Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0803

    Kawża T-803/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2016 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX)

    ĠU C 22, 23.1.2017, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 22/46


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2016 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX)

    (Kawża T-803/16)

    (2017/C 022/62)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Baran, S. Wickenden, Barristers, R. Jacob, E. Morris, Solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Celon Pharma S.A. (Łomianki, il-Polonja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kuluri kannella ċar/kafé u abjad li tinkludi l-element verbali “SALMEX” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 849 191

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, ta31 ta’ Awwissu 2016, fil-Każ R 2108/2015-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi meta adotta deċiżjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn, fl-ewwel lok, qies b’mod żbaljat li l-użu ġenwin tat-trade mark Franċiża mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma kienx forma aċċettabbli ta’ użu skont l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u, fit-tieni lok, qies b’mod żbaljat li l-użu ġenwin tat-trade mark Franċiża mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma kienx użu tat-trade mark Franċiża relatat mal-prodotti “inalaturi”.


    Top