Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0184

    Kawżi magħquda C-184/15 u C-197/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Florentina Martínez Andrés vs Servicio Vasco de Salud (C-184/15), Juan Carlos Castrejana López vs Ayuntamiento de Vitoria (C-197/15) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Klawżoli 5 u 8 — Użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi — Miżuri intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv tal-kuntratti ta’ xogħol jew tar-relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi — Sanzjonijiet — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat għal “kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti” — Prinċipju ta’ effettività

    ĠU C 419, 14.11.2016, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 419/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Florentina Martínez Andrés vs Servicio Vasco de Salud (C-184/15), Juan Carlos Castrejana López vs Ayuntamiento de Vitoria (C-197/15)

    (Kawżi magħquda C-184/15 u C-197/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżoli 5 u 8 - Użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Miżuri intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv tal-kuntratti ta’ xogħol jew tar-relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi - Sanzjonijiet - Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat għal “kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti” - Prinċipju ta’ effettività)

    (2016/C 419/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Florentina Martínez Andrés (C-184/15), Juan Carlos Castrejana López (C-197/15)

    Konvenuti: Servicio Vasco de Salud (C-184/15), Ayuntamiento de Vitoria (C-197/15)

    Dispożittiv

    1)

    Il-punt 1 tal-Klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [għal żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tiġi applikata mill-qrati nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat sabiex, fil-każ ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi, jingħata d-dritt li tinżamm ir-relazzjoni ta’ impjieg lill-persuni impjegati mill-amministrazzjoni permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol suġġett għar-regoli tad-dritt tax-xogħol, iżda li dan id-dritt ma jiġix rikonoxxut, b’mod ġenerali, għall-persunal impjegat minn din l-amministrazzjoni taħt id-dritt amministrattiv, sakemm ma jkunx hemm miżura oħra effikaċi fl-ordinament ġuridiku nazzjonali sabiex tissanzjona tali abbużi fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan.

    2)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim qafas, dwar xogħol għal terminu fiss [għal żmien determinat], li jinsab fl-Aness tad-Direttiva 1999/70, moqrija flimkien mal-prinċipju ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regoli proċedurali nazzjonali li jobbligaw lill-ħaddiem għal żmien determinat li jressaq azzjoni ġdida għad-determinazzjoni tas-sanzjoni xierqa meta jkun ġie kkonstatat minn awtorità ġudizzjarja użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi, sa fejn jirriżultaw minnu għal dan il-ħaddiem inkonvenjenti proċedurali, f’termini, b’mod partikolari, tal-ispejjeż, tat-tul u tar-regoli ta’ rappreżentanza, tali li jrendu eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lilu mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.


    (1)  ĠU C 236, 20.7.2015


    Top