Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0673

Regolament tal-Kunsill Nru 673/2005 tal- 25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

ĠU L 110, 30.4.2005, pp. 1–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, pp. 413–417 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/03/2018; Imħassar b' 32018R0196

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/673/oj

13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

413


REGOLAMENT TAL-KUNSILL NRU 673/2005

tal-25 ta’ April 2005

li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Jannar 2003, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (“DSB”) ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) adotta r-rapport (1) tal-Korp ta’ l-Appell u r-rapport tal-Panel (2), kif ikkonfermat mir-rapport tal-Korp ta’ l-Appell, li sab li l-Continued Dumping and Subsidy Offset Act (“CDSOA”) kien inkompatibbli ma’ l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti skond il-ftehim tal-WTO.

(2)

Peress li l-Istati Uniti ma rnexxielhomx iġibu l-leġislazzjoni tagħhom f’konformità mal-ftehim kopert, il-Komunità talbet l-awtorizzazzjoni tad-DSB sabiex tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati skond il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 lill-Istati Uniti (3). L-Istati Uniti oġġezzjonaw għal-livelL ta’ sospensjoni tal-konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati u l-kwistjoni tressqet għall-arbitraġġ.

(3)

Fil-31 ta’ Awwissu 2004, l-Arbitraturi ddeterminaw li l-livell ta’ tixjin jew ta' ħsara kkawżati kull sena lill-Komunità kien ekwivalenti għal 72 % ta’ l-ammont ta’ l-iżburzar tas-CDSOA relatat mad-dazji anti-dumping jew kompensatorji mħallsa fuq importazzjonijiet mill-Komunità għall-aktar sena riċenti li għaliha jkun hemm data disponibbli f'dak il-waqt, kif ippubblikata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti. L-Arbitratur ikkonkluda li s-sospensjoni mill-Komunità ta’ konċessjonijiet jew obbligazzjonijiet oħra, fil-forma ta’ impożizzjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni addizzjonali barra minn dazji doganali konsolidati, fuq lista ta' prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti li jkopru, fuq bażi ta' sena, valur totali ta' kummerċ li ma jaqbiżx l-ammont ta' tixjin jew ħsara tkun konsistenti mar-regoli tal-WTO. Fis-26 ta’ Novembru 2004, id-DSB tat l-awtorizzazzjoni biex l-applikazzjoni lill-Istati Uniti ta’ konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati skond GATT 1994 tkun sospiża bi qbil mad-deċiżjoni ta’ l-Arbitratur.

(4)

L-iżburzar tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm data disponibbli jirrigwarda d-distribuzzjoni ta’ dazji anti-dumping u kompensatorji miġbura matul is-sena Fiskali 2004 (mill-1 ta’ Ottubru 2003 sat-30 ta’ Settembru 2004). Fuq il-bażi ta’ d-data ppublikata mill-Protezzjoni Doganali u tal-Fruntieri ta' l-Istati Uniti, il-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat lill-Komunità huwa kkalkulat li jammonta għal USD 27,81 miljun. Il-Komunità tista’ għalhekk tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji lill-Istati Uniti għal ammont ekwivalenti. L-effett ta’ dazju ad valorem addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' 15 % fuq prodotti fl-Anness I li joriġinaw mill-Istati Uniti jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx USD 27,81 miljun. Fir-rigward ta’ dawn il-prodotti, il-Komunità għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji lill-Istati Uniti mill-1 ta' Mejju 2005.

(5)

Jekk in-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-deċiżjoni u r-rakkomandazzjoni tad-DSB ikompli, il-Kummissjoni għandha kull sena taġġusta l-livell ta’ sospensjoni għal-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat lill-Komunità mis-CDSOA f'dak il-waqt. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista fl-Anness I jew ir-rata ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni sabiex l-effett tad-dazju addizzjonali fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti magħżula, jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx l-ammont ta’ tixjin jew ħsara.

(6)

Il-Kummissjoni għandha tirrispetta dawn il-kriterji li ġejjin:

(a)

Il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni meta ż-żieda jew it-tneħħija ta' prodotti mil-lista fl-Anness I ma jippermettix li l-livell ta’ sospensjoni jiġi aġġustat għal-livell ta’ tixjin jew ħsara. Inkella, il-Kummissjoni għandha żżid prodotti mal-lista fl-Anness I jekk il-livell ta’ sospensjoni jiżdied jew tirtira prodotti minn din il-lista jekk il-livell ta’ sospensjoni jonqos.

(b)

Jekk prodotti huma miżjuda, il-Kummissjoni għandha tagħżel il-prodotti mil-lista fl-Anness II b’mod awtomatiku billi timxi skond l-ordni li biha l-prodotti huma elenkati. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni għandha temenda wkoll il-lista fl-Anness II billi tneħħi minnha l-prodotti miżjuda mal-lista fl-Anness I.

(ċ)

Jekk xi prodotti jiġu irtirati, il-Kummissjoni għandha, l-ewwel, tneħħi l-prodotti li ġew miżjuda mal-lista fl-Anness I aktar tard. Il-Kummissjoni għandha imbagħad tneħħi l-prodotti li bħalissa jinstabu fil-lista ta' l-Anness I billi timxi skond l-ordni ta' dik il-lista.

(7)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4).

(8)

Għall-prevenzjoni mill-evitar tad-dazju addizzjonali, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-konċessjonijiet tariffarji u l-obbligazzjonijiet relatati taħt il-GATT 1994 tal-Komunità huma hawnhekk sospiżi fir-rigward ta’ prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dazju doganali ad valorem addizzjonali ta’ 15 % applikabbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5) għandu jkun impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell ta’ sospensjoni kull sena għal-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat mill-Continued Dumping and Subsidy Offset (CDSOA) lill-Komunità f’dak il-waqt. Il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta’ dazju addizzjonali jew il-lista fl-Anness I taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-livell ta’ tixjin jew ħsara għandu jkun ekwivalenti għal 72 % ta’ l-ammont ta’ l-żburzar taħt is-CDSOA relatati ma' dazji anti-dumping jew kompensatorji mħallsa fuq importazzjonijiet mill-KE għall-aktar sena riċenti li għaliha tkun disponibbli data f'dak il-waqt, kif ippubblikata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti;

(b)

L-emenda għandha ssir sabiex l-effett tad-dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni fuq importazzjonijiet tal-prodotti magħżula li joriġinaw mill-Istati Uniti jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx il-livell ta’ tixjin jew ħsara;

(ċ)

Ħlief f’ċirkustanzi previsti fil-punt (e), meta l-livell ta’ sospensjoni jiżdied, il-Kummissjoni għandha żżid prodotti mal-lista fl-Anness I. Dawn il-prodotti għandhom ikunu magħżula mil-lista fl-Anness II skond l-ordni ta’ dik il-lista;

(d)

Ħlief f’ċirkustanzi previsti fil-punt (e), meta l-livell ta’ sospensjoni jonqos, prodotti għandhom ikunu irtirati mil-lista fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tneħħi, l-ewwel, prodotti li bħalissa huma fil-lista ta' l-Anness II u ġew miżjuda mal-lista fl-Anness I aktar tard. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tneħħi prodotti li jinstabu fuq il-lista ta’ l-Anness I bħalissa, skond l-ordni ta’ dik il-lista;

(e)

Il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta’ dazju addizzjonali meta l-livell ta’ sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta’ tixjin jew ħsara biż-żieda jew it-tneħħija ta' prodotti mil-lista fl-Anness I.

2.   Meta xi prodotti jiżdiedu mal-lista fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, temenda l-lista fl-Anness II billi tneħħi dawk il-prodotti mil-lista fl-Anness II. L-ordni tal-prodotti li jifdal fil-lista fl-Anness II m’għandhiex tinbidel.

3.   Id-deċiżjonijiet taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad- Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 5

L-oriġini ta' kull prodott li għalih japplika dan ir-Regolament għandu jkun determinat skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 6

1.   Prodotti elenkati fl-Anness I li għalihom inħarġet liċenzja ta’ importazzjoni b'eżenzjoni minn, jew bi tnaqqis ta’ dazju qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju addizzjonali.

2.   Prodotti elenkati fl-Anness I li għalihom jista' jintwera li kienu diġà fit-triqithom lejn il-Komunità fid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, m’għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju addizzjonali.

3.   Prodotti elenkati fl-Anness I li jiddaħħlu mingħajr dazji ta’ importazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (6) m’għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju addizzjonali.

4.   Prodotti elenkati fl-Anness I jistgħu jitpoġġew taħt il-proċedura doganali “Ipproċessar taħt il-Kontroll Doganali” skond l-Artikolu 551(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunita (7) ħlief meta l-eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi jkun sar fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali għajr jekk il-prodotti u l-operazzjonijiet mhumiex imsemmija fl-Anness 76, Parti A ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 7

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar ir-revoka ta’ dan ir-Regolament ladarba l-Istati Uniti ta’ l-Amerika jkunu implimentaw kompletament ir-rakkomandazzjonijiet tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-WTO.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, nhar il-25 ta’ April 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  L-Istati Uniti – Offsets Act (Byrd Amendment), rapport tal-Korp ta’ l-Appell (WT/DS217/AB/R, WT/DS234/AB/R, 16 ta’ Jannar 2003).

(2)  L-Istati Uniti – Offsets Act (Byrd Amendment), Rapport tal-Panel (WT/DS217/R, WT/DS234/R, 16 ta’ Settembru 2002).

(3)  L-Istati Uniti – Offsets Act (Byrd Amendment), Rikors mill-Komunitajiet Ewropej għall-Artikolu 22.2 tad-DSU (WT/DS217/22, 16 ta’ Jannar 2004).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(6)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).


ANNESS I

Il-prodotti li għalihom japplikaw id-dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċi NM tagħhom li fih tmien numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċi tinstab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1).

 

4820 10 90

 

4820 50 00

 

4820 90 00

 

4820 30 00

 

4820 10 50

 

6204 63 11

 

6204 69 18

 

6204 63 90

 

6104 63 00

 

6203 43 11

 

6103 43 00

 

6204 63 18

 

6203 43 19

 

6204 69 90

 

6203 43 90

 

0710 40 00

 

9003 19 30

 

8705 10 00


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 (OJ L 82, 31.3.2005, p. 1).


ANNESS II

Il-prodotti f’dan l-Anness huma identifikati mill-kodiċi NM tagħhom li fih tmien numri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċi tinstab fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

 

6301 40 10

 

6301 30 10

 

6301 30 90

 

6301 40 90

 

4818 50 00

 

9009 11 00

 

9009 12 00

 

8467 21 99

 

4803 00 31

 

4818 30 00

 

4818 20 10

 

9403 70 90

 

6110 90 10

 

6110 19 10

 

6110 19 90

 

6110 12 10

 

6110 11 10

 

6110 30 10

 

6110 12 90

 

6110 20 10

 

6110 11 30

 

6110 11 90

 

6110 90 90

 

6110 30 91

 

6110 30 99

 

6110 20 99

 

6110 20 91

 

9608 10 10

 

6402 19 00

 

6404 11 00

 

6403 19 00

 

6105 20 90

 

6105 20 10

 

6106 10 00

 

6206 40 00

 

6205 30 00

 

6206 30 00

 

6105 10 00

 

6205 20 00

 

9406 00 11

 

9406 00 38

 

6101 30 10

 

6102 30 10

 

6201 12 10

 

6201 13 10

 

6102 30 90

 

6201 92 00

 

6101 30 90

 

6202 93 00

 

6202 11 00

 

6201 13 90

 

6201 93 00

 

6201 12 90

 

6204 42 00

 

6104 43 00

 

6204 49 10

 

6204 44 00

 

6204 43 00

 

6203 42 31

 

6204 62 31


Top