This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TB0722
Case T-722/21 R: Order of the President of the General Court of 8 December 2021 — D’Amato and Others v Parliament (Application for interim measures — Members of Parliament — Conditions of access to the Parliament’s buildings at its three places of work in connection with the health crisis — Application for suspension of operation of a measure — No urgency)
Kawża T-722/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – D’Amato et vs Il-Parlament (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membri tal-Parlament – Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)
Kawża T-722/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – D’Amato et vs Il-Parlament (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membri tal-Parlament – Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)
ĠU C 95, 28.2.2022, pp. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 13–13
(GA)
|
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/37 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – D’Amato et vs Il-Parlament
(Kawża T-722/21 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membri tal-Parlament - Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2022/C 95/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Rosa D’Amato (Tarente, l-Italja), Claude Gruffat (Mulsans, Franza), Damien Carême (Argenteuil, Franza), Benoît Biteau (Sablonceaux, Franza) (rappreżentanti: P. de Bandt, M. Gherghinaru, u L. Panepinto, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u A.-M. Dumbrăvan, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2021 dwr regoli eċċezzjonali fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà li jirregolaw l-aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
Id-digriet tal-15 ta’ Novembru 2021, D’Amato et vs Il-Parlament (T-722/21 R), huwa rrevokat. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |