EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0285

Kawża C-285/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru°883/2004 – Artikolu 65(2) u (5) – Kamp ta’ applikazzjoni – Ħaddiem f’qgħad sħiħ – Benefiċċji tal-qgħad – Ħaddiem li jirrisjedi u jeżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti – Trasferiment tar-residenza tiegħu fi Stat Membru ieħor – Persuna li effettivament ma teżerċitax attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti qabel ma tkun f’qgħad sħiħ – Persuna li waqfet mix-xogħol minħabba mard u li, fuq din il-bażi, tirċievi benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti – Eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata – Sitwazzjonijiet legali paragunabbli”)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

(Kawża C-285/20) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nruo883/2004 - Artikolu 65(2) u (5) - Kamp ta’ applikazzjoni - Ħaddiem f’qgħad sħiħ - Benefiċċji tal-qgħad - Ħaddiem li jirrisjedi u jeżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti - Trasferiment tar-residenza tiegħu fi Stat Membru ieħor - Persuna li effettivament ma teżerċitax attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti qabel ma tkun f’qgħad sħiħ - Persuna li waqfet mix-xogħol minħabba mard u li, fuq din il-bażi, tirċievi benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti - Eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata - Sitwazzjonijiet legali paragunabbli”)

(2021/C 481/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni li fiha, qabel ma kienet f’qgħad sħiħ, il-persuna kkonċernata kienet tirrisjedi fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti u ma kinitx effettivament teżerċita attività bħala persuna impjegata, iżda kienet waqfet mix-xogħol minħabba mard u kienet tirċievi, fuq din il-bażi, benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti, bil-kundizzjoni, madankollu, li skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti, l-intitolament għal tali benefiċċji jkun assimilat għall-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata.

2)

L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat mir-Regolament Nru 465/2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet, b’mod partikolari ta’ natura familjari, li għalihom il-persuna kkonċernata ttrasferixxiet ir-residenza tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 313, 21.9.2020.


Top