Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0565

565/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2006 tas- 6 ta’ April 2006 li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 99, 7.4.2006, pp. 3–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, pp. 329–331 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/565/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

329


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 565/2006

tas-6 ta’ April 2006

li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rapporteurs maħtura mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 ivvalutaw l-informazzjoni li taw il-manifatturi u l-importaturi dwar ċerti sustanzi ta' prijorità. Wara konsultazzjoni ma’ dawk il-manifatturi u l-importaturi, ir-rapporteurs iddeterminaw li minħabba raġunijiet ta’ evalwazzjoni tar-riskju dawk il-manifatturi u l-importaturi jinħtieġu li jagħtu iktar informazzjoni u jagħmlu aktar testijiet.

(2)

L-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sustanzi in kwistjoni mhijiex disponibbli mill-manifatturi jew l-importaturi ta’ qabel. Il-manifatturi u l-importaturi ivverifikaw li t-testijiet fuq l-annimali ma jistgħux jiġu sostitwiti jew illimitati bl-użu ta’ metodi oħra.

(3)

Għalhekk, huwa xieraq li l-manifatturi u l-importaturi ta’ sustanzi ta' prijorità jintalbu jagħtu iktar informazzjoni u jittestjaw dawn is-sustanzi aktar fil-fond. Il-protokolli ppreżentati mir-rapporteurs lill-Kummissjoni għandhom jintużaw fit-twettiq ta' dawk it-testijiet.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-manifatturi u l-importaturi tas-sustanzi elenkati fl-Anness, li ppreżentaw informazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 3, 4, 7 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, għandhom jipprovdu l-informazzjoni u jwettqu t-testijiet indikati fl-Anness u jagħtu r-riżultati lir- rapporteurs relevanti.

It-testijiet għandhom isiru skond il-protokolli speċifikati mir-rapporteurs.

Ir-riżultati għandhom jingħataw fil-limitu ta' żmien stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta’ April 2006.

Ghall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal- Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, tal-5.4.1993, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Nru

Nru ta l-Einecs

Nru tal-CAS

Isem is-sustanza

Ir-Rapporteur

Ir-Rekwiżiti għall-Ittestjar/l-Informazzjoni

Il-limitu ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament'

1.

214-604-9

1163-19-5

Bis(pentabromophenyl)ether (1)

UK/F

Studju dwar in-newrotossiċità waqt l-iżvilupp fil-firien jew il-ġrieden

24 xahar

Programm adegwat ta’ bijomonitoraġġ uman, li jinkludi l-ħalib tas-sider u d-demm, u l-bżonn għal analiżi ta’ xejriet fuq ċertu perjodu ta’ żmien.

Rapport annwali fuq perjodu ta’ 10 snin

Programm ta’ monitoraġġ ambjentali li jinkludi l-għasafar, il-ħama tad-dranaġġ, is-sediment, u l-arja biex jistabbilixxi xejriet kronoloġiċi għas-sustanza u l-prodotti ta’ degradazzjoni aktar tossiċi u bijoakkumulattivi tagħha fuq perjodu ta’ għaxar snin

Rapport annwali fuq perjodu ta’ 10 snin

2.

237-158-7

13674-84-5

Tris(2-chloro-1-methylethyl) phosphate (2)

UK/IRL

Dejta dwar ir-rilaxxi u l-forom ta’ użu ta’ ċerti stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

3 xhur

3.

237-159-2

13674-87-8

Tris[2-chloro-1-(chloromethyl) ethyl] phosphate (2)

UK/IRL

Dejta dwar ir-rilaxxi u l-forom ta’ użu ta’ ċerti stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

3 xhur

Test tat-tossiċità għall-Chironomid għall-ilma bis-sediment bl-użu ta’ sediment modifikat (OECD 218)

6 xahar

Test tat-tossiċità għal-Lumbriculus għall-ilma bis-sediment fejn jintuża sediment modifikat (OECD 218)

6 xhur

Test tat-tossiċità għall-Hyallella għall-ilma bis-sediment fejn jintuża sediment modifikat (OECD 218)

6 xhur

4.

253-760-2

38051-10-4

2,2-Bis(chloromethyl) trimethylene bis (bis(2-chloroethyl) phosphate (2)

UK/IRL

Dejta dwar ir-rilaxxi u l-forom ta’ użu ta’ ċerti stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

3 xhur

5.

231-111-4

232-104-9

222-068-2

231-743-0

236-068-5

7440-02-0

7786-81-4

3333-67-3

7718-54-9

13138-45-9

Nikil (3)

Sulfat tan-nikil (3)

Karbonat tan-nikil (2)

Diklorur tan-nikil (2)

Dinitrat tan-nikil (2)

DK

Informazzjoni dwar l-ekotossiċità u l-bijodisponibilità tan-nikel fi studji fil-laboratorju

3 xhur

Informazzjoni dwar l-ekotossiċità, id-destin u l-bijodisponibilità mill-field studies

6 xhur

Informazzjoni dwar it-tossiċità tan-nikil f’tipi varji ta’ ħamrija

6 xhur

Żvilupp u validazzjoni ta’ Biotic Ligand Model kroniku għar-Rainbow trout

3 xhur

Żvilupp u validazzjoni ta’ Biotic Ligand Model kroniku għall-alka u l-invertebrati

3 xhur

Informazzjoni ta' esponiment għall-estrazzjoni tal-PEClokali u l-PECreġjonalil

6 xhur

Dejta ta’ monitoraġġ għall-ilmijiet tal-wiċċ Ewropej

6 xhur

232-104-9

7786-81-4

Sulfat tan-nikil (3)

Studju orali fuq sentejn dwar il-karċinoġenità permezz tas-sulfat tan-nikil fil-firien (OECD 451-B32)

30 xahar

231-111-4

7440-02-0

Nikil (3)

Studju fuq sentejn dwar il-karċinoġenità permezz ta’ nifsijiet il-ġewwa tat-trab elementali tan-nikil fil-firien (OECD 451-B32)

30 xahar

6.

221-221-0

3033-77-0

2,3-Epoxypropyltrimethyl ammonium chloride (3)

FIN

Test ta’ simulazzjoni tat-trattament tad-dranaġġ Aerobiku, Unitajiet tal-ħamà attivati (OECD 303A)

6 xhur

Informazzjoni ta’ esponiment ambjentali

3 xhur

7.

222-048-3

3327-22-8

(3-Chloro-2-hydroxypropyl) trimethyl ammonium chloride (3)

FIN

Test ta’ simulazzjoni tat-trattament tad-dranaġġ Aerobiku, Unitajiet tal-ħamà attivati (OECD 303A)

6 xhur

Informazzjoni ta’ esponiment ambjentali

3 xhur

8.

202-453-1

95-80-7

4-Methyl-m-phenylenediamine (1)

D

Test tat-tossiċità għal-Lumbriculus għall-ilma bis-sediment fejn jintuża sediment modifikat (OECD 218)

6 xhur


(1)  Sustanza elenkata fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/94 (ĠU L 131, tas-26.5.1994, p.3; lista ta’ prijorità n. 1).

(2)  Sustanza elenkata fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2364/2000 (ĠU L 273, tat-23.10.2000, p.5; lista ta’ prijorità n. 4).

(3)  Sustanza elenkata fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 (ĠU L 25, tas-27.10.1997, p.13; lista ta’ prijorità n. 3).


Top