Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0873

    Kawża C-873/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Deutsche Umwelthilfe eV vs Bundersrepubblik Deutshland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Aċċess għall-ġustizzja – Artikolu 9(3) – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent – Locus standi ta’ tali assoċjazzjoni quddiem qorti nazzjonali sabiex tiġi kkontestata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE mogħtija lil ċerti vetturi – Regolament (KE) Nru 715/2007 – Artikolu 5(2)(a) – Vetturi bil-mutur – Magna diżil – Emissjonijiet ta’ tniġġis – Valv għar-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (valv EGR) – Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidu tan-nitroġenu (NOx) limitat minn “tieqa tat-temperaturi” – Tagħmir ta’ manipulazzjoni – Awtorizzazzjoni ta’ tali tagħmir meta l-bżonn ikun iġġustifikat fir-rigward ta’ protezzjoni tal-magna kontra ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura – Livell tat-teknoloġija)

    ĠU C 7, 9.1.2023, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Deutsche Umwelthilfe eV vs Bundersrepubblik Deutshland

    (Kawża C-873/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Aċċess għall-ġustizzja - Artikolu 9(3) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent - Locus standi ta’ tali assoċjazzjoni quddiem qorti nazzjonali sabiex tiġi kkontestata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE mogħtija lil ċerti vetturi - Regolament (KE) Nru 715/2007 - Artikolu 5(2)(a) - Vetturi bil-mutur - Magna diżil - Emissjonijiet ta’ tniġġis - Valv għar-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (valv EGR) - Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidu tan-nitroġenu (NOx) limitat minn “tieqa tat-temperaturi” - Tagħmir ta’ manipulazzjoni - Awtorizzazzjoni ta’ tali tagħmir meta l-bżonn ikun iġġustifikat fir-rigward ta’ protezzjoni tal-magna kontra ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura - Livell tat-teknoloġija)

    (2023/C 7/02)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Deutsche Umwelthilfe eV

    Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

    Fil-preżenza ta’: Vollkswagen AG

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent, li għandha locus standi in judicio konformement mad-dritt nazzjonali, ma tkunx tista’ tikkontesta quddiem qorti nazzjonali deċiżjoni amministrattiva li tagħti jew li temenda approvazzjoni tat-tip tal-KE li tista’ tkun kontra l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (EUR 5 u EUR 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

    2)

    L-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li tagħmir ta’ manipulazzjoni ma jistax jiġi ġġustifikat, skont din id-dispożizzjoni, ħlief bil-kundizzjoni li jiġi stabbilit li dan it-tagħmir jissodisfa strettament il-bżonn li jiġu evitati r-riskji immedjati ta’ ħsara jew ta’ inċident tal-magna, ikkawżati minn nuqqas ta’ funzjonament ta’ komponent tas-sistema ta’ riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost, ta’ gravità tali li joħolqu perikolu konkret matul is-sewqan tal-vettura mgħammra bl-imsemmi tagħmir. Minbarra dan, il-“bżonn” ta’ tagħmir ta’ manipulazzjoni, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jeżisti biss meta, fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ dan it-tagħmir jew tal-vettura li hija mgħammra bih, ebda soluzzjoni teknika oħra ma tippermetti li jiġu evitati riskji immedjati ta’ ħsara jew ta’ inċident tal-magna li jiġġeneraw perikolu konkret matul is-sewqan tal-vettura.


    (1)  ĠU C 87, 16.3.2020.


    Top