Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0572

    Kawża C-572/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis-16 ta’ Settembru 2021 – CC vs VO

    ĠU C 481, 29.11.2021, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 481/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis-16 ta’ Settembru 2021 – CC vs VO

    (Kawża C-572/21)

    (2021/C 481/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Högsta domstolen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: CC

    Konvenut: VO

    Domanda preliminari

    Qorti ta’ Stat Membru żżomm il-ġurisdizzjoni tagħha abbażi tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1) jekk il-wild ikkonċernat mill-proċedura jittrasferixxi fil-mori tal-kawża r-residenza abitwali tiegħu minn Stat Membru lejn Stat terz li huwa parti għall-Konvenzjoni Den Haag tal-1996 (ara l-Artikolu 61 tal-imsemmi regolament)?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


    Top