EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0254

Kawża T-254/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Kondyterska korporatsiia “Roshen” vs EUIPO – Krasnyj Octyabr (Rappreżentazzjoni ta’ awwista) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta awwista – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l – Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Dritt għal smigħ – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Kondyterska korporatsiia “Roshen” vs EUIPO – Krasnyj Octyabr (Rappreżentazzjoni ta’ awwista)

(Kawża T-254/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta awwista - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l – Artikolu 7(1)(b) tar – Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Dritt għal smigħ - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 481/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: I. Lukauskienė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AO Moscow Confectionery Factory “Krasnyj Octyabr” (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Geitz u J. Stock, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1916/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” u PAO Moscow Confectionery Factory “Krasnyj Octyabr”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


Top