Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0122

    Kawżi T-122/20 u T-123/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Sciessent vs Il-Kummissjoni (“Prodotti bijoċidali – Sustanzi attivi – Żeolit tal-fidda u żeolit tal-fidda u tar-ram – Rifjut ta’ approvazzjoni għat-tipi ta’ prodotti 2 u 7 – Artikolu 4 u Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 – Effikaċja – Sustanzi attivi intiżi li jiġu użati f’oġġetti trattati – Evalwazzjoni tal-effikaċja tal-oġġetti ttrattati nnifishom – Kompetenza tal-Kummissjoni – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi”)

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Sciessent vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi T-122/20 u T-123/20) (1)

    (“Prodotti bijoċidali - Sustanzi attivi - Żeolit tal-fidda u żeolit tal-fidda u tar-ram - Rifjut ta’ approvazzjoni għat-tipi ta’ prodotti 2 u 7 - Artikolu 4 u Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 - Effikaċja - Sustanzi attivi intiżi li jiġu użati f’oġġetti trattati - Evalwazzjoni tal-effikaċja tal-oġġetti ttrattati nnifishom - Kompetenza tal-Kummissjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi”)

    (2023/C 24/46)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Sciessent LLC (Beverly, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u P. Sellar, avukati, u V. McElwee, solicitor)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u R. Lindenthal, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: R. Shahsavan Eriksson, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, H. Shev, H. Eklinder u O. Simonsson, aġenti), L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, C. Buchanan u T. Zbihlej, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikorsi bbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1960 tas-26 ta’ Novembru 2019 li ma tapprovax iż-żeolit tal-fidda bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 (ĠU 2019, L 306, p. 42), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1973 tas-27 ta’ Novembru 2019 li ma tapprovax iż-żeolit tar-ram [u] tal-fidda bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 (ĠU 2019, L 307, p. 58).

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi T-122/20 u T-123/20 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

    2)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    3)

    Sciessent LLC għandha tbati, minbarra spejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    4)

    Ir-Renju tal-Isvezja u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


    Top