This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TA0195
Case T-195/21: Judgment of the General Court of 21 December 2021 — Klymenko v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures taken in view of the situation in Ukraine — Freezing of funds — List of the persons, entities and bodies covered by the freezing of funds and economic resources — Maintenance of the applicant’s name on the list — Council’s obligation to verify that the decision of an authority of a third State was taken in accordance with the rights of defence and the right to effective judicial protection)
Kawża T-195/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)
Kawża T-195/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 12–12
(GA)
|
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-195/21) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)
(2022/C 95/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moscou, ir-Russja) (rappreżentant: M. Phelippeau, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2021, L 77, p. 29), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2021, L 77, p. 2), sa fejn dawn l-atti jżommu l-isem tar-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina huma annullati sa fejn isem Oleksandr Viktorovych Klymenko nżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi. |
|
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |