EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0544

Kawża C-544/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Mainz (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – ID vs Stadt Mainz

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Mainz (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – ID vs Stadt Mainz

(Kawża C-544/21)

(2022/C 2/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Mainz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ID

Konvenut: Stadt Mainz

Domandi preliminari

1)

Mid-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mill-Artikolu 4(3) [TUE], mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u mill-Artikolu 260(1) TFUE jirriżulta li l-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (iktar ’il quddiem id-“Direttiva ‘servizzi’”) għandu effett dirett fi proċedura ġudizzjarja fis-seħħ bejn individwi, fis-sens li d-dispożizzjonijiet nazzjonali kuntrarji għal din id-direttiva, li jinsabu fl-Artikolu 4 tal-Verordnung über die Honorare für Architekten – und Ingenieurleistungen (ir-Regolament dwar l-Onorarji Dovuti għas-Servizzi ta’ Periti u ta’ Inġiniera) tal-1996, fil-verżjoni tiegħu tal-2002 (iktar ’il quddiem l-“HOAI 2002”) li skont dawn l-ammonti ta’ onorarji minimi stabbiliti f’din l-iskala għas-servizzi ta’ ppjanar u ta’ sorveljanza tal-periti u tal-inġiniera huma vinkolanti – minbarra fil-każ ta’ ċerti eċċezzjonijiet – u fejn ftehim dwar l-onorarji inferjuri għall-ammonti minimi fil-kuntratti ma’ periti jew inġiniera huwa invalidu, ma għandhomx jiġu iktar applikati, anki meta d-drittijiet inkwistjoni jirriżultaw minn kuntratt ta’ perit li kien ġie konkluż fl-2004, jiġifieri qabel l-adozzjoni tad-Direttiva “servizzi”?

2)

Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta fin-negattiv:

a)

L-Artikolu 49 TFUE (ex Artikolu 43 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 4 tal-HOAI 2002, li skont din l-ammonti ta’ onorarji minimi stabbiliti f’din l-iskala għas-servizzi ta’ ppjanar u ta’ sorveljanza tal-periti u tal-inġiniera huma vinkolanti – minbarra fil-każ ta’ ċerti eċċezzjonijiet – u fejn ftehim dwar l-onorarji inferjuri għall-ammonti minimi fil-kuntratti ma’ periti jew inġiniera huwa invalidu, jiġifieri fis-sens li tali dispożizzjoni nazzjonali tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 49 TFUE (ex Artikolu 43 KE)?

b)

Jekk id-domanda preċedenti teħtieġ risposta fl-affermattiv: minn dan il-ksur jirriżulta li, fi proċedura ġudizzjarja fis-seħħ bejn individwi, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ammonti minimi vinkolanti (f’dan il-każ, l-Artikolu 4 tal-HOAI 2002) ma għandhomx iktar jiġu applikati?


(1)  ĠU 2006, L 376, p. 36.


Top