EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0055

Kawża C-55/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Prosegur Compañía de Seguridad SA vs Il-Kumissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Prosegur Compañía de Seguridad SA vs Il-Kumissjoni Ewropea

(Kawża C-55/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

(2021/C 481/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Prosegur Compañía de Seguridad SA (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Prosegur Compañía de Seguridad SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


Top