EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0487

Kawża T-487/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — CU vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU C 295, 2.9.2019, p. 81–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/81


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — CU vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T-487/19)

(2019/C 295/107)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CU (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2018 dwar it-tnaqqis tal-fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tar-rikorrent wara l-promozzjoni tiegħu għall-grad AD 14 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2018;

tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), moqri flimkien mal-Artikolu 7(7) tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt kweżit tar-rikorrent għaż-żieda bil-fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tiegħu li tikkorrispondi għall-valur tal-avvanz awtomatiku fl-iskala.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur, mid-deċiżjoni kkontestata, tad-dritt fundamentali għall-ugwaljanza fit-trattament u għall-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn żewġ uffiċjali b’merti u anzjanità ekwivalenti li ġew promossi fl-istess jum huma ttrattati b’mod differenti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrent li l-valur tal-avvanz fl-iskala tiegħu, akkwistat b’mod awtomatiku, jinżamm wara l-promozzjoni ulterjuri tiegħu, għar-raġuni li t-tnaqqis tal-fattur ta’ multiplikazzjoni seħħ għaxar xhur wara l-att inizjali.


Top