EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0639

Kawża T-639/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – CB vs EUIPO – China Construction Bank (CCB)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/38


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – CB vs EUIPO – China Construction Bank (CCB)

(Kawża T-639/21)

(2021/C 481/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Groupement des cartes bancaires (CB) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Herissay-Ducamp, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: China Construction Bank Corp. (Beijing, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “CCB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 359 609

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1305/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Nru 13 359 609;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top