EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0394

Kawża C-394/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2016 – FMS Wertmanagement AöR vs Heta Asset Resolution AG

ĠU C 419, 14.11.2016, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2016 – FMS Wertmanagement AöR vs Heta Asset Resolution AG

(Kawża C-394/16)

(2016/C 419/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FMS Wertmanagement AöR

Konvenuta: Heta Asset Resolution AG

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u l-punti 2 u 23 tal-Artikolu 2(1) tagħha, moqrija flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-direttiva tinkludi wkoll, fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, entità ta’ stralċ (kumpannija ta’ stralċ) li, waqt id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/59/UE, fit-2 ta’ Lulju 2014, kienet għadha istituzzjoni ta’ kreditu fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (istituzzjoni CRR), iżda madankollu tilfet din il-karatteristika qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni fid-dritt intern tad-Direttiva 2014/59/UE stabbilit għall-31 ta’ Diċembru 2014, u li ma għadx għandha awtorizzazzjoni bankarja sabiex twettaq tranżazzjonijiet bankarji, iżda għandha awtorizzazzjoni legali sabiex teżerċità attività (bankarja) għall-iskop biss li tillikwida l-portafoll tagħha?

2)

Id-Direttiva 2014/59/UE u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2)(b) tagħha u l-Artikolu 37(6) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li miżura li tikkorrispondi mal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna tal-Artikolu 43 tad-Direttiva 2014/59/UE taqa’ wkoll taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tagħha meta hija implementata abbażi ta’ dispożizzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti f’sitwazzjoni li ma toffrix iktar perspettiva realistika li tiġi stabbilita mill-ġdid il-vijabbiltà tal-entità ta’ stralċ, li kienet diġà biegħet il-komponenti tal-impriża li l-attivitajiet tagħha kellhom jitkomplew wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/59/UE, fit-2 ta’ Lulju 2014, iżda qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni stabbilit għall-31 ta’ Diċembru 2014, meta s-servizzi sistematikament importanti tagħha ma humiex ittrasferiti lil istituzzjoni tranżitorja u meta ebda parti oħra tal-intrapriża tal-istituzzjoni ma hija iktar assenjata jew ittrasferita, iżda fejn din l-entità ta’ stralċ isservi esklużivament sabiex jiġu amministrati l-assi, drittijiet u obbligazzzjonijiet bl-għan ta’ twettiq ordnat, attiv u l-aħjar possibbli ta’ kull wieħed minn dawn l- assi, drittijiet u obbligazzjonijiet differenti (sabiex tillikwida l-portafoll tagħha)?

3)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (3) (fil-verżjoni tal-Artikolu 117 tad-Direttiva 2014/59/UE) għandu jiġi interpretat fis-sens li tnaqqis mill-obbligazzjonijiet ta’ entità ta’ stralċ impost minn awtorità amministattiva tal-Istat Membru ta’ oriġini ta’ entità ta’ stralċ li jikkonċerna obbligazzjonijiet meħuda minn din l-entità, li huma suġġetti għal dritt nazzjonali ieħor, kif ukoll it-tnaqqis tar-rata ta’ interessi u l-posponiment ta’ obbligazzjonijiet fl-Istat Membru li d-dritt tiegħu japplika għall-obbligazzjonijiet u li fih il-kreditur ikkonċernat għandu s-sede tiegħu, jipproduċu l-effetti assoluti tagħhom mingħajr ebda formalità oħra, jew dan jimplika li l-entità ta’ stralċ (kumpannija ta’ stralċ) taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva 2014/59/UE (skont l-ewwel domanda preliminari) u li l-miżura imposta taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2014/59/UE?

L-espressjoni “jiġu prodotti l-effetti assoluti mingħajr ebda formalità oħra” tfisser li l-qorti ta’ Stat Membru, li għandha tagħti deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-miżuri adottati skont id-dritt tal-Istat Membru ta’ oriġini fil-kuntest tad-dritt applikabbili għall-obbligazzjonijiet, ma għandhiex setgħa ta’ stħarriġ fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżuri ċċitati iktar ’il fuq mad-Direttiva 2014/59/UE?


(1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 173 tat-12 ta’ Ġunju 2014, p. 190.

(2)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176 tas-27 ta’ Ġunju 2013, p. 1.

(3)  Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ April 2001, fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15.


Top