Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0046

    Kawża C-46/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Bremen – il-Ġermanja) – Hubertus John vs Freie Hansestadt Bremen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat — Il-punt 1 tal-klawżola 5 — Miżuri intiżi għall-prevenzjoni mill-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 6(1) — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni skont l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-posponiment tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol stabbilita fl-età normali tal-irtirar minħabba l-ksib, mill-ħaddiem, tad-dritt għall-pensjoni tal-irtirar)

    ĠU C 142, 23.4.2018, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Bremen – il-Ġermanja) – Hubertus John vs Freie Hansestadt Bremen

    (Kawża C-46/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-klawżola 5 - Miżuri intiżi għall-prevenzjoni mill-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 6(1) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni skont l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-posponiment tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol stabbilita fl-età normali tal-irtirar minħabba l-ksib, mill-ħaddiem, tad-dritt għall-pensjoni tal-irtirar))

    (2018/C 142/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesarbeitsgericht Bremen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Hubertus John

    Konvenuta: Freie Hansestadt Bremen

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li tissuġġetta il-posponiment tad-data ta’ tmiem tal-attività tal-ħaddiema li jkunu laħqu l-età legali sabiex jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar ma’ ftehim tal-persuna li timpjega mogħti għal perijodu determinat.

    2)

    Il-punt 1 tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li tippermetti lill-partijiet f’kuntratt ta’ xogħol jipposponu, bi ftehim komuni matul ir-relazzjoni ta’ impjieg, mingħajr limitu fiż-żmien u mingħajr ebda kundizzjoni oħra, u possibbilment diversi drabi, id-data tat-tmiem miftiehma marbuta ma’ meta tintlaħaq l-età normali tal-irtirar, u dan għas-sempliċi raġuni li, malli jilħaq l-età normali tal-irtirar, il-ħaddiem ikollu dritt għall-pensjoni tal-irtirar.


    (1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


    Top