EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1508

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1508/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għall-kwota ta' annimali bovini ħajjin ta' piż li jaqbeż il-160 kg u li ġejjin mill-Iżvizzera, kif ipprovdut mir-Regolament (KE) Nru 2172/2005

ĠU L 333, 19.12.2007, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1508/oj

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 333/69


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1508/2007

tat-18 ta’ Diċembru 2007

li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa għall-kwota ta' annimali bovini ħajjin ta' piż li jaqbeż il-160 kg u li ġejjin mill-Iżvizzera, kif ipprovdut mir-Regolament (KE) Nru 2172/2005

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2005 tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li jaqbeż il-160 Kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (2), u b'mod partikolari Artikolu 4(1) tiegħu, l-ewwel inċiż,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005 stabilixxa għal 4 600 bhima l-kwantità tal-kwota annwali li għaliha l-importaturi Komunitarji jistgħu jippreżentaw talba għad-drittijiet għall-importazzjoni skond l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

(2)

Billi d-drittijiet għall-importazzjoni mitluba ikunu b'mod li l-applikazzjonijiet jiġu aċċettati bi sħiħ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kull talba għad-drittijiet għall-importazzjoni ppreżentata skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005, għall-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008, ġiet sodisfatta sa 100 % tad-drittijiet għall-importazzjoni mitluba.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 346, 29.12.2005, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26).


Top