Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006E0031

    Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/31/PESK tat- 23 ta' Jannar 2006 li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

    ĠU L 19, 24.1.2006, p. 38–38 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 64–64 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2006/31/oj

    29.9.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    64


    POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/31/PESK

    tat-23 ta' Jannar 2006

    li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-10 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Liberja (1) sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Liberja mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1521(2003).

    (2)

    Fit-22 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/902/PESK (2) li testendi l-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għal perijodu ta' 12-il xahar, skond UNSCR 1579 (2004).

    (3)

    Fid-dawl ta' l-iżviluppi fil-Liberja, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-20 ta' Diċembru 2005 adotta r-Riżoluzzjoni 1647 (2005) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti minn UNSCR 1521(2003) għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

    (4)

    Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għandhom għalhekk jiġu mġedda għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar b'effett mit-23 ta' Diċembru 2005 sabiex jingħata effett lil UNSCR 1647(2005),

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    1.   Il-miżuri imposti b'Artikoli 1 u 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għandhom jiġu applikati għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor skond kwalunkwe Riżoluzzjoni rilevanti fil-ġejjieni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

    2.   Il-miżuri imposti b'Artikoli 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għandhom jiġu applikati għal perijodu ulterjuri ta' sitt xhur, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor skond kwalunkwe Riżoluzzjoni rilevanti fil-ġejjieni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

    Artikolu 2

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tkun applikabbli mit-23 ta' Diċembru 2005 sat-22 ta' Diċembru 2006.

    Artikolu 3

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Jannar 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PRÖLL


    (1)  ĠU L 40, 12.2.2004, p. 35.

    (2)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 113.


    Top