This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0560
Case T-560/21: Action brought on 2 September 2021 — TB v ENISA
Kawża T-560/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2021 – TB vs ENISA
Kawża T-560/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2021 – TB vs ENISA
ĠU C 481, 29.11.2021, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 481/30 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2021 – TB vs ENISA
(Kawża T-560/21)
(2021/C 481/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: TB (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla tal-ENISA sabiex ma tqegħidx isem ir-rikorrenti fil-lista tal-kandidati li għaddew għall-pożizzjoni kariga ta’ Kap ta’ Diviżjoni tal-Uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv (TA/AD 9) – Ref. ENISA-TA-70-AD-2020-04; |
— |
tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla tal-ENISA sabiex ma tqegħidx isem ir-rikorrenti fil-lista tal-kandidati li għaddew għall-pożizzjoni kariga ta’ Kap ta’ Diviżjoni tas-Servizzi ta’ Sostenn għall-Impriżi (TA/AD 9) – Ref. ENISA-TA-71-AD-2020-05; |
— |
tannulla wkoll, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-konvenuta tat-8 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjonijiet fuq imsemmija; |
— |
tordna l-kumpens tad-danni morali sostnuti mir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv (EDO) u tas-Servizzi ta’ Sostenn għall-Impriżi (CSS) huma illegali, sa fejn jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-5 ta’ Awwissu 2020 li tippubblika żewġ avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti għall-karigi ta’ Kap ta’ Diviżjoni EDO u ta’ Kap ta’ Diviżjoni CSS li huwa wkoll hija illegali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjonijiet EDO u CSS. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni EDO hija vvizzjata minn nuqqas ta’ imparzjalità tal-Bord tal-Għażla u minn illegalità – ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ksur tal-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-ENISA MB/2013/6. |