Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0298

    Kawża C-298/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (Ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Teodor Ispas, Anduța Ispas vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj

    ĠU C 314, 29.8.2016, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 314/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (Ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Teodor Ispas, Anduța Ispas vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj

    (Kawża C-298/16)

    (2016/C 314/16)

    Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Cluj (qorti tal-appell ta’ Cluj)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Teodor Ispas, Anduța Ispas

    Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj

    Domanda preliminari

    Prattika amministrattiva li tikkonsisti fit-teħid ta’ deċiżjoni li timponi obbligi fuq individwu mingħajr ma tippermettilu aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha meħuda inkunsiderazzjoni mill-awtorità pubblika fl-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, peress li din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti jinsabu fil-fajl amministrattiv, mhux miftuħ għall-pubbliku, stabbilit mill-awtorità pubblika, hija konformi mal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet ta’ difiża?


    Top