EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0192

Kawża C-192/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ April 2015 – T. D. Rease u P. Wullems vs College bescherming persoonsgegevens

ĠU C 236, 20.7.2015, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ April 2015 – T. D. Rease u P. Wullems vs College bescherming persoonsgegevens

(Kawża C-192/15)

(2015/C 236/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T. D. Rease, P. Wullems

Konvenuta: College bescherming persoonsgegevens

Domandi preliminari

1)

Struzzjoni biex jintuża tagħmir għall-ipproċessar ta’ data personali fit-territorju ta’ Stat Membru, maħruġa barra mill-UE minn kontrollur, fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), lil aġenzija ditektiv stabbilita fl-UE, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “jsir użu minn tagħmir” fis-sens tal-Artikolu 4(1)(ċ) ta’ dik id-direttiva?

2)

Id-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 28(3) u (4) tagħha, minħabba l-għan ta’ dik id-direttiva, tagħti lill-awtoritajiet nazzjonali l-latitudni, fl-inforzar tal-protezzjoni ta’ individwi mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni pprovduta f’dik id-direttiva, li jistabbilixxu prijoritajiet li jirriżultaw f’tali inforzar li ma jseħħx fil-każ fejn individwu jew grupp żgħir ta’ persuni biss jissottometti lment li jallega ksur ta’ dik id-direttiva?


Top