EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CG0001

Opinjoni 1/19: Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Il-Parlament Ewropew (Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE – Konvenzjoni dwar il Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) – Iffirmar mill-Unjoni Ewropea – Abbozz dwar il-konklużjoni mill-Unjoni – Kunċett ta’ “ftehim maħsub”, fis-sens tal-Artikolu 218(11) TFUE – Kompetenzi esterni tal-Unjoni – Bażi legali sostantiva – Artikolu 78(2) TFUE – Artikolu 82(2) TFUE – Artikolu 83(1) TFUE – Artikolu 84 TFUE – Artikolu 336 TFUE – Artikoli 1 sa 4a tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Parteċipazzjoni parzjali mill-Irlanda fil-konklużjoni mill-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul – Possibbiltà li l-att dwar il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali jinqasam f’żewġ deċiżjonijiet distinti skont il-bażijiet legali applikabbli – Prassi ta’ “qbil komuni” – Kompatibbiltà mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/2


Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Il-Parlament Ewropew

(Opinjoni 1/19) (1)

(Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE - Konvenzjoni dwar il Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) - Iffirmar mill-Unjoni Ewropea - Abbozz dwar il-konklużjoni mill-Unjoni - Kunċett ta’ “ftehim maħsub”, fis-sens tal-Artikolu 218(11) TFUE - Kompetenzi esterni tal-Unjoni - Bażi legali sostantiva - Artikolu 78(2) TFUE - Artikolu 82(2) TFUE - Artikolu 83(1) TFUE - Artikolu 84 TFUE - Artikolu 336 TFUE - Artikoli 1 sa 4a tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Parteċipazzjoni parzjali mill-Irlanda fil-konklużjoni mill-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul - Possibbiltà li l-att dwar il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali jinqasam f’żewġ deċiżjonijiet distinti skont il-bażijiet legali applikabbli - Prassi ta’ “qbil komuni” - Kompatibbiltà mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE)

(2021/C 481/02)

Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin, A. Neergaard u O. Hrstková Šolcová, aġenti)

Dispożittiv

1)

Bla ħsara għall-osservanza sħiħa, f’kull mument, tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 218(2), (6) u (8) TFUE, it-Trattati ma jipprekludux lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jkun qiegħed jaġixxi b’mod konformi mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, milli jistenna, qabel ma jadotta d-deċiżjoni dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropea dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), il-“qbil komuni” min-naħa tal-Istati Membri li jkunu marbuta b’din il-konvenzjoni fl-oqsma tagħha li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom. Għall-kuntrarju, it-Trattati jipprekludu lill-Kunsill milli jżid stadju addizzjonali mal-proċedura ta’ konklużjoni prevista f’dan l-artikolu billi jissuġġetta l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-imsemmija konvenzjoni għall-konstatazzjoni minn qabel ta’ tali “qbil komuni”.

2)

Il-bażi legali sostantiva xierqa għall-adozzjoni tal-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Unjoni tal-parti tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul li hija s-suġġett tal-ftehim maħsub, fis-sens tal-Artikolu 218(11) TFUE, hija komposta mill-Artikolu 78(2) TFUE, mill-Artikolu 82(2) TFUE, kif ukoll mill-Artikoli 84 TFUE u 336 TFUE.

3)

Il-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE u l-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE jiġġustifikaw li l-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Unjoni tal-parti tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul li hija s-suġġett tal-ftehim maħsub jinqasam f’żewġ deċiżjonijiet distinti u dan biss sa fejn tali qsim ikun intiż li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Irlanda jew ir-Renju tad-Danimarka ma jipparteċipawx fil-miżuri meħuda fil-kuntest tal-konklużjoni ta’ dan il-ftehim li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-protokolli, meqjusa fl-intier tagħhom.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


Top