Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0267

    Kawża C-267/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Gemeente Woerden vs Staatsecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Taxxa tal-input — Tnaqqis)

    ĠU C 314, 29.8.2016, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 314/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Gemeente Woerden vs Staatsecretaris van Financiën

    (Kawża C-267/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Taxxa tal-input - Tnaqqis))

    (2016/C 314/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gemeente Woerden

    Konvenut: Staatsecretaris van Financiën

    Dispożittiv

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna taxxabbli kkummissjonat il-kostruzzjoni ta’ binja u biegħetha bi prezz inqas mill-ispejjeż tal-kostruzzjoni ta’ din tal-aħħar, l-imsemmija persuna taxxabbli għandha d-dritt għal tnaqqis tat-totalità tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa għall-kostruzzjoni ta’ din il-binja u mhux biss għal tnaqqis parzjali ta’ din it-taxxa, bi proporzjon tal-partijiet tal-imsemmija binja li x-xerrej tagħha jalloka għal attivitajiet ekonomiċi. Il-fatt li dan ix-xerrej jittrasferixxi l-użu ta’ parti minn din il-binja mingħajr ħlas lil terz ma għandha l-ebda effett f’dan ir-rigward.


    (1)  ĠU C 262, 10.08.2015.


    Top