Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62013TA0510
Case T-510/13: Judgment of the General Court of 17 December 2015 — Italy v Commission (Languages — Notice of open competition for the recruitment of translators — Choice of second language from three languages — Language of communication with the candidates to the competition — Regulation No 1 — Article 1d(1), Article 27 and Article 28(f) of the Staff Regulations — Principle of non-discrimination — Proportionality)
Kawża T-510/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni [“Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ tradutturi — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità”]
Kawża T-510/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni [“Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ tradutturi — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità”]
ĠU C 59, 15.2.2016, p. 15-16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-510/13) (1)
([“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ tradutturi - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”])
(2016/C 059/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze et B. Beutler, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/260/13, EPSO/AD/261/13, EPSO/AD/262/13, EPSO/AD/263/13, EPSO/AD/264/13, EPSO/AD/265/13 u EPSO/AD/266/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Daniża, Ingliża, Franċiża, Taljana, Maltija, Olandiża u Slovena rispettivament (ĠU 2013 C 199 A, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
L-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/260/13, EPSO/AD/261/13, EPSO/AD/262/13, EPSO/AD/263/13, EPSO/AD/264/13, EPSO/AD/265/13 u EPSO/AD/266/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Daniża, Ingliża, Franċiża, Taljana, Maltija, Olandiża u Slovena rispettivament, huwa annullat. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana. |
|
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-interventi tagħhom. |