This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0867
2009/867/EC: Commission Decision of 30 November 2009 granting certain parties an exemption from the extension to certain bicycle parts of the anti-dumping duty on bicycles originating in the People’s Republic of China imposed by Council Regulation (EEC) No 2474/93, last maintained and amended by Regulation (EC) No 1095/2005, and lifting the suspension of the payment of the anti-dumping duty extended to certain bicycle parts originating in the People’s Republic of China granted to certain parties pursuant to Commission Regulation (EC) No 88/97 (notified under document C(2009) 9406)
2009/867/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni ta’ dazju antidumping għal ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li jneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż għall-ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħti lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9406)
2009/867/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni ta’ dazju antidumping għal ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li jneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż għall-ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħti lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9406)
ĠU L 314, 1.12.2009, pp. 106–109
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
01/12/2009
|
1.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/106 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2009
li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni ta’ dazju antidumping għal ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li jneħħi s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż għall-ċerti partijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħti lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9406)
(2009/867/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997, li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 dwar roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-impożizzjoni ta’ dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3) (ir-‘Regolament ta’ eżenzjoni’), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
|
(1) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ eżenzjoni, għadd ta’ persuni li jarmaw ir-roti ressqu talbiet skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 71/97 (id-‘dazju estiż antidumping’). Il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali listi suċċessivi ta’ min jarma r-roti (4) li għalihom il-ħlas tad-dazju antidumping estiż fir-rigward tal-importazzjonijiet tagħhom ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ġie sospiż skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. |
|
(2) |
Wara l-aħħar pubblikazzjoni tal-lista ta’ partijiet li kienu taħt eżami (5), intgħażel perjodu ta’ eżami. Dan il-perjodu ġie ddefinit mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Mejju 2009. Intbagħat kwestjonarju lill-partijiet kollha taħt eżami, li jitlob l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ mmuntar li saru matul il-perjodu rilevanti ta’ eżami. |
A. TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI GĦALIHOM INGĦATAT SOSPENSJONI MINN QABEL
A.1. Talbiet aċċettabbli għall-eżenzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet imniżżlin fit-Tabella 1 hawn taħt l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. Dawn il-partijiet kienu diġà rċevew is-sospensjoni tagħhom b’effett mill-jum meta jasal dokument ta’ applikazzjoni komplut għand il-Kummissjoni. L-informazzjoni rikjesta u pprovduta mill-ġdid ġiet eżaminata u vverifikata, fejn meħtieġ, fl-istabbilimenti tal-partijiet ikkonċernati. Skont din l-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-talbiet li ntbagħtu mill-partijiet elenkati fit-tabella 1 hawn taħt huma ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Tabella 1
|
|
(4) |
Il-fatti kif finalment aċċertati mill-Kummissjoni juru li għal dawn l-operazzjonijiet kollha ta’ immuntar tar-roti tal-applikanti, il-valur tal-partijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li ntużaw fl-operazzjonijiet ta’ mmuntar tagħhom kien aktar baxx minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet użati f’dawn l-operazzjonijiet ta’ mmuntar u huma, għalhekk, jaqgħu barra l-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn fuq għandhom jiġu eżentati mid-dazju estiż antidumping. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, l-eżenzjoni tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 mid-dazju antidumping estiż għandha tidħol fis-seħħ mid-data minn meta jaslu t-talbiet tagħhom. Barra minn hekk, id-dejn doganali tagħhom fir-rigward tad-dazju estiż antidumping għandu jkun ikkunsidrat null mid-data ta’ meta waslu t-talbiet tagħhom għall-eżenzjoni. |
A.2. Talba inaċċettabbli għall-eżenzjoni
|
(7) |
Il-parti elenkata fit-Tabella 2 hawn isfel ressqet ukoll talba għall-eżenzjoni mid-dazju estiż antidumping. Tabella 2
|
|
(8) |
Din il-parti ma ssottomettietx tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(9) |
Ladarba l-parti elenkata fit-Tabella 2 naqset milli tissodisfa l-kriterji għall-eżenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta t-talba tagħha għall-eżenzjoni, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament. Fid-dawl ta’ dan, is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju estiż antidumping imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ eżenzjoni għandha titneħħa u d-dazju estiż antidumping għandu jinġabar mid-data li fiha waslu t-talbiet imressqa minn din il-parti. |
B. TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI GĦALIHOM IS-SOSPENSJONI MA NGĦATATX QABEL
B.1. Talbiet ammissibbli għall-eżenzjoni li għalihom għandha tingħata sospensjoni
|
(10) |
Il-partijiet interessati huma hawnhekk infurmati bil-wasla ta’ talbiet ulterjuri għal eżenzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ eżenzjoni, mill-partijiet elenkati fit-Tabella 3. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara dawn it-talbiet, għandha tidħol fis-seħħ kif muri fil-kolonna intitolata “Data ta’ dħul fis-seħħ”: Tabella 3
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-partijiet elenkati fit-tabella 1 hawn taħt huma b’dan eżentati mill-estensjoni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju definittiv antidumping impost fuq roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (6), kif miżmumir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (7) u emendat mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (8).
L-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ kull parti sa mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna bit-titolu ‘Data ta’dħul fis-seħħ’.
Tabella 1
Lista tal-partijiet li għandhom ikunu eżentati
|
Isem |
Indirizz |
Il-pajjiż |
Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 |
Data tad-dħul fis-seħħ |
Kodiċi addizjonali TARIC |
|
MADIROM PROD Srl. |
Bucuresti, Sector 6, Splaiul Independentei no. 319, OB. 152 |
Ir-Rumanija |
Artikolu 7 |
11.8.2008 |
A896 |
|
Rose Versand GmbH |
Schersweide 4, 46395 Bocholt |
Il-Ġermanja |
Artikolu 7 |
16.9.2008 |
A897 |
|
Winora Staiger GmbH |
Max-Planck-Strasse 6, 97526 Sennfeld |
Il-Ġermanja |
Artikolu 7 |
27.11.2008 |
A894 |
Artikolu 2
It-talba għal eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż imressqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 mill-parti elenkati hawn taħt fit-Tabella 2 hija b’dan rrifjutata.
Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan il-mezz imneħħija għall-parti ikkonċernati mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna bl-isem ‘Data ta’ dħul fis-seħħ’.
Tabella 2
Lista ta’ partijiet li għalihom is-sospensjoni għandha titneħħa
|
Isem |
Indirizz |
Il-pajjiż |
Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 |
Data tad-dħul fis-seħħ |
Kodiċi addizjonali TARIC |
|
CITIC - MARMES BICYCLE CZ, s.r.o. |
Žichlínské Předměstí, Albrechtická 391, 56301 Lanškroun |
Ir-Repubblika Ċeka |
Artikolu 5 |
23.5.2008 |
A891 |
Artikolu 3
Il-partijiet elenkati fit-tabella 3 hawn taħt jikkostitwixxu l-lista aġġornata tal-partijiet li qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara dawn it-talbiet, daħlet fis-seħħ mid-data rilevanti kif murija fil-kolonna bit-titolu ‘Data ta’ dħul fis-seħħ’ fit-Tabella 3.
Tabella 3
Lista ta’ partijiet li qed jiġu eżaminati
|
Isem |
Indirizz |
Il-pajjiż |
Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 |
Data tad-dħul fis-seħħ |
Kodiċi addizjonali TARIC |
|
Eddy Merckx Cycles N.V. |
Birrebeekstraat 1, 1860 Meise |
Il-Belġju |
Artikolu 5 |
30.4.2009 |
A954 |
|
Sektor SRL |
Via Don Peruzzi 27/B, 36027 Rosa (VI) |
L-Italja |
Artikolu 5 |
27.5.2009 |
A956 |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 1, 2 u 3.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(3) ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.
(4) ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3; ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9; ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6; ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2; ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9; ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3; ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6; ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8; ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5; ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2; ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3; ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5; ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2; ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4; ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16; ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5; ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73; ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19 u ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62.
(5) ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62.