EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0518

Kawża C-518/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht – il-Ġermanja) – Senatex GmbH vs Finanzamt Hannover-Nord (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112KE — Artikoli 167, 178(a), 179 u 226(3) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Ħruġ ta’ fatturi mingħajr numru fiskali u lanqas numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi r-rettifika ex tunc ta’ fattura)

ĠU C 419, 14.11.2016, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht – il-Ġermanja) – Senatex GmbH vs Finanzamt Hannover-Nord

(Kawża C-518/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112KE - Artikoli 167, 178(a), 179 u 226(3) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Ħruġ ta’ fatturi mingħajr numru fiskali u lanqas numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi r-rettifika ex tunc ta’ fattura))

(2016/C 419/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Niedersächsisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Senatex GmbH

Konvenut: Finanzamt Hannover-Nord

Dispożittiv

L-Artikolu 167, l-Artikolu 178(a), l-Artikolu 179 u l-Artikolu 226(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha r-rettifika ta’ fattura li teħtieġ kontenut obbligatorju, jiġifieri n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ma tipproduċix effett retroattiv, b’tali mod li d-dritt għal tnaqqis ta’ din it-taxxa eżerċitat fir-rigward tal-fattura rrettifikata jirrigwarda mhux is-sena li fiha din il-fattura kienet inizjalment stabbilita, iżda s-sena li fiha ġiet irrettifikata.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015.


Top