EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne

Retour vers la page d'accueil d'EUR-Lex

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62020CA0186

Kawża C-186/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – HYDINA SK s.r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni amministrattiva u ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Regolament (UE) Nru 904/2010 – Artikoli 10 sa 12 – Skambju ta’ informazzjoni – Kontroll fiskali – Termini – Sospensjoni tal-proċedura ta’ verifika fiskali fil-każ ta’ skambju ta’ informazzjoni – Qbiż tat-terminu impost għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni – Effett fuq il-legalità tas-sospensjoni tal-proċedura ta’ verifika fiskali)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – HYDINA SK s.r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

(Kawża C-186/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni amministrattiva u ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Regolament (UE) Nru 904/2010 - Artikoli 10 sa 12 - Skambju ta’ informazzjoni - Kontroll fiskali - Termini - Sospensjoni tal-proċedura ta’ verifika fiskali fil-każ ta’ skambju ta’ informazzjoni - Qbiż tat-terminu impost għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni - Effett fuq il-legalità tas-sospensjoni tal-proċedura ta’ verifika fiskali)

(2021/C 481/17)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HYDINA SK s.r.o.

Konvenut: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, moqri fid-dawl tal-premessa 25 ta’ dan tal-aħħar, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprevedix termini li l-iskadenza tagħhom tista’ taffettwa l-legalità tas-sospensjoni ta’ verifika fiskali prevista mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti fl-istennija tal-komunikazzjoni, mill-Istat Membru rikjest, tal-informazzjoni mitluba fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni amministrattiva stabbilit minn dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 222, 06.07.2020.


Haut