġigħ lura) huwa doppju: li jiġi żgurat li qsim tal-piżijiet u li jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs (jiġifieri jitnaqqas kemm jista’ jkun id-distorsjoni tal-kompetizzjoni).

    (125)

    Fid-dawl tal-effett mistenni tas-salvataġġ tal-assi u tal-introjtu nett prospettiv (ara t-Tabelli 3 u 4 hawn fuq) il-Kummissjoni hija tal-fehma li Citadele banka mhuwiex se jkun kapaċi jħallas ir-rimunerazzjoni meħtieġa (inkluż treġġigħ lura bis-sħiħ) għas-salvataġġ tal-assi avolja l-vijabbiltà tiġi stabbilita mill-ġdid. Madankollu, l-introjtu nett prospettiv għandu jippermetti li jħallas mill-inqas parti minn dik ir-rimunerazzjoni wara li jerġa’ jsib pożizzjoni profitabbli, u li l-bażi kapitali tiegħu tkun adegwata.

    (126)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn tal-Latvja li permezz tiegħu Citadele banka għandu jagħti rimunerazzjoni lill-Istat għas-salvataġġ tal-assi sal-ammont ta’ telf stmat li għandu jiġġarrab fix-xenarju tal-agħar każ possibbli, li huwa l-ammont totali tad-depożiti tal-Istat li possibbilment jistgħu jintilfu fl-aħħar tar-realizzazzjoni tal-assi [LVL (bejn 100-200) miljun] u l-miżuri tal-Istat għar-rikapitalizzazzjoni [LVL (…) miljun]. Il-ħlas tar-rimunerazzjoni se jieħu l-forma ta’ spejjeż fil-kont ta’ qligħ u telf, jiġifieri qabel jiġi stabbilit tal-introjtu nett annwali, u għandu jitħallas għal kull sena li fiha l-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital ta’ Citadele banka tkunx inqas minn 12 %, sa ammont li ma jwassalx biex Citadele banka jġarrab telf fis-sena rilevanti. Dan l-impenn għandu japplika sa meta sseħħ il-konklużjoni tal-bejgħ ta’ Citadele banka (ara l-premessa (81)). B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li dan il-mekkaniżmu jassigura kemm jista’ jkun kontribuzzjoni mill Citadele banka għall-ispejjeż li jirriżultaw minn […].

    (127)

    Madankollu, peress li r-remunerazzjoni u t-treġġigħ lura jistgħu ma jilħqux il-livell previst mill-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti, skont il-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti jeħtieġ li jsir ristrutturar fuq firxa wiesa’. Dan ir-ristrutturar għandu jinkludi, b’mod partikolari, limitazzjoni sinifikanti tad-daqs tal-bank li jinsab f’diffikultà, biex jiġi kkumpensat il-fatt li Citadele banka mhuwiex se jerfa’ t-telf kollu u mhuwiex se jħallas rimunerazzjoni li tista’ titqies bħala li hija għal kollox adegwata.

    (128)

    Biex jiġi konkluż jekk ir-ristrutturar huwiex biżżejjed, dan għandu jiġi evalwat kontra l-għanijiet tar-rimunerazzjoni u t-treġġigħ lura, jiġifieri qsim tal-piżijiet u t-tnaqqis tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. B’mod partikolari, jeħtieġ li jiġi verifikat jekk inkisibx qsim suffiċjenti tal-piżijiet permezz ta’ mezzi oħra, u jekk id-distorsjoni tal-kompetizzjoni hijiex limitata billi jiġu vverifikati l-pożizzjoni tas-suq u d-daqs ta’ Citadele banka. Din il-valutazzjoni għandha tikkunsidra l-miżuri ta’ għajnuna l-oħra li bbenefikaw minnhom Parex banka u Citadele banka, u hija riflessa fil-parti ta’ din id-Deċiżjoni li tanalizza l-konformità tal-miżuri ta’ għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (ara l-premessi (144) et sequitur).

    (129)

    Wara l-qsim, Parex banka se jkun separat u indipendenti, fuq livell ta’ organizzazzjoni, minn Citadele banka, skont kif meħtieġ mit-taqsima 5.6 tal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti.

    (130)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li l-każ preżenti huwa konformi mal-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti

    7.2.3.   KOMPATIBBILTÀ SKONT IL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR

    L-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

    (131)

    Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat li huma applikabbli għar-ristrutturar ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Sabiex ikun kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali għandu:

    (i)

    Iwassal għall-ksib lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-bank;

    (ii)

    Jinkludi biżżejjed kontribuzzjoni proprja mill-benefiċjarju (qsim tal-piżijiet);

    (iii)

    Jinkludi miżuri suffiċjenti li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

    Il-ksib lura tal-vijabbiltà fit-tul

    (132)

    It-taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li l-Istat Membru għandu jippreżenta pjan ta’ ristrutturar koerenti, komprensiv u dettaljat. Dan għandu juri kif il-bank beħsiebu jikseb lura l-vijabbiltà fit-tul mill-aktar fis possibbli mingħajr għajnuna mill-Istat. Il-pjan għandu jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet tal-bank, kif ukoll in-nuqqasijiet tal-istess bank, u għandu jiddeskrivi kif il-miżuri ta’ ristrutturar proposti joffru rimedju għall-problemi prinċipali tal-bank.

    (133)

    B’mod konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-pjan ta’ ristrutturar finali li ġie ppreżentat mil-Latvja huwa koerenti, komprensiv u dettaljat. Huwa jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-mudell tan-negozju, suppożizzjonijiet prinċipali u l-projezzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw. B’mod konformi mal-punt 10 ta’ dik il-Komunikazzjoni, il-pjan jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet li jiffaċċja Parex banka, b’mod partikolari l-għażla ta’ strateġija kummerċjali mhux adegwata kif ukoll it-teħid ta’ xi deċiżjonijiet ta’ riskju għoli mill-amministrazzjoni (ara t-taqsima 2.1 u l-premessi (38)(42) ta’ din id-Deċiżjoni). L-attivitajiet ta’ ristrutturar li ġew ippreżentati fil-pjan finali jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-bank b’mod adegwat. B’hekk, it-tħassib rigward il-pjan ta’ ristrutturar li ġie notifikat inizjalment kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-ftuħ huwa indirizzat fil-pjan ta’ ristrutturar finali.

    (134)

    B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-punt fokali tal-mudell tan-negozju, waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, Citadele banka, skont il-pjan ta’ ristrutturar finali, se jerġa’ jiffoka fuq attivitajiet ta’ negozju bankarju tradizzjonali fil-pajjiżi Baltiċi. Għaldaqstant, Citadele banka se jikkonċentra fuq l-attivitajiet ewlenin tiegħu, filwaqt li jirtira minn dawk iż-żoni li aggravaw id-diffikultajiet finanzjarji tiegħu. B’mod partikolari, il-fatt li l-kiri fit-tul tal-KSI (inklużi s-sussidjarji) u s-self tal-KSI li ma jirrendix qligħ se jitħalla f’Parex banka huwa meqjus bħala aspett pożittiv. Rigward self tal-KSI li jirrendi qligħ, għalkemm dan kien ġie trasferit lil Citadele banka, il-Latvja tat l-impenn tagħha biex dan jitwaqqaf, u biex fi kwalunkwe każ ma jiġi oriġinat l-ebda self ġdid (ara l-premessi (72)-(83)). Barra minn hekk, in-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid se jitwaqqaf jew b’mod separat minn Citadele banka sal-[…] jew se jinbiegħ flimkien ma’ Citadele banka jekk jinstab investitur għall-bank kollu sa dik id-data (ara l-premessa (73) ta’ din id-Deċiżjoni).

    (135)

    Barra minn hekk, kif indikat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-bank ġdid Citadele banka se jkun qed jopera fuq skala ħafna iżgħar minn dik li fuqha kien qed jopera Parex banka qabel il-kriżi. Dan id-daqs imnaqqas huwa b’mod partikolari r-riżultat tal-qsim u tat-tneħħijiet li se jitwettqu. L-espansjoni aggressiva fis-swieq tas-self u tad-depożiti prevista fil-pjan inizjali ta’ ristrutturar ġiet riveduta ‘l isfel b’mod konservattiv fil-pjan ta’ ristrutturar finali, u se tiġi limitata skont kif impenjat ruħha li tagħmel il-Latvja (ara l-premessi (77) u (78) ta’ din id-Deċiżjoni).

    (136)

    Il-bidliet fl-istil tal-amministrazzjoni (l-azzjonisti b’maġġoranza u l-membri tal-bordijiet diġà ġew mibdula) u fil-governanza korporattiva ta’ Citadele banka u l-ġestjoni tar-riskju, kif ukoll il-kontrolli msaħħa fil-bank, qed jitqiesu bħala fatturi pożittivi. Parex banka diġà naqqas l-ispejjeż amministrattivi b’39 %. Il-proporzjon tal-ispejjeż/tal-introjtu mistennija ta’ Citadele banka se jonqos għal [bejn 35 u 55] % fl-2014, prinċipalment bis-saħħa tat-titjib tan-netwerk tal-fergħat u tal-ispejjeż relatati mal-persunal.

    (137)

    Skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punti 12 sa 15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-pjan ta’ ristrutturar finali għandu juri wkoll kif il-bank se jirkupra l-vijabbiltà tiegħu fit-tul kemm jista’ jkun malajr mingħajr l-għajnuna kontinwa tal-Istat. B’mod partikolari, il-bank għandu jkun kapaċi jiġġenera qligħ xieraq fuq l-ekwità, filwaqt li jkopri l-ispejjeż kollha tal-operat normali tiegħu u jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.

    (138)

    L-ewwel nett, il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi dejta finanzjarja dettaljata u previżjonijiet għall-perjodu 2006-2015, li jagħtu informazzjoni dwar id-dħul, l-ispejjeż, l-indebolimenti, il-profitti u l-pożizzjoni tal-kapital tal-bank. Il-Kummissjoni tqis li l-previżjonijiet ta’ każ ta’ referenza huma bbażati fuq suppożizzjonijiet makroekonomiċi prinċipali raġonevoli (dawn huma ta’ natura inqas ottimista minn dawk tal-Previżjoni tal-Kumitat Ekonomiku Ewropew tar-Rebbiegħa 2010).

    (139)

    Citadele banka qed jistenna li jerġa’ jibda jiġġenera profitti mill-ġdid fl-2011 u li jtejjeb ir-riżultati annwali tiegħu b’mod kontinwu matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Fl-2014 l-ROE huwa ppjanat li jilħaq livell ta’ [bejn 18 u 28] %, li jidher li huwa livell ta’ rimunerazzjoni suffiċjenti għal kundizzjonijiet normali tas-suq fil-Latvja. Dan ikun komparabbli mal-ROE storiku ta’ 28 % fl-2006 u ta’ 20 % fl-2007. Il-proporzjonijiet tal-kapital ta’ Citadele banka u dawk tal-grupp jibqgħu ferm ogħla mir-rekwiżiti regolatorji minimi. Minħabba l-mudell tan-negozju stabbli tal-bank u minħabba l-kompetenza ta’ Parex banka fil-passat fir-rigward tal-operazzjonijiet ċentrali tiegħu, il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġiet provduta, li l-projezzjonijiet li ġew ippreżentati huma fattibbli.

    (140)

    It-tieni nett, fid-dawl tal-eżerċizzju ta’ simulazzjonijiet ta’ kriżi mwettaq mill-Bank Ċentrali (ara l-premessa (45)) il-Kummissjoni hija tal-fehma li Citadele banka huwa kapaċi jiflaħ għal xenarju ta’ kriżi mingħajr il-bżonn ta’ aktar għajnuna. Ix-xenarju ta’ kriżi juri li l-bank jissodisfa r-rekwiżiti regolatorji tiegħu dwar il-kapital. Barra minn hekk, l-analiżi tas-sensittività li ntużat fis-simulazzjonijiet ta’ kriżi turi li ambjent ekonomiku li qed jinbidel b’mod sinifikanti m’għandux iqiegħed il-vijabbiltà tal-bank f’periklu.

    (141)

    It-tielet nett, ir-restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tad-depożiti mhumiex se japplikaw għal Citadele banka, u r-rekwiżiti regolatorji kollha l-oħra se jiġu osservati. Rigward ir-restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tad-depożiti, il-biċċa l-kbira tad-depożitanti prinċipali qablu li jżommu d-depożiti fil-bank għal ċertu perjodu ta’ żmien wara li jitneħħew ir-restrizzjonijiet. Dawn id-depożiti ġew ittrasferiti b’mod effettiv lil Citadele banka (kif indikat fit-Tabella 2). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-mudell ta’ finanzjament ta’ riskju baxx li ġie propost, li jiddependi, aktar minn qabel, fuq finanzjament ta’ terminu itwal, u b’hekk jindirizza d-distakk ta’ maturità li qabel kien jeżisti bejn l-obbligazzjonijiet u l-assi.

    (142)

    Fl-aħħar nett, il-pjan jipprevedi li Citadele banka jħallas lura l-miżuri ta’ likwidità tal-Istat sal-31 ta’ Diċembru 2012, anki fl-agħar każ possibbli. Din il-ħlas lura jindirizza t-tħassib imqajjem fil-premessa 80 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-fatt li l-bank kompla jibbaża ruħhu fuq il-likwidità tal-Istat wara tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kapital tal-Istat ta’ LVL 103 miljun li tqiegħed f’Citadele banka fid-data meta sar il-qsim se jiġi “mifdi”, b’konformità mal-impenn tal-Latvja rigward il-bejgħ ta’ Citadele banka, sal-31 ta’ Diċembru 2014 (ara l-premessa (76)).

    (143)

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-mudell ta’ negozju ġdid ta’ Citadele banka huwa vijabbli u sostenibbli fit-tul. Għalhekk, il-bank ristrutturat se jkunu kapaċi li jikkompeti fis-suq fuq il-merti tiegħu stess b’konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti, u l-vijabbiltà tiegħu mhux se jitqiegħdu f’periklu anki f’ambjent li qed jinbidel b’mod sinifikanti. B’hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-ristrutturar ta’ Parex banka jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar fir-rigward tal-ksib lura tal-vijabbiltà fit-tul.

    Kontribuzzjoni proprja/qsim tal-piżijiet

    (144)

    It-taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li l-banek u l-partijiet interessati tagħhom għandhom kemm jista’ jkun jikkontribwixxu għar-ristrutturar sabiex l-għajnuna tiġi limitata sal-inqas possibbli, u biex jiġi indirizzat id-distorsjoni fil-kompetizzjoni u l-periklu morali. Dan ir-rekwiżit jimplika li l-banek għandhom jużaw ir-riżorsi tagħhom stess biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar, pereżempju billi jbiegħu assi, filwaqt li l-partijiet interessati għandhom, fejn ikun possibbli, jassorbu t-telf tal-bank. Skont il-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar hija limitata għal dawk l-ispejjeż li huma neċessarji għall-ksib lura tal-vijabbiltà.

    (145)

    Il-pjan ta’ ristrutturar finali, b’mod kuntrarju għall-pjan inizjali li kien ġie ppreżentat fil-11 ta’ Mejju 2009, għandu ffokar ċar u jħalli warajh l-istrateġija espansiva li ġiet prevista inizjalment għal Parex banka. Dan l-approċċ immirat ikkontribwixxa biex l-għajnuna meħtieġa tiġi limitata. F’dan il-kuntest, iċ-ċessjonijiet li ġew proposti u t-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ ta’ Citadele banka, kif ukoll it-tqegħid ta’ Parex banka fi […], huma meqjusa bħala fatturi pożittivi. B’mod partikolari, id-dħul mill-materjalizzazzjoni tal-assi se jiffinanzja parti mill-ispejjeż ta’ ristrutturar u se jillimita l-għajnuna meħtieġa. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-awtoritajiet Latvjani pprovdew pjan kronoloġiku dettaljat għat-tneħħijiet ippjanati u impenjaw ruħhom biex jaħtru fiduċjarju għall-monitoraġġ kif ukoll fiduċjarju għat-tneħħijiet sabiex jiżguraw il-konformità mal-impenji. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ ristrutturar permezz ta’ riżorsi interni ġġenerati mill-bank, il-Kummissjoni tinnota li l-bank jimplimenta miżuri għat-tnaqqis tal-ispejjeż fuq firxa wiesgħa.

    (146)

    Huwa meqjus li l-miżuri li diġà ġew implimentati u dawk li impenjat ruħha biex twettaq il-Latvja jiżguraw li jintużaw ir-riżorsi proprji, u li d-detenturi tal-kapital privat ta’ Parex banka jikkontribwixxu b’mod xieraq għar-ristrutturar.

    (147)

    Il-piż fuq l-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza jista’ tintwera permezz tat-teħid tal-ishma kollha tagħhom f’Parex banka mil-Latvja għall-prezz simboliku ta’ LVL 2. Dawn ġew eliminati u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala li ħallsu għall-konsegwenzi tal-falliment ta’ Parex banka. Minbarra t-tneħħija tal-azzjonisti li qabel kellhom maġġoranza, is-sehem ta’ azzjonisti b’minoranza kien dilwit b’mod sinifikanti bħala riżultat tar-rikapitalizzazzjoni tal-Bank mill-Istat u mill-BERŻ. Is-sjieda tagħhom ġiet dilwita mil-livell preċedenti ta’ 15.2 % għal 3.7 % bħalissa, u dawn se jibqgħu ma’ Parex banka wara l-qsim [(…)]. Dawk il-miżuri jservu bħala sinjal siewi kontra l-periklu morali.

    (148)

    Barra minn hekk, self subordinat mill-azzjonisti preżenti sa mit-twaqqif tal-kumpanija se jkunu obbligazzjonijiet minuri f’Parex banka. Il-likwidazzjoni tal-assi ta’ Parex banka fix-xenarju tal-każ ta’ referenza ma tipprevedix li se jiġu riċevut introjtu suffiċjenti biex ikopri aktar mill-obbligazzjonijiet kbar fil-bank. Filwaqt li s-self subordinat jimmatura fil-perjodu 2015-2018 u l-Istat se jagħti sostenn biss lill-kapital ta’ Parex banka […], waqt li fl-istess ħin jirċievi rimunerazzjoni adegwata għad-depożiti tal-Istat, id-detenturi tad-dejn subordinat x’aktarx li se jkollhom iġarrbu telf fuq il-kapital li investew […].

    (149)

    Il-periklu morali huwa indirizzat b’mod adegwat mill-kontribuzzjoni proprja ta’ detenturi ta’ kapital fil-bank preċedenti. Konsegwentement, il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Parex banka jipprovdi għal tqassim suffiċjenti tal-piż u għal kontribuzzjoni proprja għar-ristrutturar. Il-pjan ta’ ristrutturar finali huwa konformi b’mod xieraq mat-taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

    Miżuri li jnaqqsu d-distorsjoni tal-kompetizzjoni

    (150)

    It-taqsima 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar teħtieġ li l-pjan ta’ ristrutturar jinkludi miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u li jiżguraw settur bankarju kompetittiv. Barra minn hekk, dawk il-miżuri għandhom jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex tiġi ffinanzjata mġiba antikompetittiva.

    (151)

    Il-Kummissjoni tqis li l-pakkett ta’ miżuri li jinsab fil-pjan ta’ ristrutturar finali jirrappreżenta titjib sostanzjali meta mqabbel mal-pjan ta’ ristrutturar inizjali li jindirizza d-dubji dwar din il-kwistjoni li tqajmu fid-Deċiżjoni tal-ftuħ. Fid-dawl ta’ ċessjonijiet sinifikanti u ta’ limiti tas-suq, kif ukoll tat-tiċkin tal-bank (ara t-Tabella 20) il-Kummissjoni tqis li l-pjan jirrappreżenta pakkett adegwat ta’ miżuri li se jikkontribwixxu għaż-żamma ta’ kundizzjonijiet ugwali u ta’ swieq kompetittivi. L-istrateġija inizjali tal-pjan notifikat ibbażat fuq l-espansjoni tan-negozju, li d-Deċiżjoni tal-ftuħ qajmet dubji sostanzjali dwarha, inbidlet, u l-pjan ta’ ristrutturar finali huwa bbażat fuq tnaqqis sinifikanti fid-daqs tal-bank, kemm f’termini ta’ total tal-karta tal-bilanċ kif ukoll f’termini ta’ ishma tas-suq fis-swieq ewlenin tiegħu.

    Tabella 20

    Tnaqqis fid-daqs u tnaqqis tal-preżenza ta’ Citadele banka fis-swieq ewlenin

    L-assi ta’ Citadele banka meta mqabbla ma’ Parex banka qabel il-kriżi

    Citadele banka fl-aħħar tal-perjodu ta’ ristrutturar,

    fi tmiem is-sena 2014

    (inkluż it-tkabbir f’inkrementi)

    Tnaqqis fis-sehem tas-suq fis-swieq prinċipali tas-self fl-aħħar tar-ristrutturar

    (inkluż it-tkabbir f’inkrementi)

    Tnaqqis fis-sehem tas-suq fis-swieq tad-depożiti (negozju prinċipali u tal-ġestjoni ta’ ġid) fl-aħħar tar-ristrutturar (inkluż it-tkabbir f’inkrementi)

    Wara l-qsim: 44 %

    (assi totali mnaqqsa b’EUR 1.9 biljun);

    Jekk tiġi kkunsidrata ċ-ċessjoni ta’ self tal-KSI (tmiem is-sena […]): [35-50] %

    (assi totali mnaqqsa b’EUR [1.6-2.3] biljun)

    [40-55] % (imnaqqsa b’EUR [1.9-2.3] biljun)

    Sehem tas-suq qabel il-kriżi ta’ 11.7 % kontra [< 7] % fl-2014 (limitat): preżenza fis-suq imnaqqsa b’[50-60] %

    Sehem tas-suq qabel il-kriżi ta’ 20 % (32) kontra [< 13] % (li jonqos għal [< 10] % sal-2015): preżenza fis-suq imnaqqsa b’[55-65] %

    (152)

    Ir-ristrutturar tal-bank jinkludi tnaqqis sostanzjali fil-preżenza tal-bank f’setturi prinċipali tas-suq. L-ewwel nett, bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar, Citadele banka se jnaqqas l-assi totali tiegħu b’madwar 60 %, u l-preżenza tiegħu fis-suq fis-swieq prinċipali kollha b’aktar minn 50 % meta mqabbel ma’ Parex banka qabel il-kriżi. Il-preżenza mnaqqsa tal-bank fis-suq, kif ukoll iċ-ċessjonijiet previsti, se jħallu s-setturi rispettivi għall-kompetituri. It-tieni nett, kif diġà ġie msemmi fit-taqsima 2.5, Citadele banka jew se jinbiegħ qabel il-31 ta’ Diċembru 2014 mil-Latvja, jew minn fiduċjarju taċ-ċessjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015, waqt li n-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid għandu jinbiegħ sal-[…] (jew bħala parti minn Citadele banka jew b’mod separat), biex b’hekk il-kompetituri li setgħu ġew affettwati minn effetti negattivi jingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw l-offerti tagħhom għal dawn in-negozji. Il-bejgħ jista’ titqies bħala li hu miżura li tillimita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni (33).

    (153)

    Il-miżuri biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni jinstabu li huma xierqa anki minħabba d-daqs assolut relattivament limitat tal-bank fir-ristrutturar (madwar EUR 2.2 biljun). Wara r-ristrutturar tal-bank, se jibqgħu operattivi biss l-attivitajiet ewlenin tiegħu. L-aktar waħda importanti minn dawn se tkun il-preżenza ta’ Citadele banka fil-Latvja, li suq tiegħu huwa diġà pjuttost ikkonċentrat u ddominat minn għadd ta’ banek barranin (34). Is-sehem tas-suq limitat ta’ Citadele banka ta’ madwar [4-7] % tas-self u ta’ [7-10] % tad-depożiti (ara l-premessa (77)) jistgħu jitqiesu bħala mitigazzjoni adegwata ta’ distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni, meta mqabbla mas-sehem tiegħu tas-suq ta’ 12 % tas-self u ta’ madwar 20 % tad-depożiti qabel il-kriżi.

    (154)

    Il-preżenza tal-bank fi swieq ġeografiċi oħra hija limitata u se tiġi ristretta biex tillimita aktar id-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni sabiex ma jinqabżux ishma tas-suq ta’ [< 4] % fis-swieq tas-self u tad-depożiti Litwani, ta’ [< 1.5] % tas-self Estonjan u ta’ [< 2.5] % fis-suq tad-depożiti Estonjan, u ta’ [< 0.5] % fis-suq tad-depożiti Ġermaniż u dak Svediż (ara l-premessi (77) u (78)). Il-limiti jippermettu li jseħħ tkabbir limitat f’dawk is-swieq minħabba l-bżonn li l-bank għandu li jiddiversifika s-sorsi tiegħu ta’ finanzjament. Il-kuntest makroekonomiku attwali tal-Latvja jagħmilha diffiċli li jiġi attirat finanzjament estern. Id-depożiti ta’ residenti Latvjani huma aktar baxxi, b’mod sinifikanti, mill-portafoll tas-self totali f’dak l-Istat Membru. Il-kompetituri prinċipali tal-bank jirċievu finanzjament mill-kumpaniji prinċipali tagħhom stabbiliti f’pajjiżi oħra. Għalhekk, ġie aċċettat li Citadele banka għandu bżonn iżomm xi bażi ta’ finanzjament barra mill-pajjiż (fergħa waħda fl-Isvezja u oħra fil-Ġermanja) sabiex jiddiversifika l-bażi tiegħu ta’ finanzjament. Minħabba l-preżenza limitata tal-bank f’dawk is-swieq u l-ħtieġa ta’ finanzjament diversifikat għall-vijabbiltà tal-bank, il-Kummissjoni tqis li l-limiti miftiehma fir-rigward ta’ dawn is-swieq huma adegwati.

    (155)

    Il-Kummissjoni tilqa’ wkoll il-projbizzjoni fuq reklamar tal-għajnuna mill-Istat, biex b’hekk jiġi evitat li Citadele banka juża l-għajnuna għal aġir fis-suq li jmur kontra l-kompetittività, u l-projbizzjoni fuq l-akkwisti, biex barra minn hekk jiġi żgurat li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex jinxtraw il-kompetituri. Barra minn hekk, Citadele banka m’għandux iżid l-għadd ta’ fergħat.

    (156)

    Wara l-qsim, Parex banka u s-sussidjarji tiegħu effettivament ser ikunu qabżu b’[…] it-tul tal-ħajja tagħhom, li qed jiġi preżunt li huwa ta’ tmien snin. Dan il-perjodu huwa meqjus li hu xieraq sabiex jiġu konklużi proċeduri ta’ rkuprar u ta’ bejgħ ta’ assi filwaqt li jiġi evitat bejgħ bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-valur proprju.

    (157)

    Għalkemm Parex banka se jżomm il-liċenzja bankarja tiegħu, la hu u lanqas is-sussidjarji tiegħu ma għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet ġodda apparti dawk li huma meħtieġa għall-ġestjoni u l-bejgħ tal-assi assenjati. B’mod partikolari, Parex banka se jieqaf jagħti self ġdid u se jieqaf jaċċetta depożiti mill-pubbliku (ara l-premessi (84) u (85)). Barra minn hekk, għandu jillikwida jew ibiegħ l-attivitajiet tiegħu ta’ kiri fit-tul sal-[…].

    (158)

    Il-Latvja impenjat ruħha biex tillimita b’mod strett il-kapital addizzjonali fil-ħin ([…]) u biex tiskala (sa LVL 218.7 miljun) (ara l-premessa (87) hawn fuq).

    (159)

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat li l-għajnuna lil Parex banka (wara l-qsim) hija ristretta għall-minimu meħtieġ ta’ […], u għalhekk id-distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni qed tiġi evitata.

    (160)

    Għaldaqstant, l-iskala u n-natura tal-miżuri, b’mod partikolari t-tiċkin b’mod sinifikanti u t-tnaqqis tal-preżenza fis-suq flimkien mal-bejgħ fi żmien raġonevoli propost fir-rigward ta’ Citadele banka u Parex banka huma suffiċjenti u adegwati biex tiġi evitata distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-grad tar-ristrutturar meqjus flimkien mal-bejgħ ta’ Citadele banka huma biżżejjed bħala kumpens għal kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni li tista’ tirriżulta minn rimunerazzjoni jew minn treġġigħ lura ta’ livell potenzjalment mhux xieraq.

    Monitoraġġ

    (161)

    Il-punt 46 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxi l-ħtieġa li, sabiex jiġi verifikat li l-pjan ta’ ristrutturar qed jiġi implimentat kif suppost, hemm bżonn li l-Istat Membru jħejji rapporti dettaljati b’mod regolari. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Latvjani impenjaw ruħhom li kull sitt xhur jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapporti bħal dawn kemm għal Citadele banka kif ukoll għal Parex banka, b’bidu mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.

    (162)

    Il-Latvja impenjat ruħha biex taħtar fiduċjarju għall-monitoraġġ li se jissorvelja l-osservanza tal-impenji u jipprovdi rapporti lill-Kummissjoni.

    KONKLUŻJONI

    (163)

    Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Parex banka stabbilit fit-taqsima 2 ta’ din id-Deċiżjoni huwa kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, u li dan jissodisfa r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar f’termini ta’ vijabbiltà, tqassim tal-piżijiet u miżuri biex tittaffa d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

    (164)

    Il-Latvja aċċettat b’mod eċċezzjonali li din id-Deċiżjoni tiġi adottata fil-lingwa Ingliża,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Wara li kkunsidrat il-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji meħuda mir-Repubblika tal-Latvja, l-għajnuna għar-ristrutturar li l-Latvja qed timplementa għal AS Parex banka u AS Citadele banka tinstab li hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

    Magħmul fi Brussel, il-15 ta’ Settembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquín ALMUNIA

    Viċi-President


    (1)  ĠU C 239, 6.10.2009, p. 11.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2008 fil-każ NN68/2008 Public Support Measures to JSC Parex Banka, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 1.

    (3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2009 fil-każ NN 3/2009 Amendments to the Public support measures to JSC Parex Banka, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 2.

    (4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2009 fil-każ N 189/2009 Amendments to the Public support measures to JSC Parex Banka, ĠU C 176, 29.7.2007, p. 3.

    (5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju fil-każ C 26/2009 (ex N 289/2009) – Restructuring aid to JSC Parex Banka, ĠU C 239, 6.10.2009, p. 11.

    (6)  Skont l-Assoċjazzjoni tal-Banek Kummerċjali Latvjani (klassifikazzjoni bbażata fuq id-dejta ta’ tmiem is-sena 2009), il-banek fil-Latvja li jinsabu fil-quċċata f’dak li għandu x’jaqsam mal-ishma tas-suq huma dawn li ġejjin: 1. Swedbank 23.0 %; 2. SEB banka 13.7 %; 3. Parex banka m/d; 4. Nordea Bank Finland, fergħa fil-Latvja 10.7 %; 5. DnB NORD Banka 8.7 %; 6. Latvian Mortgage and Land Bank 4.8 %; 7. Rietumu Banka 4.6 %; 8. Aizkraukles banka 4.5 %; 9. UniCredit Bank 3.7 %; 10. Latvijas Krājbanka 2.4 %. (Skont l-Assoċjazzjoni Bankarja Latvjana, Parex banka ma ppreżenta l-ebda dejta. Il-klassifikazzjoni tiegħu hija bbażata fuq dejta ta’ tmiem is-sena 2009).

    (7)  Wara r-rikapitalizzazzjoni approvata bħala għajnuna ta’ salvataġġ, il-Latvja żiedet il-parteċipazzjoni tagħha f’Parex banka għal madwar 95 %.

    (8)  Mit-28 ta’ Frar 2010, il-Latvja, permezz tal-Aġenzija għall-Privatizzazzjoni, żammet 76.63 % tal-kapital imħallas flimkien ma’ 71.74 % tad-drittijiet tal-vot.

    (9)  F’livell ta’ grupp ifisser il-grupp korporattiv Parex banka, li jikkonsisti minn kumpanija prinċipali, Parex banka, u s-sussidjarji tagħha.

    (10)  Ara l-ewwel, it-tieni u t-tielet Deċiżjoni ta’ salvataġġ.

    (11)  Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, l-istess bħal f’uħud mill-preżentazzjonijiet tal-awtoritajiet Latvjani, “negozju tal-ġestjoni ta’ ġid” huwa msemmi bħala “ġestjoni ta’ kapital privat” (ara wkoll in-nota 18 ta’ qiegħ il-paġna).

    (*)  Partijiet minn dan it-test ġew imħassra sabiex ma tinkixifx informazzjoni kunfidenzjali; dawn huma indikati permezz ta’ serje ta’ tikek bejn parenteżi kwadri, jew medda li tipprovdi għal approssimazzjoni mhux kunfidenzjali taċ-ċifra.

    (12)  L-investiment fil-Litwanja kien ġie ttrasferit fl-aħħar tal-ġurnata fl-1 ta’ Awwissu 2010, waqt li l-investiment f’AP Anlage & Privatbank AG u d-depożiti fil-fergħa Ġermaniża għandhom jiġu ttrasferiti minn Parex banka għal Citadele banka qabel il-31 ta’ Diċembru 2010.

    (13)  Minbarra s-self lis-sussidjarja ta’ Parex banka SIA Rigas Pirma Garaza (proprjetarja tal-bini tal-kwartieri ġenerali ta’ Parex banka) għall-ammont ta’ LVL […] miljun.

    (14)  Kif previst fil-pjan ta’ ristrutturar tal-31 ta’ Marzu, kif emendat fis-7 ta’ Lulju 2010.

    (15)  Iċ-ċifri indikati għal Citadele banka u Parex banka wara l-qsim jidderivaw mill-preżentazzjoni tal-awtoritajiet Latvjani tat-18 ta’ Awwissu 2010 u ma jinkorporawx it-trasferiment tal-investiment fil-Litwanja, f’AP Anlage & Privatbank AG u depożiti fil-fergħa Ġermaniża minn Parex banka għal Citadele banka.

    Id-differenza bejn il-valur totali tal-karta tal-bilanċ ta’ Parex banka qabel u wara l-qsim hija spjegata mill-iżvalutar parzjali tal-assi tat-taxxa differiti kif ukoll minn ammont inqas ta’ riżervi obbligatorji li huma meħtieġa għall-kapitalizzazzjoni ta’ depożiti tat-Teżor tal-Istat.

    (16)  Kif previst fil-preżentazzjoni tas-27 ta’ Awwissu 2010, l-ekwità ta’ Citadele banka naqset b’LVL 4.9 miljun mill-kapital azzjonarju maħruġ ta’ LVL 103 miljun minħabba t-trasferiment ta’ riżerva ta’ rivalutazzjoni negattiva għal assi finanzjarji b’disponibbiltà għall-bejgħ.

    (17)  Ara wkoll in-noti 12 u 2 ta’ qiegħ il-paġna.

    (18)  In-negozju tal-ġestjoni ta’ ġid jikkonsisti mill-qasam tal-ġestjoni tal-kapital privat ta’ Citadele banka, sussidjarji tal-ġestjoni ta’ ġid u AP Anlage & Privatbank AG, l-Isvizzera.

    (19)  Ir-raġuni għal ROE relattivament għoli fl-agħar xenarju possibbli hija li l-bażi tal-ekwità fl-agħar każ hija aktar baxxa minħabba telf li kkawża tnaqqis fil-bażi tal-kapital fis-snin ta’ qabel.

    (20)  Ara l-ewwel u t-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ.

    (21)  L-ispiża għall-finanzjament mill-Istat għal depożiti f’EUR se jiġu stabbiliti bħala somma ta’ rata bażika varjabbli ta’ terminu qasir li tikkorrispondi għar-rata ta’ terminu EURIBOR/EUR mid-SWAP waqt li d-differenza fissa tiġi kkalkulata bħala riskju ta’ kreditu medju mwieżen mifrux fuq ir-rata tal-livell ta’ riferiment EURIBOR għas-self tat-Teżor matul l-aħħar sitt xhur kalendarji li tirrappreżenta l-ispejjeż propri tal-gvern ċentrali għall-finanzjament; u għal depożiti LVL se tkun stabbilita bħala r-rendiment tal-kambjali jew tat-titoli domestiċi tat-Teżor li nħarġu l-aktar reċentement. Fi kwalunkwe każ, il-firxa fissa m’għandhiex tkun inqas mis-self pubbliku l-aktar riċenti tal-bank: kwistjonijiet li jirrigwardaw dejn u/jew self sindakat imwettaq mill-bank fis-swieq tal-flus u tal-kapital (bħalissa 3.5 % ibbażat fuq ir-rata mifruxa inizjalment fuq EUR mid-SWAP ta’ sentejn għall-flus maħruġa mill-bank).

    (22)  Ara t-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ, premessa 15.

    (23)  Ara t-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ, premessa 38, u t-tielet Deċiżjoni ta’ salvataġġ, premessa 13.

    (24)  Is-sussidjarja Litwana ta’ Citadele banka.

    (25)  Ara wkoll in-nota 14 ta’ qiegħ il-paġna.

    (26)  Kif emendata bit-tieni Deċiżjoni ta’ salvataġġ u t-tielet Deċiżjoni ta’ salvataġġ.

    (27)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti, ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8; Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2, u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-Trattament ta’ Assi indeboliti fis-Settur Bankarju tal-Komunità, ĠU C 26.3.2009, p. 1.

    (28)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

    (29)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

    (30)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

    (31)  Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru 14/08 (ex NN 1/08) implimentata mir-Renju Unit għal Northern Rock, ĠU L 112, 5.5.2010, p. 38.

    (32)  Sat-30 ta’ April 2008.

    (33)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2008 fil-każ C 10/2008, IKB, ĠU L 278, 23.10.2009, p. 32, premessa 113, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008 fil-każ NN 42/2008, NN 46/2008 u NN/53/A/2008, Fortis Banque & Fortis Banque Lussemburgu, premessa 95, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2009 fil-każ N 344/2009 u N 380/2009 Kaupthing Lussemburgu, premessa 79, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2010 fil-każ NN 19/2009 Dunfermline, premessi 126 u 130 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 fil-każ C 14/2008 (ex Nru NN 1/2008) Għajnuna għar-Ristrutturar lil Northern Rock, ĠU L 112, 5.5.2010, premessa 162.

    (34)  Swedbank u SEB weħidhom jikkostitwixxu 36 % tas-suq. Flimkien ma’ Nordea u DnB Nord, dawn jikkostitwixxu 56 % tal-assi bankarji u 63 % tas-self. Is-suq tad-depożiti biss jidher inqas ikkonċentrat, b’dawn l-erba’ banek li jikkostitwixxu s-37 %. Ara wkoll in-nota 6 ta’ qiegħ il-paġna.


    Top