This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017AE4449
Opinion of the European Economic and Social Committee on the ‘Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on rail transport statistics’ [COM(2017) 353 final — 2017/0146 (COD)]
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija” [COM(2017) 353 final — 2017/0146/(COD)]
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija” [COM(2017) 353 final — 2017/0146/(COD)]
ĠU C 129, 11.4.2018, p. 75–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/75 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija”
[COM(2017) 353 final — 2017/0146/(COD)]
(2018/C 129/12)
Relatur uniku: |
Raymond HENCKS |
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 4.8.2017 |
Bażi legali |
Artikoli 91 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Kummissjoni kompetenti |
Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
Adottata fis-sezzjoni |
22.11.2017 |
Adottata fis-sessjoni plenarja |
6.12.2017 |
Sessjoni plenarja Nru |
530 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
158/0/1 |
1. Sommarju u Konklużjonijiet
1.1. |
Il-Kummissjoni tuża l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija biex jiġi valutat l-impatt tal-azzjonijiet komunitarji fil-qasam ferrovjarju u tappoġġja, skont il-każ, it-tħejjija ta’ azzjonijiet ġodda. |
1.2. |
Statistiċi bħal dawn ilhom jiġu stabbiliti, qabelxejn parzjalment u b’mod mhux wisq dettaljata, sa mill-1980 (1). Fl-2003, att legali ġdid, f’dan il-każ ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 (magħruf bħala att li joriġina) introduċa bidliet u żidiet sostantivi. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jibagħtu statistiċi, annwali, ta’ kull tliet xhur jew ta’ kull ħames snin, dwar il-prestazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri, abbażi ta’ indikaturi speċifiċi. |
1.3. |
Sadanittant, dak l-att oriġinali ġie emendat u supplimentat mir-Regolamenti (KE) Nru 1192/2003, (KE) Nru 219/2009 u (UE) 2016/2032, b’tali mod li għadd kbir ta’ dispożizzjonijiet huma mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. |
1.4. |
Il-Kummissjoni kkuntentat ruħha li tipproċedi għal sempliċi “kodifikazzjoni”, billi tintegra l-kontenut tad-diversi Regolamenti preċedenti f’sett armonizzat u koerenti u mingħajr ma tbiddel il-kontenut, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 5 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 li jagħti lill-Kummissjoni d-dritt li tadatta minn jeddha l-Annessi għar-Regolament imsemmi hawn fuq fir-rigward ta’ elementi mhux essenzjali. |
1.5. |
F’konformità mal-objettiv ta’ idoneità regolatorja (REFIT), il-KESE japprova l-inizjattiva tal-Kummissjoni, iżda jistaqsi jekk l-istatistika inkwistjoni ma tistax tiġi ttrattata aħjar, u tkun tagħmel parti minn data oħra fil-qasam miġbura mill-Eurostat. |
Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2017.
President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS
(1) Direttiva 80/1177/KEE.