This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0774
Commission Regulation (EU) No 774/2010 of 2 September 2010 on laying down guidelines relating to inter-transmission system operator compensation and a common regulatory approach to transmission charging Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2010 tat- 2 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2010 tat- 2 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 233, 3.9.2010, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 02/03/2011
3.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 774/2010
tat-2 ta’ Settembru 2010
dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jipprovdi għat-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni. F’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-linji gwida li jispeċifikaw dettalji tal-proċedura u l-metodoloġija li għandhom jiġu applikati fil-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u regoli adegwati li jwasslu għal armonizzazzjoni gradwali fl-iffissar tal-ħlasijiet fl-ambitu ta’ sistemi tariffarji nazzjonali. |
(2) |
Minn meta ġiet rikonoxxuta għall-ewwel darba l-ħtieġa għal mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni, inkisbet ħafna esperjenza siewja, b’mod partikolari permezz tal-mekkaniżmi volontarji adottati mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni. Madankollu, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni sabuha dejjem aktar diffiċli biex jilħqu ftehim dwar dawn il-mekkaniżmi volontarji. |
(3) |
Linji gwida vinkolanti li jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni għandhom jipprovdu bażi stabbli għall-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u l-kumpens ġust lil operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-ispejjeż relatati mal-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku. |
(4) |
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiżi terzi jew minn territorji li ffirmaw ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom adottaw u qed japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni fuq bażi ekwivalenti għal dik ta’ operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn Stati Membri. |
(5) |
Huwa xieraq li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni f’pajjiżi terzi li ma ffirmawx ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom adottaw u qed japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku jitħallew jipparteċipaw fi ftehimiet multilaterali mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn Stati Membri, li permezz tagħhom il-partijiet kollha jiġu kkumpensati, fuq bażi ġusta u ekwa, għall-ispejjeż imġarrba għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku. |
(6) |
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jiġu kkumpensati għat-telf ta’ enerġija dovut għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku. Dan il-kumpens għandu jkun ibbażat fuq stima tat-telf li jsofru kieku ma jkunx hemm tranżiti tal-elettriku. |
(7) |
Għandu jiġi stabbilit fond għall-allokazzjoni ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għall-ispejjeż relatati mal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku. Il-valur ta’ dan il-fond għandu jiġi bbażat fuq valutazzjoni, li ssir fuq livell tal-Unjoni Ewropea, tal-ispejjeż inkrementali medji fuq medda twila ta’ żmien tal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku. |
(8) |
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni f’pajjiżi terzi għandhom jiffaċċjaw l-istess spejjeż biex jużaw is-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni bħal ma jiffaċċjaw l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fi Stati Membri. |
(9) |
Il-varjazzjonijiet fil-ħlasijiet applikati għall-produtturi tal-elettriku biex ikollhom aċċess għas-sistema ta’ trażmissjoni ma għandhomx jipperikolaw is-suq intern. Minħabba f’hekk, il-ħlasijiet medji għall-aċċess għan-netwerk fi Stati Membri għandhom jinżammu f’medda li tgħin biex jiġi żgurat li jinkisbu l-benefiċċji li jirriżultaw mill-armonizzazzjoni. |
(10) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jirċievu kumpens għall-ispejjeż li jġarrbu minħabba li jospitaw flussi transkonfinali tal-elettriku fuq in-netwerks tagħhom abbażi tal-linji gwida stipulati fil-Parti A tal-Anness.
Artikolu 2
Il-ħlasijiet li japplikaw l-operaturi tan-netwerks għall-aċċess għas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom ikunu skont il-linji gwida stipulati fil-Parti B tal-Anness.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jiskadi fit-2 ta’ Marzu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1.
ANNESS
PARTI A
LINJI GWIDA DWAR IT-TWAQQIF TA’ MEKKANIŻMU TA’ KUMPENS LIL OPERATURI TAS-SISTEMI TA’ INTER-TRAŻMISSJONI
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
1.1. |
Il-mekkaniżmu ta’ Kumpens lil Operaturi tas-Sistemi ta’ Inter-Trażmissjoni (ITC) se jipprovdi għall-kumpens għall-ispejjeż relatati mal-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku inkluż il-forniment ta’ aċċess transkonfinali għas-sistema interkonnessa. |
1.2. |
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni se jistabbilixxu fond tal-ITC biex jikkumpensa l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-ispejjeż relatati mal-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku. Il-fond tal-ITC se jipprovdi kumpens għal:
|
1.3. |
Il-kontribuzzjonijiet għall-Fond tal-ITC għandhom jiġu kkakulati skont il-punt 6. Il-pagamenti mill-Fond tal-ITC għandhom jiġu kkakulati skont il-punti 4 u 5. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni se jkunu responsabbli biex jistabbilixxu ftehimiet għall-ġbir u t-tqassim tal-pagamenti kollha relatati mal-Fond tal-ITC, u se jkunu responsabbli wkoll biex jiddeċiedu meta jsiru l-pagamenti. Il-kontribuzzjonijiet u l-pagamenti kollha għandhom isiru malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn sitt xhur minn tmiem il-perjodu li huma applikabbli għalih. |
1.4. |
Kull sena, il-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass (ERGEG) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE (1) għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ITC u l-ġestjoni tal-fond tal-ITC. F’dan ix-xogħol, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkooperaw mal-ERGEG u jipprovdu lill-ERGEG u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa. |
1.5. |
It-tranżitu tal-elettriku għandu jiġi kkalkulat, normalment fuq bażi ta’ kull siegħa, billi jittieħed il-valur l-aktar baxx mill-valuri tal-ammont assolut tal-elettriku importat u tal-ammont assolut tal-elettriku esportat fl-interkonnessjonijiet bejn sistemi tat-trażmissjoni nazzjonali. Biex jiġu kkalkulati t-tranżiti tal-elettriku, l-ammont tal-elettriku importat u l-ammont tal-elettriku esportat f’kull interkonnessjoni bejn sistemi tat-trażmissjoni nazzjonali għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonali mas-sehem tal-kapaċità allokata li ma jkunx kompatibbli mal-Punt 2 tal-linji gwida għall-ġestjoni tal-konġestjoni stipulati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1228/2003. Minkejja d-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-punt, l-elettriku importat u dak esportat fl-interkonnessjonijiet ma’ pajjiżi terzi li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 7.1 għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tranżitu tal-elettriku. |
1.6. |
Għall-finijiet ta’ din il-parti tal-Anness, il-fluss nett ta’ elettriku għandu jfisser il-valur assolut tad-differenza bejn it-total tal-elettriku esportat minn sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali speċifika lejn pajjiżi fejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni (TSOs) jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ITC u t-total ta’ elettriku importat minn pajjiżi fejn it-TSOs jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ITC lejn l-istess sistema ta’ trażmissjoni. Għall-partijiet tal-mekkaniżmu ITC li jkollhom konfini komuni ma’ mill-anqas terz tal-pajjiż li għalih japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Punt 7.1, għandhom isiru dawn l-aġġustamenti fil-kalkolu tal-fluss nett:
|
1.7. |
Għall-finijiet ta’ din il-parti tal-Anness, it-tagħbija għandha tfisser l-ammont totali ta’ elettriku li s-sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali tagħti lis-sistemi ta’ distribuzzjoni konnessi magħha, lill-konsumaturi aħħarin konnessi mas-sistema ta’ trażmissjoni u lill-produtturi tal-elettriku għall-konsum fil-ġenerazzjoni tal-elettriku. |
2. Parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu ITC
2.1. |
Kull awtorità regolatorja għandha tiżgura li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fl-ambitu ta’ kompetenza tagħha jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ITC u li ebda ħlas addizzjonali għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku ma jiġi inkluż fil-ħlasijiet applikati mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-aċċess għan-netwerks. |
2.2. |
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiżi terzi li ffirmaw ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom adottaw u qed japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ITC. B’mod partikolari, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni li jaħdmu fit-territorji msemmija fl-Artikolu 9 tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija (2) għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ITC. Kull operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiż terz parteċipanti fil-mekkaniżmu ITC għandu jiġi ttrattat fuq l-istess bażi bħal operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn Stat Membru. |
3. Ftehimiet multilaterali
3.1. |
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jiffaċilitaw l-iffirmar ta’ ftehimiet multilaterali li huma relatati mal-kumpens għall-ispejjeż relatati mal-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku bejn operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni parteċipanti fil-mekkaniżmu ITC u operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiżi terzi li ma ffirmawx ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom adottaw u qed japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku, u li, fis-16 ta’ Diċembru 2009, iffirmaw il-ftehim dwar mekkaniżmi volontarji bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni dwar il-kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni. |
3.2. |
Dawn il-ftehimiet multilaterali għandhom ikunu maħsuba biex jiżguraw li l-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni mill-pajjiż terz jiġi ttrattat fuq l-istess bażi bħal operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiż parteċipant fil-mekkaniżmu ITC. |
3.3. |
Fejn ikun meħtieġ, dawn il-ftehimiet multilaterali jistgħu jirrakkomandaw aġġustament xieraq tal-kumpens totali għall-kumpens għall-ispejjeż relatati mal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku kkalkulat skont il-punt 5. Kwalunkwe aġġustament tali għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. |
3.4. |
It-trattament ta’ operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiż terz ma għandux ikun aħjar minn dak li jingħata lil operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni parteċipanti fil-Mekkaniżmu ITC. |
3.5. |
Kwalunkwe ftehim multilaterali ta’ dan it-tip għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, biex din tagħti l-opinjoni tagħha dwar jekk il-kontinwazzjoni tal-ftehim multilaterali tkunx tippromwovi l-kompletar u l-funzjonament tas-suq intern fl-elettriku u l-kummerċ transkonfinali. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tindirizza b’mod partikolari:
|
3.6. |
Meta tħejji l-opinjoni msemmija fil-punt 3.5, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Istati Membri kollha, u tqis b’mod partikolari l-opinjoni ta’ dawk l-Istati Membri li jkollhom konfini mal-pajjiż terz rilevanti. |
4. Kumpens għat-Telf
4.1. |
Il-kumpens għat-telf imġarrab fuq is-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali minħabba li dawn jospitaw flussi transkonfinali tal-elettriku għandu jiġi kkalkulat separatament mill-kumpens għall-ispejjeż imġarrba relatati mal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ tranżiti transkonfinali tal-elettriku. |
4.2. |
L-ammont ta’ telf imġarrab fuq sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali għandu jiġi stmat billi tiġi kkalkulata d-differenza bejn:
|
4.3. |
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni se jkunu responsabbli biex iwettqu l-kalkolu msemmi fil-punt 4.2 u għandhom jippubblikaw dan il-kalkolu u l-metodu ta’ kif jinħadem f’format xieraq. Dan il-kalkolu jista’ jsir mill-istimi għal għadd ta’ mumenti diversi waqt il-perjodu rilevanti. |
4.4. |
Il-valur tat-telf imġarrab minn sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali minħabba l-flussi transkonfinali tal-elettriku għandu jiġi kkalkulat fuq l-istess bażi bħal dik approvata mill-awtorità regolatorja fir-rigward tat-telf kollu mġarrab fuq is-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali. L-ERGEG għandu jivverifika l-kriterji użati għall-valutazzjoni tat-telf fuq il-livell nazzjonali, fejn tqis b’mod partikolari li din il-valutazzjoni tat-telf issir b’mod ġust u mingħajr diskriminazzjoni. Meta l-awtorità regolatorja rilevanti ma tkunx approvat bażi għall-kalkolu tat-telf għal perjodu ta’ żmien applikabbli għall-mekkaniżmu ITC, il-valur tat-telf għall-finijiet tal-mekkaniżmu ITC għandu jiġi bbażat fuq stimi analizzati mill-operaturi kollha tas-sistemi ta’ trażmissjoni. |
5. Kumpens għall-forniment ta’ infrastruttura għall-flussi transkonfinali tal-elettriku.
5.1. |
Il-kumpens annwali għall-infrastruttura transkonfinali għandu jiġi mqassam bejn l-operaturi responsabbli għas-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali bħala kumpens għall-ispejjeż relatati mal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku. |
5.2. |
It-total tal-kumpens annwali għall-infrastruttura transkonfinali għandu jiġi mqassam bejn l-operaturi responsabbli għas-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali b’mod proporzjonali ma’:
Il-fattur ta’ tranżitu jirrappreżenta 75 % u l-fattur ta’ tagħbija 25 %. |
5.3. |
It-total tal-kumpens annwali għall-infrastruttura transkonfinali għandu jkun EUR 100 000 000. |
6. Kontribuzzjonijiet għall-Fond tal-ITC
6.1. |
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkontribwixxu għall-fond tal-ITC b’mod proporzjonali mal-valur assolut ta’ flussi netti lejn u mis-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali tagħhom bħala parti mis-somma tal-valur assolut ta’ flussi netti lejn u mis-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali kollha. |
7. Ħlas għad-dritt għall-użu ta’ sistema ta’ trażmissjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-elettriku ta’ pajjiżi terzi
7.1. |
Għandu jitħallas dritt għall-użu ta’ sistema ta’ trażmissjoni fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni skedati tal-elettriku mill-pajjiżi terzi kollha meta:
Dan il-ħlas għad-dritt għandu jiġi indikat f’Euro kull siegħa ta’ megawatt (megawatt hour). |
7.2. |
Kull parteċipant fil-mekkaniżmu ITC għandu jiġbor il-ħlas għad-dritt għall-użu ta’ sistema ta’ trażmissjoni fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni skedati tal-elettriku bejn is-sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali u s-sistema ta’ trażmissjoni tal-pajjiż terz. |
7.3. |
Kull sena, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkalkulaw minn qabel il-ħlas għad-dritt għall-użu tas-sistema ta’ trażmissjoni. Dan il-ħlas għandu jiġi ffissat abbażi tal-kontribut stmat għal kull siegħa ta’ megawatt li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiż parteċipanti jkollhom jgħaddu lill-Fond tal-ITC abbażi tal-flussi transkonfinali tal-elettriku għas-sena rilevanti. |
PARTI B
LINJI GWIDA GĦAL APPROĊĊ REGOLATORJU KOMUNI GĦALL-ĦLASIJIET TAT-TRAŻMISSJONI
1. |
It-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi f’kull Stat Membru għandhom ikunu fil-meded stipulati fil-punt 3. |
2. |
Il-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi huma l-ħlasijiet totali annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi diviżi bl-enerġija mkejla totali li l-produtturi jdaħħlu annwalment fis-sistema ta’ trażmissjoni ta’ Stat Membru. Għall-kalkolu stipulat fil-Punt 3, il-ħlasijiet ta’ trażmissjoni għandhom jeskludu:
|
3. |
Il-valur tal-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi għandu jkun fil-medda ta’ 0 sa 0,5 EUR/MWh, għajr dawk applikabbli fid-Danimarka, l-Isvezja, il-Finlandja, ir-Rumanija, l-Irlanda, il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. Il-valur tal-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi fid-Danimarka, l-Isvezja u l-Finlandja għandu jkun fil-medda ta’ 0 sa 1,2 EUR/MWh. Il-valur tal-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi fl-Irlanda, il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jkun fil-medda ta’ 0 sa 2,5 EUR/MWh, u fir-Rumanija din il-medda għandha tkun ta’ 0 sa 2,0 EUR/MWh. |