Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62015TN0722
Case T-722/15: Action brought on 4 December 2015 — Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns v Commission
Kawża T-722/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns vs Il-Kummissjoni
Kawża T-722/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns vs Il-Kummissjoni
ĠU C 59, 15.2.2016, pp. 38–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/38 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-722/15)
(2016/C 059/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns e. V. (Mertingen, il-Ġermanija) (rappreżentanti: C. Bittner u N. Thies, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn:
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432, tat-18 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam (notifikata bid-dokument C(2015) 6295).
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1)
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn ir-riżorsi li jirriżultaw mit-taxxa ġew ikklassifikati bħala riżorsi tal-Istat
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn il-finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib huwa kklassifikat bħala għajnuna għall-imħaleb tal-Bayern
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv (sussidjarjament) ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE
|
|
5. |
Il-ħames motiv (sussidjarjament) ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(1) u (3) TFUE sa fejn il-finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib huwa kklasisfikat bħala għajnuna ġdida u għalhekk suġġett għall-obbligu ta’ notifika. |
|
6. |
Is-sitt motiv (sussidjarjament) ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).