Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0723

Kawża T-723/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – Rooken et vs Il-Parlament (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membri tal-Parlament – Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 95, 28.2.2022, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 13–13 (GA)

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – Rooken et vs Il-Parlament

(Kawża T-723/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membri tal-Parlament - Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 95/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Jan Rooken (Muiderberg, il-Pajjiżi l-Baxxi) u t-8 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru f’anness mad-digriet (rappreżentanti: P. de Bandt, M. Gherghinaru, u L. Panepinto, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u A.-M. Dumbrăvan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2021 dwr regoli eċċezzjonali fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà li jirregolaw l-aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-15 ta’ Novembru 2021, Rooken et vs Il-Parlament (T-723/21 R), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top