EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0397

Kawża T-397/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Allergan Holdings France vs EUIPO – Dermavita Company (JUVEDERM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVEDERM – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Allergan Holdings France vs EUIPO – Dermavita Company (JUVEDERM)

(Kawża T-397/20) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVEDERM - Użu ġenwin tat-trade mark - Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

(2021/C 481/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert u V. J. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2020 (Każ R 877/2019-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Allergan Holdings France SAS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) kif ukoll iż-żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Dermavita Company S.a.r.l. relatati ma’ din il-proċedura.

4)

Dermavita Company S.a.r.l. għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha relatati ma’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020


Top