This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0780
Case T-780/21: Action brought on 14 December 2021 — Lila Rossa Engros v EUIPO (LiLAC)
Kawża T-780/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Lila Rossa Engros vs EUIPO (LiLAC)
Kawża T-780/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Lila Rossa Engros vs EUIPO (LiLAC)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 14–14
(GA)
|
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/40 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Lila Rossa Engros vs EUIPO (LiLAC)
(Kawża T-780/21)
(2022/C 95/56)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Lila Rossa Engros SRL (Voluntari, ir-Rumanija) (rappreżentant: O. Anghel, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LiLAC ta’ kulur iswed – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 243 487
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 441/2021-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tilqa’ dan ir-rikors; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 18 243 487 LiLAC għall-prodotti u għas-servizzi kollha mitluba; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Applikazzjoni żbaljata tal-kriterji għall-analiżi tar-raġunijiet assoluti għal rifjut stabbiliti mill-ġurisprudenza. |