Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0033

Kawża C-33/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – kawża mressqa minn A Oy Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 148(d) — Eżenzjoni — Provvista ta’ servizzi mwettqa għall-bżonnijiet diretti tal-bastimenti użati għan-navigazzjoni fl-ibħra miftuħa u tal-merkanzija tagħhom — Tagħbija ta’ merkanzija mwettqa minn subappaltatur f’isem intermedjarju

ĠU C 213, 3.7.2017, pp. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – kawża mressqa minn A Oy

(Kawża C-33/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 148(d) - Eżenzjoni - Provvista ta’ servizzi mwettqa għall-bżonnijiet diretti tal-bastimenti użati għan-navigazzjoni fl-ibħra miftuħa u tal-merkanzija tagħhom - Tagħbija ta’ merkanzija mwettqa minn subappaltatur f’isem intermedjarju)

(2017/C 213/13)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A Oy

Fil-preżenza ta’: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 148(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi ta’ tagħbija ta’ merkanzija fuq jew lejn bastiment jew li tinħatt minnu huma servizzi mwettqa għall-bżonnijiet diretti tal-merkanzija tal-bastimenti li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 148(a) ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 148(d) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, jistgħu jiġu eżentati mhux biss is-servizzi li jirrigwardaw it-twettiq ta’ tagħbija ta’ merkanzija fuq jew minn bastiment li jaqa’ taħt l-Artikolu 148(a) ta’ din id-direttiva li jseħħu fl-istadju finali ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ tali servizz, iżda wkoll is-servizzi mwettqa fi stadju preċedenti, bħal servizz ipprovdut minn subappaltatur lil operatur ekonomiku li jiffatturah sussegwentement lil impriża ta’ tranżitu jew lil impriża ta’ trasport, u, min-naħa l-oħra, jistgħu jiġu eżentati wkoll is-servizzi ta’ tagħbija ta’ merkanzija pprovduti lill-possessur ta’ din il-merkanzija, bħall-esportatur jew l-importatur tagħha.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


Top