EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0217

Kawża C-217/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale ordinario di Bologna (l-Italja) fl-24 ta’ Marzu 2022 – OV vs Ministero dell’Interno – Unità Dublino

ĠU C 222, 7.6.2022, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 222, 7.6.2022, p. 20–20 (GA)

7.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale ordinario di Bologna (l-Italja) fl-24 ta’ Marzu 2022 – OV vs Ministero dell’Interno – Unità Dublino

(Kawża C-217/22)

(2022/C 222/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Bologna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OV

Konvenut: Ministero dell’Interno – Unità Dublino

Domanda preliminari

L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1), fid-dawl ukoll tad-dritt għal rimedju effettiv stabbilit mill-Artikolu 27 tal-istess regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rikorrent li, quddiem l-awtorità ġudizzjarja tal-Istat rikjedenti, ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni ta’ trasferiment meħud mill-Unità “Dublin” ta’ dan l-aħħar Stat fil-kuntest ta’ proċedura ta’ teħid lura skont l-Artikolu 18(1)(b), għandu d-dritt li jsostni l-ksur mill-Istat rikjest tal-obbligu tal-informazzjoni previst fl-Artikolu 4 jew tal-obbligu li tiġi organizzata intervista personali mal-applikant skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament u, jekk fl-affermattiv, x’inhi r-rilevanza li tali ksur għandu jkollu?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.


Top