This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0155
Commission Directive 2009/155/EC of 30 November 2009 amending Council Directive 91/414/EEC as regards the purity level required of the active substance metazachlor (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/155/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-livell ta’ purità meħtieġ tas-sustanza attiva metazachlor (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/155/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-livell ta’ purità meħtieġ tas-sustanza attiva metazachlor (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 314, 1.12.2009, p. 72–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011
1.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/72 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/155/KE
tat-30 ta’ Novembru 2009
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-livell ta’ purità meħtieġ tas-sustanza attiva metazachlor
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Wara eżami li fih ir-Renju Unit aġixxa bħala Stat Membru relatur, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/116/KE (2) inkludiet is-sustanza attiva metazachlor fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Fir-rigward ta’ dik is-sustanza, id-Direttiva 2008/116/KE stabbiliet livell massimu ta’ 0,01 % għal toluene bħala impurità tal-manifattura. Dak il-livell kien ibbażat fuq l-ispeċifikazzjoni mogħtija min-notifikatur. |
(2) |
In-notifikatur talab għal emenda fid-Direttiva 91/414/KEE li żżid dak il-livell massimu għal 0,05 %. Dan issottometta t-tagħrif neċessarju biex ikun jista’ jappoġġja t-talba tiegħu. Fit-2 ta’ Frar 2009 l-Istat Membru relatur ippreżenta addendum (3) mal-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni li fih ikkonkluda li livell massimu ta’ 0,05 % ma jikkawża l-ebda riskju ieħor barra minn dawk ir-riskji li diġa’ ġew meqjusa fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għal dik is-sustanza. |
(3) |
Għaldaqstant, il-livell massimu ta’ toluene bħala impurità tal-manifattura tal-metazachlor għandu jiżdied għal 0,05 %. |
(4) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan. |
(5) |
Peress li din id-Direttiva għandha tapplika mill-istess data tad-Direttiva 2008/116/KE, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fir-ringiela 223 (metazachlor) tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-kolonna 4 (il-purità), il-kliem “0,01 %” jinbidlu bil-kliem “0,05 %”.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 86.
(3) Addendum 2 – Jannar 2009 – mal-Volum 4, Anness C mar-rapport u d-deċiżjoni proposta tar-Renju Unit magħmula lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE.