This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0221
Case C-221/15: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 21 September 2016 (request for a preliminary ruling from the Hof van beroep te Brussel — Belgium) — Criminal proceedings against Etablissements Fr. Colruyt NV (Reference for a preliminary ruling — Directive 2011/64/EU — Article 15(1) — Free determination, by the manufacturers and importers, of the maximum retail selling prices of manufactured tobacco products — National regulation prohibiting the sale of such products by retailers at prices lower than those indicated on the revenue stamp — Free movement of goods — Article 34 TFEU — Selling arrangements — Article 101 TFEU, read in conjunction with Article 4(3) TEU)
Kawża C-221/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – Il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra Etablissements Fr. Colruyt NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2011/64/UE — Artikolu 15(1) — Determinazzjoni libera, mill-produtturi u l-importaturi, tal-prezzijiet massimi tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tat-tabakk immanifatturat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ tali prodotti mill-bejjiegħa bl-imnut bi prezzijiet iktar baxxi minn dawk indikati fuq il-bolla fiskali — Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE — Modalitajiet tal-bejgħ — Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE)

ĠU C 419, 14.11.2016, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – Il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra Etablissements Fr. Colruyt NV
(Kawża C-221/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/64/UE - Artikolu 15(1) - Determinazzjoni libera, mill-produtturi u l-importaturi, tal-prezzijiet massimi tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tat-tabakk immanifatturat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ tali prodotti mill-bejjiegħa bl-imnut bi prezzijiet iktar baxxi minn dawk indikati fuq il-bolla fiskali - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Modalitajiet tal-bejgħ - Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE))
(2016/C 419/23)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Etablissements Fr. Colruyt NV
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut milli jbigħu prodotti tat-tabakk bi prezz unitarju iktar baxx mill-prezz tal-bejgħ bl-imnut li l-produttur jew l-importatur ikun indika fuq il-bolla fiskali mwaħħla fuq dawn il-prodotti, sa fejn dan il-prezz ikun ġie liberament stabbilit mill-produttur jew l-importatur. |
2) |
L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut milli jbigħu prodotti tat-tabakk bi prezz unitarju iktar baxx mill-prezz li l-produttur jew l-importatur ikun indika fuq il-bolla fiskali mwaħħla fuq dawn il-prodotti, sa fejn dan il-prezz ikun ġie liberament stabbilit mill-importatur. |
3) |
L-Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut milli jbigħu prodotti tat-tabakk bi pezz unitarju iktar baxx mill-prezz li l-produttur jew l-importatur ikun indika fuq il-bolla fiskali mwaħħla fuq dawn il-prodotti. |